1 minute read

Is-Sur Jonathan Silvio

Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Policy u l-Implimentazzjoni tal-Programmi

il-pont bejn il-Ministeru u l-istituzzjonijiet Ewropej u Internazzjonali

Jonathan Silvio

Direttur Policy Development and Programme Implementation Id-Direttorat għall-Iżvilupp talPolicy u l-Implimentazzjoni tal-Programm (PDPID) għandu l-għan prinċipali li jfassal il-pożizzjoni tal-Ministeru fuq livell Ewropew u Internazzjonali u li jagħti direzzjoni fit-tfassil ta’ dokumenti ta’ policy u strateġiji. Dan, waqt li fl-istess ħin jikkoordina l-monitoraġġ talimplimentazzjoni ta’ proġetti u programmi kofinanzjati mill-UE li jaqgħu taħt ir-responsabbilità talMinisteru.

Sabiex jagħmel dan, id-Direttorat jikkonsulta ma’ esperti fid-Direttorati l-oħra fi ħdan il-Ministeru, l-Aġenziji u l-Entitajiet , kif ukoll Ministeri oħra. Id-Direttorat jikkoordina wkoll ittweġibiet f’isem il-Ministeru meta jsiru talbiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej li joriġinaw minn organizzazzjonijiet barranin bħanNazzjonijiet Uniti, il-Kunsill talEwropa, u l-Kummissjoni Ewropea, fost l-oħrajn. Funzjoni oħra importanti tadDirettorat hi li jwettaq il-monitoraġġ f’dak li għandu x’jaqsam malimplimentazzjoni tad-diversi proġetti, miżuri tal-baġit, u inizzjattivi addizzjonali oħra, li jappartjenu lillMinisteru. Matul il-perjodu 2014-2020, ilMinisteru qed jikkoordina diversi proġetti li qed jagħmlu d-differenza fil-qasam soċjali. Wieħed minn dawn il-proġetti hu ‘ESF. 02.063 - Knowledge, Training, Communications and Support Measures in Support of Vulnerable Groups’, proġett iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Permezz ta’ dan il-proġett, diversi inizjattivi ġew varjati, fosthom taħriġ lokali u internazzjonali lillprofessjonisti li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli u kampanja ta’ għarfien għall-pubbliku fuq il-kapaċitajiet finanzjarji. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll mill-monitoraġġ ta’ proġetti kofinanzjati mill-Fond Ewropew għallIżvilupp Reġjonali, fosthom ‘REACH: Fair and inclusive society that promotes and advocates independent living and employment,’ u ‘Investing in an energy efficient system for St Vincent de Paul Residence’ li qed jiġu implimentati millAġenzija Sapport u mir-residenza San Vinċenz de Paul rispettivament. Proġett ieħor li ġie implimentat riċentement kien dak bl-isem ta’ ‘The Meeting Place’. Id-Direttorat hu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ ta’ proġetti kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropej fosthom ‘INK: Personfocused inclusion project’ li qed jkun implimentat mill-Aġenzija Sapport u l-proġett ‘OK – Opportunity Knocks (PDP2)’, proġett kofinanzjat millGħotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li qed ikun implimentat mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.

Fl-edizzjonijiet li ġejjin tar-rivista ‘Familja’, ser ikollna l-opportunità li ninfurmawkom f’aktar dettall dwar ilkisbiet ta’ dan id-Direttorat. Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jżur il-paġna tad-Direttorat fuq is-sit elettroniku talMinisteru: https://family.gov.mt/en/Permanent-Secretary/pdpid/Pages/defaultMT.aspx.

This article is from: