MSFC Familja 13 XITWA 2020

Page 6

Il-ħsibijiet tiegħi f’dan iż-żmien imorru lil hinn mill-politika

L-Onor. Silvio Parnis Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità

G

ħalkemm minħabba l-pandemija, li tista’ tgħid ħakmet lid-dinja kollha, din is-sena kienet sena differenti mis-snin preċedenti, xorta waħda wasal iż-żmien sabiħ ta’ festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena. Il-ħsibijiet tiegħi f’dan iż-żmien jmorru lil hinn mill-politika. Il-politika hemm żmienha però f’dan iż-żmien ta’ festi, nixtieq li nawgura lil dawk in-nies li fid-djar tagħhom jinsabu waħedhom. Lil dawk in-nies li minkejja li ninsabu fiż-żmien sabiħ tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, m’għandhomx tama. Li għandhom numru ta’ sfidi quddiemhom. Li għandhom il-mard filfamilji tagħhom. Jien dejjem nemmen li dħalt fil-politika biex inservi u qiegħed fil-politika biex nagħmel dak kollu li nista’ sabiex

Paġna 6

familja Ħarġa Nru. 13 - Diċembru 2020

nipprova ntejjeb il-ħajja tan-nies. Meta nħares lura lejn is-27 sena li ilni fil-ħajja pubblika, b’umiltà nirrealizza li rnexxieli nagħmel impatt pożittiv filħajja ta’ diversi nies u familji. Għalkemm ilkoll kemm aħna għandna d-diffikultajiet tagħna, f’dawn iżżminijiet ta’ festi nixtieq nawguralkom żmien sabiħ u żmien ta’ hena. Nittama li f’dawn iż-żminijiet ilkoll kemm aħna jirnexxielna nagħmlu memorji sbieħ. Jiena, f’ismi, f’isem il-mara tiegħi, it-tifel tiegħi u l-familja kollha tiegħi, nawguralkom minn qalbi li jkollkom Milied sabiħ u sena 2021 b’dak kollu li tixtieq qalbkom. Nixtiqilkom ukoll li s-sena l-ġdida tkun sena ferm aħjar minn din is-sena fejn il-ħolm tagħkom isir realtà. Nawguralkom b’mod sinċier.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.