MSFC Familja 11 SAJF B 2020

Page 13

Intervista mas-Sa Denise Fiorentino,

Tonio Bonello

Editur Media u Corporate Communications Manager

Direttur Ġenerali għar-Riċerka, Policy u Operat

konvinta li se nkomplu naħdmu biex nagħmlu dik id-differenza fil-ħajja taċċittadini tagħna. X’impatt għandu dan il-Ministeru bil-ħiliet tar-riżorsi umani tiegħu, kemm b’dak li jiġi propost lirrappreżentanti tal-poplu (ilParlament) f’kuntest ta’ policies, però wkoll lejn is-soċjetà (the end user) bħala dik li qed tirċievi jew tistenna li tirċievi servizz? Id-dimensjoni soċjali tmiss il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u għaldaqstant dan ilMinisteru għandu mpatt dirett fuq is-soċjetà. F’dan il-kuntest nara li l-Ministeru għandu responsabbilità sabiex jassigura kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini tagħna u jagħmel millaħjar li jista’ sabiex jilħaq l-aspettativi tan-nies. Fi Frar li għadda inti nħtart Direttur Ġenerali għar-Riċerka, Policy u Operat fi ħdan dan il-Ministeru. Ifisser li firresponsabbiltà tiegħek issa għandek tlett direttorati; tasServizzi Korporattivi, tal-Iżvilupp tal-Policy u tal-Implimentazzjoni tal-Programmi. Kif qed tħares lejn dan l-impenn, tlett xhur wara l-ħatra - minn dak li sibt għal dak li trid jiġi mplimentat? Id-dimensjoni soċjali dejjem affaxxinatni u qatt ma bsart li se nkun qed nesperjenza dan daqshekk millqrib. Kif tista’ tara minn dan l-irwol, il-ħidma tiegħi f’din id-Diviżjoni għanda l-għan li tipprovdi dak l-appoġġ neċessarju bl-għan li l-Ministeru jaħdem bl-aħjar mod possibli. Hemm ħafna opportunitajiet fil-kuntest ta’ titjib tas-servizz fi ħdan is-settur soċjali, kemm internament u anke esternament. Flimkien mat-tim tiegħi,

Kif anke komunikat mis-Segretarju Permanenti mal-ħatra tiegħek, joħroġ ċar kif priorità ewlenija ta’ din id-diviżjoni se tkun dik li nsaħħu l-qasam tar-riċerka fil-Ministeru li hi tant meħtieġa biex tgħin fit-tfassil tal-policies li jagħmel l-istess Ministeru minn żmien għal żmien. X’inhu l-qafas tal-pjan tiegħek bl-għan li din ilmira tal-Ministeru tidħol fis-seħħ u tħalli r-riżultati mistennija fixxhur u s-snin li ġejjin? Nemmen bi sħiħ li dimensjoni ta’ policy b’saħħitha hi bżonn jekk irridu nagħmlu differenza materjali fil-ħajja tan-nies. Flimkien mat-tim tiegħi bdejna naħdmu fuq qafas ta’ dokument għall-viżjoni tal-iżvilupp fil-qasam talpolitika soċjali għas-snin li ġejjin. Dan il-qafas hu mistenni li jipprovdilna pjan li jgħinna nilħqu l-aspirazzjonijiet tassoċjetà fiż-żmien li ġej . familja.media@gov.mt

Ikompli fil-paġna li jmiss

Paġna 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.