
3 minute read
Spazji Ta’ Talb (Prayer Spaces
Puzzle Pieces
L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jitgħallmu jaħsbu f’dawk ta’ madwarhom. Jitgħallmu jħossu għall‑bżonnijiet tal‑oħrajn u jitolbu għalihom. Huwa mod kif tħobb meta titlob għall‑oħrajn.
Għandek bżonn: • Biċċiet minn ‘puzzle’ (tista’ jew tistampahom jew inkella tuża ‘puzzle’ li mhix tajba).
• Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru.
Quddiemek qed tara biċċiet minn ‘puzzle’. Ħu waħda f’idejk u ftakar f’dawk il‑persuni li forsi taf li huma ġodda fl‑iskola, f’xi grupp li tattendi jew fir‑raħal fejn toqgħod. Għid talba għalihom biex iħossuhom milqugħin u f’posthom.
Basket Ta’ Talb
Ipprepara l‑oġġetti msemmijin hawn taħt, ikteb it‑talb fuq biċċiet tal‑karti u waħħalhom fuq kull oġġett bit‑tejp. Żid iktar oġġetti sabiex ikollok biżżejjed għal kull student. Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru.
Kaxxa żgħira: O Alla, nitolbok tgħinni nagħraf x’inhuma t‑talenti tiegħi ħalli naqsamhom mal‑oħrajn.
Ktieb tat‑talb: Nitolbok O Alla, biex inkun inħobb naqra aktar dwarek u b’hekk inkun naf iżjed fuqek.
Lembut żgħir: O Alla, nitolbok li nkun naf nisma’ l‑aktar lil dawk li jkunu qed ibatu.
Knee pads: Nitlob għalina t‑tfal biex inkunu tfal li nħobbu nitolbu.
Ktieb: O Alla agħmel li nkunu tfal li nagħtu eżempju tajjeb lill‑oħrajn.
Mappa: Nitlob għal dawk li jieħdu ħsiebna biex ikunu mudelli għalina u jwassluna għand Alla.
Sweatband: Nitlob biex fil‑mumenti ibsin jew fid‑dwejjaq nittamaw fik O Alla.
Riga: Nitlob biex illum noqgħod attent/a kif nuża kliemi sabiex infaħħar lill‑oħrajn, nitlob u ngħid skużani.
Il‑basket ta’ quddiemek huwa mimli affarijiet. Ħu oġġett wieħed u itlob it‑talba li hemm imwaħħla fuqu. Wara ħalli l‑oġġett fuq il‑mejda. Fil‑kaxxa ta’ quddiemek għandek issib diversi rombli marbutin bi spaga. Ħu waħda, aqraha u żommha. X’taħseb fuq il‑messaġġ tiegħek? Jekk trid tista’ taqsam xi ħsibijiet ma’ sħabek.
* Xi Eżempji: • Min jagħlaq widnejh għall‑għajta tal‑fqir, ħadd ma jwieġbu meta jgħajjat hu. Proverbji 21:13
• Erfgħu t‑tagħbija ta’ xulxin, u hekk tkunu qegħdin tħarsu l‑liġi ta’ Kristu. Galatin 6:2
• Hieni min jaħseb fil‑fqir u d‑dgħajjef; f’jum l‑għawġ jeħilsu l‑Mulej. Il‑Mulej iħarsu, jagħtih il‑ħajja u jhennih fuq l‑art; ma jitilqux għar‑rieda tal‑għedewwa tiegħu. Salm 41:1‑3
Messaġġ Personali
L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jitgħallmu jitolbu bil‑Bibbja li hija dejjem ħajja b’messaġġ li dejjem jgħodd għalina u li nistgħu ngħixuh.
Għandek bżonn: • Sentenzi mill‑Iskrittura stampati. *
• Aqtagħhom u agħmilhom forma ta’ rombli f’karti kkuluriti.
• Orbothom bi spaga individwalment.
• Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru.
Nota lil xi ħadd speċjali
L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jagħtu merħba lil xulxin, l‑iktar lil dawk li ġew ġodda jew barranin ħalli jagħmlu ħbieb. Din hija wkoll parti mill‑missjoni tagħna; missjoni li nibdew nagħmluha ma’ dawk ta’ madwarna. Din l‑attività jistgħu jagħmluha wkoll fil‑klassi, billi kulħadd jibqa’ f’postu u mbagħad fl‑aħħar jagħtu l‑invilopp lil xulxin.
Għandek bżonn: • Karti fuq xiex jiktbu – bojod, ikkuluriti jew riċiklati.
• Xi stikers jew xi affarijiet biex iżżejnu.
• Markers jew kuluri.
• Inviloppi (jistgħu jkunu riċiklati)
• L‑istruzzjonijiet stampati u mwaħħla fejn jidhru jew imtellgħin fuq il‑bord.
Quddiemek għandek karti fuq xiex tikteb, stikers, inviloppi, kuluri u markers. Ħu karta u ikteb nota jew xi ħaġa sabiħa lil xi ħadd ġdid fil‑klassi jew lil xi ħadd li ġie minn barra biex tagħmillu kuraġġ. Kif tlesti tista’ tpinġi xi ħaġa jew iżżejjen b’xi stikers. Wara poġġi n‑nota fl‑invilopp u agħtiha lill‑persuna.
5. It‑Talba Tal‑Ħames Swaba’
Ejjew nużaw is‑swaba’ ta’ jdejna sabiex nitolbu għall‑oħrajn.
Is‑saba’ l‑kbir huwa l‑eqreb ta’ qalbi, għalhekk ser nużah biex ifakkarni nitlob għal dawk qrib tiegħi. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.)
Dan huwa l‑werrej. Dan is‑saba’ jfakkarni nitlob għal dawk li jgħallmuni u jixtiquli l‑ġid. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.)
Dan huwa l‑itwal saba’. Dan ifakkarni biex nitlob għal dawk li jieħdu deċiżjonijiet kbar, bħall‑mexxejja tad‑dinja. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.)
Dan huwa l‑aktar saba’ dgħajjef. Dan ifakkarni biex nitlob għat‑tfal li huma morda, imdejqin u waħedhom. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.)
Issa li tlabt għal kulħadd, is‑saba’ ż‑żgħir ifakkarni biex nitlob GĦALIJA NNIFSI!
Dawk l‑aktar qrib ta’ qalbi: ___________________
Dawk li jgħallmuni: _________________________
Dawk li jmexxu: _____________________________
Dawk li huma morda, imdejqin u waħedhom: