6 minute read

MissioTfal Għawdex | 7 Żewġ Lampi Taż‑Żejt | 11 Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha

AĦBAR SABIĦA: KRISTU MIET U RXOXTA

Għeżież Tfal,

Forsi kif tħarsu lejn it‑titlu ta’ dan l‑artiklu tistaqsuni: “Għaliex aħbar ta’ ferħ? Ma tafx f’liema żmien qegħdin ngħixu? Żmien ta’ pandemija, żmien ta’ gwerra, żmien li fih ħafna tfal m’għandhomx x’jieklu, m’għandhomx ħwejjeġ u anqas għandhom skejjel biex jitgħallmu? Imbagħad tgħid li hi aħbar ta’ ferħ u tibda bil‑mewt ta’ Kristu?”

Iva tfal, din l‑ikbar aħbar ta’ ferħ li qatt tista’ titwassal lil kull bniedem li jgħix fuq din l‑art; li Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem, miet għalina u rxoxta wara tlett ijiem. Dan għamlu biex jagħmilna lkoll ulied t’Alla l‑Missier, jagħmilna wlied fl‑Iben il‑waħdieni. Din hija l‑aħbar ta’ ferħ – Bxara Tajba – Vanġelu, li l‑missjunarji mad‑dinja kollha jwasslu lil dawk il‑bnedmin kollha li magħhom jiltaqgħu. Din hija aħbar hekk kbira u sabiħa li Ġesù Kristu ried li d‑dixxipli tiegħu jmorru mad‑dinja kollha jxerrdu u jwasslu. Din l‑aħbar, jekk aħna tassew nemmnuha, iddawwal lill‑ħajjitna anke fl‑iktar irkejjen mudlama li nkunu fihom. Din hija aħbar li tagħti kuluri sbieħ lill‑esperjenzi li aħna nġarrbu ta’ kuljum. Aħbar bħal din tagħti togħma ħelwa anke lill‑morr li nduqu f’ħajjitna. Din l‑aħbar insejħulha ‘It‑Tħabbira tal‑Misteru tal‑Għid’. Għid ma jfissirx biss qawmien, iżda il‑misteru sħiħ tal‑Għid ifisser il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù Kristu. Huwa veru li biex Ġesù wasal għall‑qawmien glorjuż ħtieġlu jgħaddi mill‑passjoni u l‑mewt tal‑Ġimgħa l‑Kbira, u għalhekk minn dan nitgħallmu li ma nistgħux naslu għall‑ferħ jekk l‑ewwel ma nkunux lesti li nbatu. Iżda fuq kollox il‑Misteru tal‑Għid jurina wkoll li m’hemmx Ġimgħa Kbira, tbatija li ma twassalx għall‑qawmien; għar‑rebħa. Għalhekk, għeżież tfal ma naqtgħux qalbna fid‑diffikultajiet u fit‑tbatija, fil‑mard u fl‑inkwiet tal‑ħajja, għaliex dan kollu, inklużha l‑mewt, mhix l‑aħħar kelma. WARA HEMM IR‑REBĦA TAL‑QAWMIEN.

Storja addattata minn Claudia Cini • Illustrazzjonijiet ta’ Monique Mallia Sena 1817: Pauline, tfajla Franċiża ta’ 18‑il sena kienet qed titlob fis‑skiet meta kellha viżjoni xi ftit stramba.

Pauline, li kellha għal qalbha il‑Fidi u kienet tħobb ħafna lill‑Missjoni, malajr fiehmet it‑tifsira ta’ din il‑viżjoni.

Il‑lampa l‑vojta tirrappreżenta l‑Fidi fi Franza ‑ Fidi fqira!

Il‑lampa mfawra tirrappreżenta l‑Fidi tal‑Kattoliċi fil‑Missjoni. Il‑Fidi ta’ dawn il‑Missjunarji terġa’ trawwem il‑Fidi fil‑pajjiż!

Pauline, li kellha għal qalbha il‑Fidi u kienet tħobb ħafna lill‑Missjoni, malajr fiehmet it‑tifsira ta’ din il‑viżjoni.

Il‑pjan ikun jismu ‘Ċrieki t’10’. Kull persuna trid tikkommetti ruħha li twarrab ċenteżmu kull ġimgħa għall‑Missjoni. Fl‑istess ħin kull persuna trid issib 10 persuni oħra li jagħmlu l‑istess ħaġa. U jibqgħu sejrin hekk, dejjem jiżdiedu.

Ninsab skantata kif QATT ħadd qabel ma’ ġietu din l‑idea sempliċi!

L‑ewwel persuni li ssieħbu f’din ‘L‑Għaqda’ kienu xi tfajliet li kienu jaħdmu fil‑fabbrika tal‑ħarir li kellu missierha. Tfajliet foqra li biex iwarrbu ċenteżmu kien diġa’ sagrifiċċju kbir għalihom.

Sas‑sena 1820, kienu diġa’ involuti 1,000 persuna. Id‑donazzjonijiet tagħhom intbagħtu lill‑Missjunarji fiċ‑Ċina. Ix‑xewqa ta’ Pauline kienet li tibgħat aktar donazzjonijiet lill‑missjonijiet oħrajn ukoll. Għal bidu Pauline sabet min ma qabilx magħha.

Tfajla ambizzjuża wisq int Pauline.

Ma taħsibx li qed tara kbir wisq? Għax ma qgħadtx bi kwietek id‑dar!

Pauline ma qatgħetx qalbha. F’Mejju 1822, f’Lyons saret laqgħa bejn Dun Angelo Inglesi u xi rġiel li xtaqu joħolqu għaqda tixbah lil dik ta’ Pauline.

Xi snin wara mar ikellem lis‑Sinjorina Pauline Jaricot, l‑Isqof Charles de Forbin Janson li kellu xewqa kbira jgħin lit‑tfal tal‑Missjoni. Flimkien iddeċidew li l‑Isqof Charles kellu juża mat‑tfal l‑istess pjan li użat Pauline mal‑kbar. B’hekk inħolqot l‑għaqda magħrufa ‘Children Helping Children’.

L‑Għaqda tagħna mhux ser tgħin Missjoni waħda, imma Missjonijiet ma’ kullimkien.

L‑Għaqda tagħna ser tgħin lill‑Missjonijiet ta’ Louisiana li jifirxu mill‑Messiku sal‑Kanada.

Dan hu dak li dejjem xtaqt jien!

Jiena s‑sulfarina li qabbadt in‑nar !

L‑Għaqda tas‑Sinjorina Jaricot tagħmel ħafna sens, l‑Għaqda tagħna tkun tixbah lil tagħha.

Naqbel li d‑donazzjonijiet tal‑Għaqda tiegħi jiżdiedu ma’ taghkom għall‑ġid tal‑Missjonijiet.

Nicholas Lowinger kellu biss ħames snin meta beda jgħin f’dar għal dawk bla saqaf fuq rashom. Huwa kien jiltaqa’ mat‑tfal li ma kellhomx żarbun jew li kellhom xi wieħed imqatta’ u riedu jmorru l‑iskola bih. It‑tfal tamparu kienu jgħidulu li kienu jfallu l‑iskola għax kienu jissellfu ma’ ħuthom iż‑żarbun. Oħrajn kienu jgħidulu li kienu jkunu bbuljati l‑iskola minħabba f’hekk u ħafna kienu jitilfu l‑istima tagħhom infushom. Dawn it‑tfal lil Nicholas messewlu qalbu u ta’ tifel li kien, kien jagħtihom iż‑żraben tiegħu u xi ħwejjeġ li rari kien jilbes.

Fl‑2010, beda jaħdem fuq proġett li kien jaf li bih ser jgħin lil dawn it‑tfal li kienu qed jitilfu l‑iskola u opportunità sabiex ħajjithom tkun aħjar. Nicholas ħadem mal‑komunità tiegħu biex jgħinuh jiġbor żraben ġodda. Daħħal miegħu ħwienet u manifatturi taż‑żraben biex jgħinuh jagħmel din il‑bidla fis‑soċjetà. Fl‑ewwel sena tagħha din l‑inizjattiva għenet madwar 400 tifel u tifla f’Rhode Island. Imma mbagħad bl‑għajnuna ta’ 2,700 voluntier li kienu jippakkjaw u joħolqu kartolini personalizzati b’messaġġi ta’ tama biex jakkumpanjaw iż‑żraben, Nicholas irnexxielu jagħti żraben ġodda lil madwar 28,000 tifel u tifla foqra f’36 stat. Dan il‑proġett kien jismu ‘Gotta Have Sole Foundation’ li kien jgħin ukoll billi jagħti sapport u motivazzjoni lit‑tfal bl‑għajnuna fix‑xogħol tal‑iskola u għajnuniet oħrajn li jkun hemm bżonn. Illum Nicholas għandu 17‑il sena u jmexxi din il‑fondazzjoni mill‑garaxx tiegħu stess, li huwa mimli bi żraben ġodda li ngħataw mill‑kumpaniji kbar taż‑żraben mill‑pajjiż kollu. Wara, dawn iż‑żraben jintbagħtu sa wara l‑bibien tat‑tfal, u meta jkun jista’ saħansitra jwassalhomlhom huwa stess.

Bana al‑Abed hija tifla li fl‑età ta’ 7 snin użat it‑twitter biex tiddokumenta dak li kien qed jiġri f’Aleppo, is‑Sirja. Din kienet tikteb dwar l‑atroċitajiet li kienu jsiru fis‑Sirja mikula bil‑gwerra. B’dak li kitbet ġibdet l‑attenzjoni ta’ ħafna mexxejja mid‑dinja kollha li ħadu azzjoni. Fl‑2018, Bana kienet onorata bir‑Rising Star Award.

F’Marzu tal‑2002, ħaddiem tat‑tifi tan‑nar li kien qed ifittex fit‑tifrik ta’ Ground Zero, wara l‑attakk terroristiku li kien sar fi New York fid‑9 11

ta’ Settembru 2001, sab Bibbja maqbuda ma’ biċċa azzar li kienet inħallet fin‑nirien. Il‑folja tal‑ktieb, miftuħa fl‑azzar f’forma ta’ qalb, kienet mill‑Vanġelu ta’ San Mattew 5:38‑39, li tgħid: “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal‑lemin, dawwarlu l‑ieħor ukoll.”

Il‑ħaddiem sejjaħ fotografu li ħa ritratti tal‑biċċa azzar bil‑Bibbja mwaħħla miegħu. Fejn kollox inqered jew inħaraq, din il‑Bibbja fraġli baqgħet hemm biex twassal messaġġ lid‑dinja. In‑natura tagħna tħeġġiġna biex inpattu l‑ħażin bil‑ħażin; Alla, minflok, jistedinna biex naħfru u nibqgħu nħobbu, filwaqt li nħallu f’idejh il‑ġustizzja. Illum din il‑Bibbja fl‑azzar tinsab fin‑National 9/11 Memorial Museum. Papa Franġisku kien raha fiż‑żjara tiegħu fi New York f’Settembru tal‑2015.

Eżempji sbieħ:

• Roberta Zammit minn Ħaż‑Żebbuġ Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI:

€ 3 ‑ Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€ 20 ‑ Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€ 50 ‑ Tabib ikollu lbies prottetiv biex jikkura persuni morda bil‑COVID‑19 fil‑missjoni

€ 100 ‑ Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

This article is from: