1 minute read

Is-Sa Mary Anne Zammit

Next Article
Is-Sa Doris Zammit

Is-Sa Doris Zammit

Maltin li għamlu ġieh bix-xogħol tagħhom

Mary Anne Zammit

Kittieba u Artista

Fil-bijografija A Legacy of Church Builders, Victor Sammut jagħti tagħrif u jirreferi għal stejjer b’interess partikulari għall-parruċċani tal-Gżira, tal-Belt Valletta, tal-Furjana, ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija. Ilktieb jibbaża fuq il-kontribut ewlieni ta’ tlett personaġġi biex inbnew il-knejjes f’Malta. Dawn huma lkoll antenati talistess awtur.

L-ewwel kontributur - Antonio Sammut (1867-1949) kien viċipresident tal-Kamra tal-Kummerċ u membru tas-Senat fis-Self-Government tal-Kostituzzjoni tal-1921. Hu xtara l-art mingħand il-Maġġur Ġużeppi Muscat u ħażżeż il-pjanti flimkien mal-Perit Francesco Caruana li għamlu xogħol bla ħlas. Antonio xtara wkoll l-art fejn bena d-Domus Curialis.

Sussegwentement - Karm Sammut (1888-1959) beda jaħdem għal xi żmien fix-xogħol tal-bini fit-Tarzna Navali. Ħadem ma’ zijuh Antonio Sammut waqt il-bini tal-knisja tal-Madonna tal- Ġebla fil-Gżira, imbagħad fisSantwarju tal-Madonna tal-Ħerba f’Birkirkara. Is-Sur Karm bena ħafna djar li kienu jsebbħu Triq it-Torri tasSliema. Twieled fl-1908 - Joseph Sammut kien l-iben iż-żgħir tal-imgħallem u l-benefattur Antonio Sammut. Sa minn età żgħira hu wera’ x-xewqa’ fissengħa tal-bini u tħarreġ fil-klassijiet ta’ filgħaxija biex aktar tard irċieva ċ-ċertifikat ta’ Maestrino.

Billi Joseph kien għadu taħt l-età, missieru Antonio kien jieħu l-kuntratti u t-tifel kien imur hu mal-ħaddiema. Joseph kien strumentali biex tpoġġew arbli tal-elettriku sal-Marfa biex iwasslu l-provvista sa Għawdex. Għamel xogħol ukoll fil-Power Station fin-niżla’ tas-Salib il-Furjana. Uħud mix-xogħlijiet ta’ Joseph jinkludu l-fabbrika tad-dqiq, Pisani Floor Mills. Fil-Belt għamel restawr tal-kampnar tal-pro-katidral protestant ta’ San Pawl, il-portiku tal-kon-katidral ta’ San Ġwann, l-iskultura tal-kappella tal-Ġermanja; il-bini tal-knisja ta’ San Nikola (magħrufa bħala tal-Erwieħ), ilbini tal-kampnar u ċ-ċenaklu tal-knisja ta’ Santu Wistin, kif ukoll l-istatwa ta’ Kristu Re li ttellgħet fuq il-faċċata ta’ San Publiju, l-Furjana. F’dan il-ktieb, A Legacy of Church Builders, Victor Sammut jirnexxielu jerġa’ jagħti l-ħajja lix-xogħlijiet talantenati tiegħu.

This article is from: