
1 minute read
Is-Sur Vince Tonna
Nies li jħossuhom waħidhom
Waqt ix-xogħol volontarju li jiena nwettaq, niltaqa’ ma’ bosta nies li jgħiduli li qed iħossuhom waħidhom, iżolati, jgħixu fis-solitudni għal ħafna ħin matul il-ġurnata. Tajjeb li nsemmu li ħafna nies, inkluż uħud minna, inħossuna xi drabi f’ħajjitna waħidna. Skont stħarriġ reċenti li sar f’pajjiżna nstab li persuna minn kull 4 tħossha waħidha u l-iktar nies li huma suxxettibbli li jħossuhom waħidhom huma proprju ż-żgħażagħ, kif ukoll l-anzjani.
Persuni jistgħu jispiċċaw iħossuhom waħidhom speċjalment:
(a) Jekk il-persuna għaddiet minn esperjenza ta’ separazzjoni; (b) Persuna li kienet kostretta li tmur tgħix f’post ieħor bħal f’xi Dar
Residenzjali jew il-ħbieb tagħha daħlu f’xi Dar tal-Anzjani jew l-Isptar; (c) Persuna li titlef xi persuna oħra għażiż tagħha, jew anke xi pet għażiż tagħha; (d) Persuna li rtirat mix-xogħol u tħossha waħidha. Statistika tindika li 25% ta’ persuni bejn 65 u 69 sena jwaħħlu li huma f’din il-kundizzjoni minħabba li rtiraw mix-xogħol. Sfortunatament, iż-żmien li qed ngħixu fih bħalissa minħabba fil-pandemija tal-Covid-19, dan ukoll mhux qed jgħin wisq lil min qed iħossu waħdu, speċjalment min hu vulnerabbli! Il-mistoqsija li rrid nistaqsi lil qarrejja tagħna hi din: “X’nistgħu nagħmlu aħna biex ma nħossuniex waħidna?” Qabel xejn, niftakru li hija l-għażla tagħna lkoll sabiex nerġgħu ngħixu kuntenti.
Vince Tonna
Social Worker
Fost xi suġġerimenti li nixtieq nelenka huma:
(a) Filwaqt li nkunu fiż-żmien ta’ solitudni, nippruvaw inkomplu niżviluppaw it-talenti/ħiliet tagħna. (b) Nippruvaw ukoll nagħmlu kuntatt man-nies sabiex inwessgħu iċ-ċirku tal-ħbieb tagħna, anke permezz ta’ telefonata. Skont il-poetessa Willa
Sibert Cather, hija tgħid li dawk li jgħixu waħidhom biss jifhmu kemm hu kbir il-ferħ li ġġib magħha l-ħbiberija; (c) Ninvolvu ruħna f’xogħol volontarju.
Hemm xogħol volontarju li jista’ wkoll jitwettaq mid-dar tagħna.
Kull ġurnata fiha 86,400 sekonda.
Ejjew nippruvaw, qabel xejn, nirringrazzjaw lil Mulej (forsi billi mmorru nisimgħu quddiesa) u nsibu ħin ukoll li ngħinu lill-proxxmu tagħna b’servizz volontarju mogħti liberament u mhux bħala dmir professjonali. Servizz mingħajr ħlas u offrut b’regolarità. Madankollu, nirrakkomanda lil dawk in-nies li ma jistgħux jegħlbu din ilproblema serja biex ifittxu u jitolbu l-għajnuna minn nies professjonali.