1 minute read

Is-Sa Doris Zammit

Il-Ħobża Maltija

“Bread is a celebration” Lynn Rossetto Kasper

Doris Zammit

Opinjonista u xandara veterana L-Istorja tal-ħobż tmur lura sa 30,000 sena ilu. L-ewwel ħobż li ġie prodott kien aktarx magħmul minn qamħ forma ta’ pejst magħmul minn ċereali mitħuna, mixwija u miżjuda bl-ilma jew inkella kien hemm min kien qed jesperimenta bl-ilma u dqiq u fforma ħobża li ntgħoġbot. Magħrufa bħala “Ħobża Maltija” jew Ħobż tal-Malti għalina l-Maltin, din il- ħobża hija unika u tinsab biss fil-gżejjer tagħna. Il-ħobża tradizzjonali kienet tinħema f’forn li jaħdem bl-injam, imma minħabba l-ispejjeż dejjem jikbru kif ukoll regolamenti ambjentali, kien diffiċli għall-furnara Maltin li jibqgħu jużaw l-injam bħala s-sors ewlieni biex jaħmu l-ħobż. Illum ħafna furnara biddlu l-forn li jaħdem bil-ħatab għal wieħed li jaħdem bil-gass u filwaqt li t-togħma u l-mod ta’ kif issir il-ħobża ma nbidilx hemm dawk li jgħidu li jistgħu jagħrfu bejn waħda u oħra. Wieħed minn dawn huwa bla dubju Nenu Debono li biex jiżgura li din ittradizzjoni ma tmutx għadu jħaddem il-forn tiegħu fil-Belt Valletta bilħatab. Illum dan il-forn ġie mibdul għal attrazzjoni turistika fejn wieħed jista’ jagħti titwila lejn l-istorja u t-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Il-produzzjoni tal-ħobż kienet issir kważi fil-bliet u rħula Maltin kollha. Dawk l-irħula kbar kien ikollhom aktar minn forn wieħed. Hemm lokalitajiet fejn insibu ‘Triq il-forn’ biex ifakkru xi forn li kien jeżisti fil-lokalità bħal f’Ħal Lija u l-Belt Valletta. L-aktar raħal magħruf għall-ħobż kien Ħal Qormi magħruf ukoll bħala Casal Fornaro (Ir-raħal tal-furnara). Huwa dokumentat li qabel ma’ l-Kavallieri bnew il-forn tagħhom filBelt Valletta, kien Ħal Qormi li kien iforni bil-ħobż lill-akbar stabbilimenti tagħhom bħall-bereġ, il-palazz talgranmastru u l-isptar. Jingħad li dan kien isir għal żewġ raġunijiet. Ħal Qormi kien magħruf sew bħala ċentru għall-produzzjoni tal-ħobż u kien l-aktar lokalità qrib il-Belt Valletta u l-Furjana.

This article is from: