
5 minute read
Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Paġna Ta’ Rafiki
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta'
Facebook Missio Malta Events
Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet Għeżież Tfal, u attivitajiet ta' interess. Kif intom? Wasalna fir‑rivista tax‑xhur t’April u Mejju, li ser tkun l‑aħħar waħda stampata u mqassma fl‑iskejjel għal din is‑sena skolastika. Matul ix‑xhur tas‑sajf, ser inkunu qed noħorġu rivista online li ser nibagħtulkom id‑dar permezz ta’ imejl. F’nofs April ser inkunu qed niċċelebraw l‑akbar festa tal‑Knisja Kattolika, l‑Għid il‑Kbir; meta Ġesù rebaħ fuq il‑mewt billi rxoxta. Żgur li lilkom it‑tfal din il‑festa togħġobkom ukoll minħabba l‑bajd taċ‑ċikkulata u l‑figolli! Imma tajjeb li qabel niċċelebraw inkunu għamilna xi penitenzi u astinenzi matul il‑Randan. Imbagħad f’Mejju, li huwa x‑xahar ddedikat lil Ommna Marija, huwa importanti li flimkien, fil‑familji u fl‑iskejjel, ngħidu t‑talba sabiħa tar‑Rużarju li l‑Madonna tant tħobb. F’Mejju wkoll, aħna ta’ Missio ser inkunu qed niċċelebraw festa kbira ħafna, il‑Beatifikazzjoni ta’ waħda mill‑fundaturi tagħna; tfajla Franċiża li jisimha Pauline M. Jaricot. Biex tkunu tafu aktar dwar din il‑mara qaddisa, araw il‑komik fil‑paġni tan‑nofs ta’ din ir‑rivista. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tajjeb li twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom, Claudia
L‑Għid it‑Tajjeb lill‑Qarrejja Żgħar Tagħna u lill‑Għalliema u lill‑Familjari Kollha Tagħkom.
Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali. TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Għeżież Tfal,
Din is‑sena l‑Maratona HopeMissioFest ser issir nhar is‑Sibt 4 ta’ Ġunju mill‑11:00am sal‑11:00pm. L‑iskejjel huma mistednin sabiex jgħinu l‑Istat ta’ Nagaland, stat imwarrab fil‑Grigal tal‑Indja li mhuwiex aċċessibbli faċilment. Għalhekk m’hemmx aċċess la għall‑ilma ġieri, la għall‑elettriku u wisq anqas opportunitajiet għall‑edukazzjoni jew xi karriera. tista’ tinxef u jkollhom jirrazzjonaw l‑ilma miġbur fit‑tankijiet. Dan joħloq stress kbir fuq l‑istaff u l‑istudenti, peress li l‑ħtiġijiet bażiċi, bħall‑ħasil, kultant ikollhom jinqatgħu. B’tant tfal fid‑dar u b’ħafna aktar qed jistennew li jiġu aċċettati, Patri Raymond u Patri Rajesh huma konxji li jista’ jkollhom jixtru l‑ilma li jiswa ħafna flus.
B’xorti tajba l‑Eden Gardens Children’s Home toffri lill‑aktar minn 250 tifel u tifla edukazzjoni mimlija opportunitajiet, kif ukoll dar sigura li tissodisfa l‑bżonnijiet fiżiċi u spiritwali tagħhom. Immexxija mis‑saċerdoti Ġiżwiti Patri Raymond De Souza u Patri Rajesh Lobo, id‑dar tgħin biex iħejju lit‑tfal għall‑futur tagħhom ħalli jsegwu l‑ħolm tagħhom li jista’ jkun snajja’ jew karrieri differenti. Peress li dawn it‑tfal huma l‑ewwel ġenerazzjoni ta’ studenti li qed jistudjaw, isibuha diffiċli biex jitgħallmu, iżda min‑naħa l‑oħra jsibu affarijiet oħra faċli, bħall‑mużika u l‑isports. Parti mill‑ħajja fid‑dar tinkludi li jagħmlu xi xogħlijiet, bħal ġbir ta’ ilma mix‑xmara sabiex jimtlew it‑tankijiet tal‑ilma. Matul l‑istaġun xott, madankollu, in‑nixxiegħa Bil‑flus li ser jinġabru mill‑iskejjel, ser inkunu qed ngħinu fl‑ispiża tat‑tmexxija tad‑dar, li tinkludi aċċess għall‑ilma ħelu permezz ta’ tank ġdid tal‑ilma, ikel nutrittiv, kura tas‑saħħa u edukazzjoni ta’ kwalità. Permezz tal‑ħidma tagħhom, Patri Raymond, Patri Rajesh u l‑missjunarji fid‑dar qed jagħtu lit‑tfal l‑appoġġ prattiku u l‑formazzjoni li għandhom bżonn sabiex iwettqu l‑ħolm tagħhom. Minn qalbna aħna nirringrazzjaw lill‑iskejjel li jgħinuna ngħinu din id‑dar sabiex dawn it‑tfal ikollhom futur sabiħ lejn xiex iħarsu.
Lezzjonijiet Tal‑Kultura Fl‑Iskejjel
MissioTfal huwa wieħed mill‑pilastri ta’ Missio Malta fejn il‑kordinatriċi tiltaqa’ mat‑tfal fl‑iskejjel u fil‑parroċċi. Għal dan il‑għan, flimkien naraw kif tfal oħra fid‑dinja jgħixu u jitgħallmu. L‑għan tagħna huwa wkoll li noħolqu għarfien missjunarju fit‑tfal fejn dawn jitgħallmu fuq kulturi differenti ta’ pajjiżi differenti sa minn età żgħira. Dan meta llum niltaqgħu ma’ ħafna nies minn pajjiżi oħra fid‑dinja li qegħdin jgħixu hawn Malta. Tajjeb għalhekk li nitgħallmu xi ftit fuq dawn il‑pajjiżi biex inkunu nistgħu nikkomunikaw, nifhmu lil xulxin u nkunu ħbieb veri. Din is‑sena, wara li tneħħew ħafna mir‑restrizzjonijiet tal‑COVID‑19, stajna mmorru fl‑iskejjel bħal qabel. Ħdimna ma’ ħafna skejjel ġodda u ltqajna ma’ ħafna tfal minn postijiet u ta’ etajiet differenti. Kellna l‑opportunità li mmorru fl‑iskejjel primarji tal‑Mellieħa, ta’ Marsaxlokk u ta’ Ħal Tarxien. Morna wkoll fl‑iskola ta’ St. Joseph ta’ Raħal Ġdid. Ma’ dawn it‑tfal tkellimna dwar il‑festival spettakolari tal‑Lanterni fiċ‑Ċina u għednielhom li din is‑sena ċ‑Ċiniżi qed jiċċelebraw is‑sena tat‑tigra. Dħalna fid‑dettal magħhom dwar x’jieklu ċ‑Ċiniżi f’dawn il‑ġranet u kif iżejnu t‑toroq b’tant dwal u kuluri b’lanterni ta’ kull tip u għamla. Wara t‑tfal kellhom iċ‑ċans li jagħmlu l‑lanterni tagħhom.
Tkellimna wkoll fuq il‑Ghana, u wrejniehom vidjow dwar il‑proġett ta’ Sor Stan li tmexxi dar tat‑tfal li Missio qed jgħin u jappoġġja. Tkellimna dwar l‑istrument mużikali nazzjonali tal‑Ghana li huwa t‑tanbur u dwar festival kbir li jsir f’April fejn in‑nies jinġabru ħdejn ix‑xmara, jagħmlu kunċerti kbar u jdoqqu tnabar tradizzjonali ta’ kull tip. Dan il‑festival idum sejjer għal madwar ġimagħtejn u għalih imorru ħafna turisti. Mat‑tfal iż‑żgħar għamilna tanbur u ferħu ħafna meta bdew idoqquh fil‑klassi, filwaqt li mat‑tfal ftit akbar għamilna affarijiet oħra, bħalma hija t‑tajra, meta tkellimna dwar il‑Gwatemala u l‑Peru. Kellimniehom dwar il‑missjunarji tagħna fil‑Peru u wrejniehom xi filmati minn dawn il‑postijiet, u dwar il‑festival tat‑tajr li jiċċelebrawh f’Jum il‑Mejtin Kollha. Dawn jagħmlu tajr ta’ kull daqs u għamla sbieħ ħafna għax ipittru fuqhom u għalhekk fihom infushom huma xogħol artistiku tassew sabiħ. Dan it‑tajr jirrappreżenta l‑erwieħ li lkoll nemmnu li jitilgħu s‑sema u jitolbu għalina. Hija użanza sabiħa ħafna.

Issa wkoll qed nagħmlu sessjonijiet tal‑kultura mal‑istudenti tal‑iskejjel medji u sekondarji. B’dan il‑mod inkunu qed ngħallmu dejjem iżjed dwar nies u pajjiżi differenti u b’hekk inkunu qed nrawmu fl‑istudenti mentalità missjunarja li hija inklussiva u miftuħa għal kulħadd.