Tfal Missjunarji April Mejju 2022

Page 2

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Għeżież Tfal,

Kif intom? Wasalna fir‑rivista tax‑xhur t’April u Mejju, li ser tkun l‑aħħar waħda stampata u mqassma fl‑iskejjel għal din is‑sena skolastika. Matul ix‑xhur tas‑sajf, ser inkunu qed noħorġu rivista online li ser nibagħtulkom id‑dar permezz ta’ imejl. F’nofs April ser inkunu qed niċċelebraw l‑akbar festa tal‑Knisja Kattolika, l‑Għid il‑Kbir; meta Ġesù rebaħ fuq il‑mewt billi rxoxta. Żgur li lilkom it‑tfal din il‑festa togħġobkom ukoll minħabba l‑bajd taċ‑ċikkulata u l‑figolli! Imma tajjeb li qabel niċċelebraw inkunu għamilna xi penitenzi u astinenzi matul il‑Randan. Imbagħad f’Mejju, li huwa x‑xahar ddedikat lil Ommna Marija, huwa importanti li flimkien, fil‑familji u fl‑iskejjel, ngħidu t‑talba sabiħa tar‑Rużarju li l‑Madonna tant tħobb. F’Mejju wkoll, aħna ta’ Missio ser inkunu qed niċċelebraw festa kbira ħafna, il‑Beatifikazzjoni ta’ waħda mill‑fundaturi tagħna; tfajla Franċiża li jisimha Pauline M. Jaricot. Biex tkunu tafu aktar dwar din il‑mara qaddisa, araw il‑komik fil‑paġni tan‑nofs ta’ din ir‑rivista. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tajjeb li twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom,

Claudia

L‑Għid it‑Tajjeb lill‑Qarrejja Żgħar Tagħna u lill‑Għalliema u lill‑Familjari Kollha Tagħkom. Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta

2

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Tfal Missjunarji April Mejju 2022 by Missio Malta - Issuu