1 minute read

Riżorsi Oħra

Jum Dinji tal‑Ktieb

Din l‑attività ideali biex issir fil‑librerija tal‑iskola jew tar‑raħal fejn it‑tfal ikollhom sett ta’ mistoqsijiet li r‑risposti tagħhom isibuhom f’xi ktieb partikolari. Din tista’ tkun forma ta’ kompetizzjoni bejn it‑tfal stess. Jirbaħ min ilesti l‑ewwel jew min jispiċċa l‑mistoqsijiet kollha. Ikun hemm miżata ta’ parteċipazzjoni b’risq MissioTfal.

Kwizz Għall‑Familji

L‑iskola tistieden lill‑familjari tat‑tfal jieħdu sehem f’serata ta’ kwizz fejn dawn jitqassmu f’timijiet. Kull min jattendi għal din is‑serata jagħti donazzjoni b’risq MissioTfal. Jistgħu wkoll jinbiegħu xi ‘snacks’ u xorb sabiex tkun iżjed interessanti.

‘Art Attack’

Nistiednu lill‑istudenti biex jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal‑arti skont xi tema. Ikun hemm miżata ta’ parteċipazzjoni b’risq MissioTfal. Dawn it‑tpinġijiet jiġu ppubblikati fuq ir‑rivista ‘Tfal Missjunarji’ u fuq il‑websajt ta’ Missio Malta.

‘Sale Week’

Bħala skola tista’ tiġi organizzata ġimgħa ta’ bejgħ ta’ affarijiet tajbin u bl‑għajnuna tal‑ġenituri jiġu ppreparati tilari b’affarijiet għal bejgħ b’risq MissioTfal.

Festin Għall‑Karità

L‑iskola torganizza festini għal dawk it‑tfal li ser jagħlqu sninhom f’dak ix‑xahar. Il‑mistednin iħallsu xi ħaġa żgħira tal‑flus u ftit minn dak li jinġabar imur b’risq MissioTfal.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 2123 1272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

This article is from: