Q
ed nikteb dan il-messaġġ flistess żmien li qed jitneħħew l-aħħar restrizzjonijiet imposti ______mill-Ministru għas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jilqgħu għall-imxija talcoronavirus biex b’hekk issa intemmet l-emerġenza tas-saħħa pubblika li tnediet f’Marzu ftit wara li feġġew l-ewwel każijiet lokali. Ma kienx hawn familja f’Malta u Għawdex li tul l-emerġenza ma ntlaqtitx b’mod jew ieħor. Kien hawn min tilef l-impjieg jew kellu jissospendi n-negozju tiegħu; min tnaqqsulu s-sigħat tax-xogħol jew kellu jissakkar jaħdem minn daru; xi nies fosthom anzjani u persuni vulnerabbli, kellhom jgħixu iżolati u mifruda mill-għeżież tagħhom u min kellu jieħu l-kura u joqgħod kwarantina għax safa’ nfettat. Kellna wkoll sfortunatament min tilef ħajtu. Kien hawn min sofra mentalment kawża ta’ ansjetà, tensjoni jew solitudni. Eluf ta’ tfal tbiegħdu mill-bankijiet tal-iskola u mill-ħbieb tagħhom. F’temp ta’ ftit ġimgħat il-pandemija laqtet il-partijiet kollha tas-soċjetà u kixfet beraħ il-vulnerabilità talbniedem f’dik li hi saħħa, xogħol u finanzi. Fl-istess ħin, l-esperjenzi li għaddejna minnhom urewna kemm niddependu minn xulxin u l-importanza tal-familja, tal-komunità u tal-ħbieb.
L-effetti tal-Covid-19 Ħidma ta’ suċċess u għaqda nazzjonali d-Diviżjoni tal-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza li mgħejjuna mill-impjegati tal-MITA u tal-Unit għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni, stinkaw biex ipproċessaw eluf ta’ applikazzjonijiet biex f’qasir żmien tħallsu erba’ benefiċċji speċjali li nħolqu biex jiġu mgħejjuna ħaddiema u ġenituri milquta mill-effetti tal-pandemija. L-istess fuq quddiem kienu l-impjegati tal-Malta Enterprise li flew eluf ta’ applikazzjonijiet oħra għall-iskemi li tniedew, fosthom il-wage supplement, biex in-negozji jibqgħu b’saħħithom u jitnaqqas il-periklu li ħaddiema jispiċċaw mingħajr impjieg. Bil-ħidma tagħna lkoll flimkien ġew salvati madwar 100,000 impjieg.
Mark Musù Segretarju Permanenti Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali
Ikompli fil-paġna li jmiss
Spikkat mhux biss l-importanza talħidma tal-ispeċjalisti u l-impjegati fil-qasam tas-saħħa u oħrajn meqjusa bħala frontliners, imma wkoll iddipendenza tas-soċjetà fuq il-ħidma ta’ kategoriji oħra ta’ ħaddiema bħal dawk li ħadmu biex żammew postijiet pubbliċi nodfa u disinfettati, li wasslu xirjiet fid-djar u li stokkjaw lix-xkafef fil-ħwienet tal-merċa jew supermarkets. Mhux anqas minnhom kienu dawk l-impjegati fil-qasam tas-servizzi soċjali li jduru bl-anzjani u persuni b’diżabilità, li ħadmu anke b’sagrifiċċju biex jindokrawhom u jbiegħduhom mill-perikli tal-pandemija. Kien hemm ukoll dawk fi ħdan idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali u familja.media@gov.mt
Paġna 11