MSFC Familja 13 XITWA 2020

Page 5

Kuntent u kburi bis-sehem tal-poplu Malti u Għawdxi

L-Onor. Michael Falzon Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Ħbieb,

R

esqin lejn tmiem is-sena, u jekk inħarsu ftit lura, ilkoll kemm aħna żgur naqblu li din is-sena kienet waħda aktar ta’ sfida minn oħrajn. Kienet sena li bidlitilna l-istili ta’ ħajja tagħna, waqt li minkejja d-diffikultajiet kollha, kellna nkomplu naħdmu, nirsistu u mmantnu l-familji tagħna. Inħossni kuntent u kburi bis-sehem talpoplu Malti u Għawdxi, li grazzi għallbżulija u r-reżiljenza tiegħu bqajna mexjin f’dawn il-mumenti diffiċli. Minħabba l-isfidi kbar illi kellna, neċessarjament allura, il-baġit ta’ din is-sena fdalna aktar xogħol x’nagħmlu bħala Ministeru, b’għexieren ta’ miżuri soċjali li ħadna tul din is-sena, u li se nkunu qed nieħdu s-sena d-dieħla.

Fl-istess waqt, ma żidna l-ebda taxxi u ħarisna biss lejn l-aqwa interess talfamilji u n-negozji. Fid-dawl ta’ dan kollu, ejja nkomplu nagħtu prijorità lis-saħħa, filwaqt li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet għaqlija biex nissalvagwardjaw il-futur tagħna u t’uliedna. Ħbieb, mela ejja nkomplu nibnu ma’ dawn il-passi, sakemm nerġgħu lura għan-normal, u nkunu aktar b’saħħitna, nħarsu ’l quddiem.

Għalhekk, issa li qegħdin fi tmiem din is-sena, ninsabu preparati biex namministraw il-miżuri soċjali l-ġodda, filwaqt illi nkomplu nsaħħu dawk eżistenti. Iktar minn kollox, din is-sena assistejna għal Gvern illi preżenta l-ikbar baġit li qatt ġie preżentat flistorja ta’ pajjiżna, u dan fi żmien fejn pajjiżi minn kontinenti differenti, qed jagħmlu aktar pressjoni u piżijiet fuq iċ-ċittadini, kawża tal-pandemija. Iżda aħna differenti. Ir-ruħ soċjali tagħna tagħżilna minn oħrajn. Għaldaqstant, għal darboħra għażilna li ninċentivaw, saħħaħna l-assistenza mogħtija, tajna ġurnata oħra leave, u se ndaħħlu għexieren ta’ miżuri soċjali oħra. familja.media@gov.mt

Paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 13 XITWA 2020 by MSFC-Familja.media - Issuu