
1 minute read
Is-Sur Jonathan Silvio
Programm Operattiv – Għajnuna Alimentari u/jew Materjali Bażika 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn Rata ta’ ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali
Jonathan Silvio
Direttur
Joyce Grech
Assistent Direttur Matul is-sena, permezz tal-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-persuni l-aktar fil-bżonn (FEAD), isiru numru ta’ tqassimiet ta’ ikel lill-persuni vulnerabbli. Dan ilprogramm hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Policy u l-Implimentazzjoni tal-Programmi (PDPID) hu nkarigat bħala Korp Intermedjarju respnsabbli millimplimentazzjoni tal-programm FEAD f’Malta. Din il-ħidma ssir b’kollaborazzjoni sħiħa madDipartiment tas-Sigurtà Soċjali, id-Diviżjoni tal-Income Support u Compliance, u l-Fondazzjoni għasServizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Il-benefiċjarji huma familji li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji u li jgħaddu mit-test tal-meżżi u li għandhom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il (16) sena; familji li għandhom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il (16) sena u li għandhom dħul ta’ inqas minn 80% tal-paga, minima nazzjonali; familji li għandhom 2 itfal jew iktar taħt l-età ta’ sittax-il (16) sena u li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-paga minima nazzjonali; u familji li jirċievu pensjoni tal-età mhux kontributorja. It-tħaddim tal-programm jirrekjedi ħidma intensiva matul is-sena kollha sabiex jitqassmu madwar 3,000 kaxxa tal-ikel matul kull distribuzzjoni lillbenefiċjarji. It-tqassim tal-ikel isir tliet darbiet fis-sena minn madwar 17-il ċentru mifruxa madwar Malta u Għawdex.
Il-PDPID, kif ukoll l-FSWS, jattendu diversi laqgħat fuq livell Ewropew fejn jiġu diskussi żviluppi ġodda filprogramm, kif ukoll isiru kuntatti importanti bil-għan li jintstabu l-aħjar prattiċi. Riċentament, saru numru addizjonali ta’ laqgħat sabiex jiġu implimentati miżuri immedjati minħabba l-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, aktar kmieni din is-sena, delegazzjoni Maltija magħmula minn rappreżentanti tal-Ministeru kif ukoll tal-FSWS, għamlet żjara ta’ studju fil-Greċja sabiex tosserva millqrib l-implimentazzjoni tal-programm FEAD f’dan il-pajjiż. Minbarra din l-għajnuna, l-FSWS tgħin lill-benefiċjarji permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ soċjali skond il-bżonnijiet speċifiċi ta’ dik il-familja partikolari. L-għajnuna permezz tal-programm FEAD tikkumplimenta wkoll id-diversi miżuri u inizjattivi li jħaddem dan ilMinisteru bil-għan li jassisti lill-familji kollha, b’mod partikolari lil dawk l-aktar fil-bżonn.
Ritratt: FSWS