
1 minute read
Is-Sa Christine Agius
jolqtu lill-anzjani. Għal din ir-raġuni, bħala Kummissarju ħadt sehem fuq diversi programmi tat-televiżjoni u r-radju fejn tkellimna fost oħrajn dwar is-solitudni u kif nistgħu ngħelbuha. Tkellimna wkoll dwar l-abbuż fuq l-anzjani u kif u fejn wieħed għandu jfittex l-għajnuna. Tkellimt ukoll dwar il-benefiċċji psikoloġiċi talparteċipazzjoni soċjali. Dan waqt li komplejna ninkoraġixxu stil ta’ ħajja attiva u sana għax aktar ma jkun hemm nies li jibqgħu f’tagħhom u f’saħħithom għal aktar snin, aktar se jkomplu jkollhom rwol importanti meta jagħtu kontribut fil-familja, fis-soċjetà u fil-pajjiż. Barra minn hekk, meta nies akbar fletà jkomplu b’dawn il-kuntatti soċjali u hawn insemmu anke l-kontribut siewi u imprezzabbli li joffru nies filvolontarjat u nanniet, psikoloġikament dawn se jħossuhom aħjar u l-kwalità tal-ħajja b’hekk titjieb għax dak li jkun iħossu li huwa bżonnjuż, iħossu li għad għandu x’joffri u għalhekk għad għandu skop fil-ħajja. Aħna naħdmu u nikkollaboraw ukoll ma’ entitajiet oħra nvoluti fil-kura u l-qasam tal-anzjani biex flimkien nassiguraw li anzjani tagħna jieħdu l-aħjar trattament possibbli. Irridu li Malta tkun pajjiż fejn irrispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-anzjani tkun realtà f’kull qasam tal-ħajja. Jiena nemmen f’soċjetà fejn kullħadd hu trattat l-istess f’kull aspett mingħajr ebda diskriminazzjoni u għalhekk flimkien mal-istakeholders kollha kkonċernati qegħdin naħdmu u nanalizzaw bl-aħjar mod possibbli biex inkomplu ntejbu fuq dak li diġà hemm u dak li diġà sar fl-aħħar snin bl-għan biex flimkien inkunu ta’ servizz u sostenn għall-anzjani tagħna kollha. Dħalt bħal klandestina Minn art barranija Teqred u tirvina Tnigges mija, mija Tinfetta, katina Min wieħed għal tnejn Iddur u ttir fl-arja U tniggeż l-idejn Tfajt seħta fid-dinja Bikkimt lil kullħadd Kaxkart gozz il-qabar w’ma ħfirta lil ħadd
Ħallejt min hu dgħajjef Mal-ħajja jilgħaba Ħallejtu jmut waħdu Bla jara lil qraba Sakkart lin-nies ġewwa l-iskejjel weqfin It-tobba imkissra, nfermiera għajjenin Pajjiżi sħaħ wieqfa riżorsi moħlija Tfajt bosta snin lura lill-ekonomija Taħsibx li rbaħtilna! ja virus bla qalb għax żdidna fit-tama, u żidna fit-talb.
U żdidna fl-imħabba, għalkemm mifrudin u bqajna nitkellmu U nħobbu ‘l xulxin
Rajna ċ-ċokon tagħna u l-kobor ta’ Alla, li minuta waħda lilna qatt ma ħalla U issa ibqa’ sejra w’ ħallina fis-sliem Korona Kattiva fittex sib it-tmiem.
Christine Agius
Supervisor, Human Resources Unit SVP