MSFC Familja 11 SAJF B 2020

Page 19

Lejn Standards Soċjali Regolatorji... għal servizzi ta’ vjolenza domestika residenzjali u fil-komunità

kompetenzi kif ukoll mal-mod ta’ kif għandhom jitmexxew dawn is-servizzi.

Matthew Vella Kap Eżekuttiv SCSA

Għaldaqstant, dawn l-istandards soċjali regolatorji jserrħu fuq il-prinċipji bażiċi msejsa fuq id-dinjità, l-privatezza, id-dritt għal għażla, sigurtà, twettiq tal-potenzjal, ugwaljanza, diversità u individwalità. Dawn il-prinċipji għandhom jiġu mħarsa ukoll f’konformità mal-filosofija u l-proċeduri tas-servizz kif ukoll il-bżonnijiet ta’ ħarsien ta’ kull individwu. F’dan ir-rigward, l-ewwel żewġ standards jpoġġu enfasi fuq l-proċeduri ta’ intervent, li għandhom jassiguraw proviżjoni tas-servizz b’mod ġust, trasparenti u komprensiv sabiex jiġu indirizzati bżonnijiet differenti. Apparti minn hekk, l-proviżjoni tas-servizz għandha tiggarantixxi t-tfassil ta’ pjan personali ta’ sapport bbażat fuq valutazzjoni ħolistika mwettqa għal kull individwu li jagħmel użu misservizz. Dawn l-istandards ikomplu jevolvu lejn il-promozzjoni ta’ drittijiet li jassiguraw li individwi li jesperjenzaw vjolenza domestika jkollhom ħarsien rispettuż u dinjituż li jħares b’mod sħiħ il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. B’dan il-mod ikun qed jiġi żgurat li l-awtonomija, benesseri u intolleranza totali għal vjolenza ta’ kwalunkwe tip jiġu promossi.

B

ħala parti mill-pjan ta’ ħidma fil-qasam ta’ regolamentazzjoni ta’ servizzi ta’ wens soċjali, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ser tniedi għall-konsultazzjoni pubblika, standards soċjali regolatorji għal servizzi ta’ vjolenza domestika bbażati fil-komunità kif ukoll dawk residenzjali. Dawn il-linji gwida ġew stabbiliti b’fażijiet ta’ riċerka u konsultazzjoni wiesgħa mad-diversi partijiet involuti f’dan is-settur inkluż mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, kif ukoll mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. Dan sabiex tingħata gwida lil provdituri tas-servizz dwar id-deċiżjonijiet relatati mal-għażla tal-ħaddiema speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’

Għaldaqstant, dawn l-istandards jpoġġu ’l quddiem ukoll id-drittijiet li jassiguraw li l-provdituri tas-servizz għandhom jimplimentaw sistemi li jiggarantixxu saħħa u sigurtà talpersuni li jesperjenzaw vjolenza domestika u l-impjegati li jaħdmu f’dan il-qasam. Ta’ min isemmi ukoll, li dawn l-istandards jassiguraw li l-provditur tas-servizz għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji dwar il-protezzjoni tad-data meta jiġi biex juża, jipproċessa, iżomm u jqassam informazzjoni kunfidenzjali dwar persuni li jesperjenzaw vjolenza domestika. Apparti minn hekk, permezz ta’ dawn l-istandards soċjali regolatorji qed jiġi assigurat ukoll li l-provditur tasservizz għandu jidentifika u jsostni relazzjonijiet sinifikanti għall-persuni familja.media@gov.mt

Ikompli fil-paġna li jmiss

Paġna 19


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.