Rikonoxximent lis-Segretarju Permanenti s-Sur Mark Musù Għal ħidma mwettqa mill-Ministeru Għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali matul l-2019
F
i tmiem Settembru li għadda, is-Segretarju Permanenti filMinisteru għall-Familja, is-Sur Mark Musù ingħata rikonoxximent għall-ħidma mwettqa fl-2019 millMinisteru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali billi implimenta l-aktar proġetti u miżuri u li kien l-aktar Ministeru li żamm malpjani oriġinali fl-implimentazzjoni. Waqt ċerimonja ippreseduta mill-ET il-President ta’ Malta George Vella bħala parti mill-ġimgħa tas-servizz pubbliku, u fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, il-Ministru Michael Falzon irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu u tenna li jinsab kburi b’dan l-impenn favur l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà.
Is-Sur Mark Musù qal li dan irrikonoxximent mhuwiex tiegħu iżda jirrappreżenta l-ħaddiema kollha talistess Ministeru. Is-Sur Musù temm billi irringrazzja lill-istess impjegati tal-ħidma professjonali tagħhom u tal-appoġġ kbir li huma jagħtuh ta’ kuljum.
Tonio Bonello Editur Media MFCS
F’isem l-impjegati kollha ta’ dan ilMinisteru nifraħ lis-Sur Musù ta’ dan is-suċċess li apparti li kif qal hu stess, dan hu unur li jirrappreżenta ħidma kollettiva, minkejja dan kulħadd jaf kemm is-Sur Musù għandu għal qalbu l-interess ta’ kull impjegat tagħna u dejjem bieb miftuħ lest jisma, jagħder u jifhem kull sitwazzjoni li bniedem ikun għaddej minna. Ta’ dan, l-akbar ħajr u apprezzament.
I will honour Christmas in my heart, and try to keep it all the year. Charles Dickens
familja.media@gov.mt
Paġna 9