
2 minute read
Is-Sur Tonio Benello
Għal ħidma mwettqa mill-Ministeru Għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali matul l-2019
Fi tmiem Settembru li għadda, is-Segretarju Permanenti filMinisteru għall-Familja, is-Sur Mark Musù ingħata rikonoxximent għall-ħidma mwettqa fl-2019 millMinisteru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali billi implimenta l-aktar proġetti u miżuri u li kien l-aktar Ministeru li żamm malpjani oriġinali fl-implimentazzjoni. Waqt ċerimonja ippreseduta mill-ET il-President ta’ Malta George Vella bħala parti mill-ġimgħa tas-servizz pubbliku, u fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, il-Ministru Michael Falzon irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu u tenna li jinsab kburi b’dan l-impenn favur l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Is-Sur Mark Musù qal li dan irrikonoxximent mhuwiex tiegħu iżda jirrappreżenta l-ħaddiema kollha talistess Ministeru. Is-Sur Musù temm billi irringrazzja lill-istess impjegati tal-ħidma professjonali tagħhom u tal-appoġġ kbir li huma jagħtuh ta’ kuljum. F’isem l-impjegati kollha ta’ dan ilMinisteru nifraħ lis-Sur Musù ta’ dan is-suċċess li apparti li kif qal hu stess, dan hu unur li jirrappreżenta ħidma kollettiva, minkejja dan kulħadd jaf kemm is-Sur Musù għandu għal qalbu l-interess ta’ kull impjegat tagħna u dejjem bieb miftuħ lest jisma, jagħder u jifhem kull sitwazzjoni li bniedem ikun għaddej minna. Ta’ dan, l-akbar ħajr u apprezzament.
Tonio Bonello
Editur Media MFCS
I will honour Christmas in my heart, and try to keep it all the year.

Charles Dickens
Ittra lill-Editur
Residenti f’Dar tal-Anzjani ġewwa raħal fl-Ingilterra ġew imħeġġa biex jixorbu l-aktar mediċina sempliċi li teżisti, l-ilma. Wara xi ftit taż-żmien kien rappurtat tibdil sostanzjali f’saħħet ir-residenti tal-post.
Anzjana ta’ 80 sena li kienet issib wisq diffikultà biex timxi, wara li bdiet tixrob ħafna ilma, mhux biss bdiet toħroġ barra, imma talli hi stess stqarret li qed tħossha ħafna iżgħar. Dan grazzi għall-klabb li għandhom f’din id-dar tal-Anzjani.
Il-klabb issejħulu, il-”klabb tal-ilma”. Il-membri ta’ dan il-klabb għandhom jixorbu minn tmienja sa għaxar tazzi ilma ta’ kuljum. Għal dan il-għan, kull resident għandu l-ilma fil-kamra tiegħu jew tagħha, kif ukoll hemm l-ilma pprovdut fil-kuruturi kollha tal-post.
Bis-saħħa t’hekk, dan is-suċċess beda jinxtered mhux ħażin fi djar oħra fejn hemm l-anzjani. Nuqqas ta’ ilma jista’ jirriżulta f’telqa fis-saħħa ta’ dak li jkun. Dan iġib miegħu sturdamenti, konfużjoni, infezzjonijiet u anki waqgħat.
L-interess f’attività pożittiva bħal din kiber sew tant li l-awtoritajiet qegħdin jagħmlu kull mezz biex jiżguraw li kemm jista’ jkun din l-inizjattiva interessanti u siewja tkompli tinxtered ma’ kullimkien.
Marion Higgins
Nota Editorjali :
Is-Sa Higgins ġentilment infurmatna li din l-informazzjoni kisbitha minn fuq il-pubblikazzjoni, “L-Anzjan Illum” ta’ Ottubru – Diċembru 2014. Minn hawn nieħu l-okkażjoni ninkoraġġixxi aktar qarrejja tarrivista ‘Familja’ biex jiktbulna u jesprimu l-ħsibijiet tagħhom jew jibagħtu materjal dwar xi qasam talinteress tagħhom. Tistgħu tagħmlu dan permezz tal-indirizz elettroniku;
familja.media@gov.mt
Apprezzament ta’ Servizz ta’ Kwalità

Ritratt: Mix-Xellug għal lemin; l-Onorevoli Ministru Michael Falzon, isSinjura Kathleen Cutajar, is-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù u l-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva Dr Renzo De Gabriele.
Għotja ta’ Rikonoxximent
Is-sinjura Kathleen Cutajar, Infection Prevention and Control Nurse fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità reċentament ingħatat rikonoxximent għas-servizz ta’ kwalità fl-okkażżjoni għall-‘Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2020 – isServizz Pubbliku Dejjem Miegħek’. F’isem il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna lil din l-impjegata li hija eżempju ta’ dedikazzjoni u servizz ta’ kwalità għalina lkoll.
Is-sinjura Cutajar ħadet dan l-unur u ngħatat dan ir-rikonoxximent għad-dedikazzjoni li wriet f’dawn iż-żminijiet iebsin billi għenet lil diversi Djar Residenzjali, kif ukoll kienet u għadha ta’ għajnuna kbira fil-kontrol tal-imxija kontra l-COVID-19. Nifirħulha għal dan ir-rikonoxximent.