Ikompli mill-paġna ta’ qabel
tagħha. Din il-viżjoni hi msejsa fuq diversi miżuri u inizjattivi sabiex matul dawn is-snin il-qafas regolatorju fissettur soċjali jkompli jissaħħaħ u jimxi ‘l quddiem. Bħala parti minn din il-Viżjoni Strateġika, l-Awtorità nediet proġett ewlieni li ser jara l-qalba tal-proċess tal-adozzjoni minn dak manwali bilkarti għall-użu tat-teknoloġija talblockchain. Permezz ta’ dan il-proġett ser tissaħħaħ is-sigurtà u t-trasparenza f’dan il-proċess tant delikat speċjalment għat-tiftix tal-oriġini ’l quddiem filħajja tal-individwu. Sabiex tkompli tissaħħaħ ilkollaborazzjoni ma’ entitajiet differenti, matul din is-sena l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ffirmat ukoll Memorandum of Understanding mal-MCAST. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Awtorità ser iżżid il-kapaċità tagħha li toffri apprentistati fi ħdanha għal studenti
Ritratt: DOI - Clodagh O’Neil
minn oqsma differenti. Apparti minn hekk, l-Awtorità ser tkun qed tikkolabora mal-MCAST sabiex ikompli jissaħħaħ il-kurrikulu fil-qasam tarregolametazzjoni ta’ servizzi ta’ wens soċjali u tkompli titjib il-kwalità. L-2020 uriet li ċ-ċavetta sabiex twettaq dak li jkollok ippjanat mhix biss li tiffoka li jkollok suċċess, iżda li żżomm is-sinifikat ta’ dak li qed twettaq fiċċentru tal-ħidma. Dan iwassal għal passi u rebħiet żgħar li matul il-mixja kollha jingħaqdu fi stampa ikbar.
Mal-ewwel xita M’Christine Agius HR Unit, St Vincent De Paule
Mad-dħul ta’ Settembru bis-sajf qed jitbiegħed is-sema qed jixgħel iberraq u jriegħed.
U jiena ġo dari fl-irdoss u fil-kenn bħas-soltu niftakar li għandi impenn.
Il-bjut ġew imnaddfa mit-trab u mill-ħmieġ It-twieqi ingħalqu u ttappan il-ħġieġ.
Biex fil-ħin li jinġabru l-familja jkun sar riħa ta’ pudina tkun taqsam id-dar.
Il-bjar ġew insewqa biex jerġgħu jimtlew it-tiben u s-silla mogħttija sew Is-siġar ferħana l-għeruq ħadu l-ħajja in-nies kollha tgerrxu u tbatlet kull bajja It-toroq imgħarqa in-nies imgerfxin ilkoll bla umbrella jiġru mxarrbin Paġna 12
familja Ħarġa Nru. 13 - Diċembru 2020