Intervista Dr Josianne Cutajar Kap Eżekuttiv SVP FEATURE SPEĊJALI dwar kif kien ippreparat u kif ħadem SVP matul il-COVID-19
Tonio Bonello
Editur Media u Corporate Communications Manager
Għaddew diversi xhur minn meta pajjiżna u d-dinja qamu maħsuda bl-aħbar li fostna għandna virus qattiel u li jinfirex faċilment. Naf li l-Gvern Ċentrali kien proattiv u ta l-akbar importanza bl-għan li din l-imxija ma toħloqx straġi f’pajjiżna. Meta daħlu fisseħħ l-ewwel azzjonijiet dwar il-COVID-19 fir-residenza San Vinċenz De Paule u x’kienu jinkludu dawn l-azzjonijiet? Il-covid ġabet esperjenza staordinarja ġewwa San Vinċenz. Esperjenza ta’ ħidma intensiva fuq livelli diversi. Fuq livell aministrattiv wieħed kien qed jgħix ta’ kuljum sfidi kbar fejn irridu jittieħdu d-deċiżjonijiet. Deċiżjonijiet biex jintagħżlu dawk il-miżuri li l-iżjed li konna qed naħsbu li jkunu effettivi. Ġewwa SVP għandna dak il-grupp talpopolazzjoni Maltija l-iktar vulnerabbli. Dawk l-anzjani l-iktar vulnerabbli fil-pajjiż allura kienu fl-akbar riskju. Aħna konna ilna nosservaw min ftit xhur qabel l-effett li kien qed iħalli dan il-virus fuq dan it-tip ta’ nies, jiġifieri meta qed titkellem fuq anzjani u b’mod partikolari, dawk b’mard kroniku. Allura aħna kellna ftit tax-xhur forsi qabel pajjiżi oħra, nidħlu mill-ewwel għal ħidma u biex isiru l-pjanijiet neċessarji. Qabel mal-Covid-19 daħal Malta, San Vinċenz kellu diġà l-pjan tal-kontinġenza tiegħu. Pjan li fih rajna kif jekk dan il-virus jidħol f’Malta u speċjalment jekk dan jidħol ġo San Vinċenz, kif aħna ħa nkunu ppreparati biex inkomplu nħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-anzjani tagħna, anke jekk imbagħad ikollna każijiet kif dawn se jiġu kkurati. Kien hemm Homes fejn għamlu lockdown imma f’SVP fejn għandek
Paġna 16
familja Ħarġa Nru. 11 - Awwissu 2020
1,800 ħaddiem forsi dik l-azzjoni ma kinetx vijabbli. Imbagħad kellek miżuri ukoll x’tagħżel fir-riżorsi, jiġifieri min fejn se ġġib riżorsi biex tissostenixxi l-pjan ta’ kontinġenza li għandek. Ma’ dawn, għandek il-ħaddiema u l-health care workers li b’dawn il-miżuri u l-pjanijiet li tkun għażilt, irridu jkunu fi stat li jistgħu jwettquhom. Dħalna f’ħafna miżuri ta’ taħriġ biex ilħaddiema jkunu aġġornati f’ħiliet dwar infection control u anke biex jaddattaw rwieħhom għal ċirkustanzi dwar operat ta’ prattiċi ġodda ta’ kif jaħdmu fisswali tagħna. Kien żmien ta’ sfida però kif spjegajt, il-pjan ta’ kontinġenza kien diġà maħdum u pjanat qabel ma wasal ilCovid-19 f’Malta biex b’hekk kif daħal l-ewwel każ f’Malta fis-7 ta’ Marzu, SVP kien mill-ewwel pront u vara l-pjan tiegħu.