1 minute read

Is-Sur Tonio Bonello

Presepji Maltin u Għawdxin esibiti fl-Amerika

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali permezz tadDirettorat tal-Kultura, matul din is-sena kien f’negozjati mal-mużew ta’ fama internazzjonali ‘Museum of the Bible’ f’Washington DC fejn sar arranġament biex numru ta’ presepji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jiġu esibiti fih.

F’nofs Lulju li għadda fetħet sejħa għal dawk interessati li għalqet f’nofs Settembru.

F’kelmtejn il-Ministru Herrera spjega kif permezz ta’ din il-wirja se nkunu qed nagħtu, ninkoraġixxu u niftħu din it-tradizzjoni lill-artisti u presepisti Maltin u Għawdxin biex ix-xogħol u tradizzjonijiet Maltin ikunu iktar rikonnoxxuti madwar id-dinja f’dan ilqasam ta’ turiżmu reliġjuż. Il-livell għoli tal-presepji mressqa għal din il-kompetizzjoni jixhed iddedikazzjoni u l-ħila artiġjanali talpresepisti Maltin u Għawdxin. Ġurija esperta għażlet il-presepji li għandhom jiġu mibgħuta Washington D.C. Ilpresepji joffru tematika varjata ħafna, b’xi wħud jinkorporaw il-pajsaġġ Malti bħala parti mill-istruttura tagħhom. Hemm presepisti li anke żejnu l-presepju tagħhom b’pasturi oriġinali. Il-presepji għamlu l-vjaġġ tagħhom lejn Washington fil-ħin biex il-wirja setgħet tinfetaħ fil-‘Museum of the Bible’ filġranet ta’ qabel it-tifkira Amerikana ta’ Thanksgiving li din is-sena kienet imfakkra fis-26 ta’ Novembru.

Il-presepji Maltin ser jibqgħu għallwiri f’Washington sa Marzu 2021. Ta’ min jgħid li dan il-mużew kien infetaħ f’Novembru 2017 u fih joffri mal-1,150 esibit permanenti u mal-2,000 esibit ieħor mislufa li kollha jirrakkontaw innarrattiva u l-impatt tal-Bibbja.

Tonio Bonello

Ġurnalist

This article is from: