
3 minute read
Kraft Tradizzjonali | 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju
Nancy Camilleri BAJD PYSANKY
MILL‑UKRAJNA
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jużaw labra u ħallihom jagħmluha biss jekk tkun komdu biha.
X’għandek bżonn:
• Bajda friska ta’ tiġieġa ta’ lewn abjad • Labra tal‑ħjata kbira u ħoxna • Ġem markers ta’ kuluri differenti jew • Żebgħa tal‑krafts bħall‑‘poster colours’ • Pniezel irqaq u ‘straw’
Metodu:
Jekk se tuża bajda friska segwi l‑istruzzjonijiet kollha u jekk se tuża bajda iebsa aqbeż l‑ewwel tliet struzzjonijiet. Importanti li tħalli l‑bajda tibred sew qabel tużaha. 1.Aħsel sew il‑bajda u bil‑labra taqqabha minn fuq u minn taħt. 2.Permezz ta’ ‘straw’ irqiqa, onfoħ b’kemm għandek saħħa minn toqba minnhom sabiex tbattal il‑bajda ġo xi skutella sabiex ma tinħeliex u tkun tista’ tużaha għat‑tisjir. 3.Erga’ aħsel il‑bajda minn barra u minn ġewwa bl‑ilma u ftit sapun u aħsel idejk sew. 4.Bil‑ġem markers jew biż‑żebgħa u b’pinzell irqiq, pinġi diversi disinji fuq il‑bajda d‑dawra kollha. 5.Ara l‑eżempji tad‑disinji hawn taħt sabiex timxi mat‑tradizzjoni Ukrena u fl‑istess ħin titgħallem xi jfissru s‑simboli. 6.Pinġi diversi bajd ikkulurit u b’simboli differenti.
Dejjem aħsel idejk sew.
Kont taf li: għal ġenerazzjonijiet sħaħ, l‑Ukreni żejnu l‑bajd bis‑simboli billi jużaw iż‑żebgħa u x‑xama’ tan‑naħal. Kienu jżejnu l‑bajd biex jiċċelebraw ir‑rebbiegħa bil‑ħajja ġdida u t‑twelid mill‑ġdid tagħha. Is‑simboli kienu jirrappreżentaw is‑saħħa, il‑kuntentizza, l‑imħabba, il‑ħsad u l‑fertilità, fost oħrajn. Wara li l‑Ukreni kkonvertew għall‑Kristjaneżmu, komplew bit‑tradizzjonijiet tal‑arti tal‑bajd tagħhom; biss issa bdew iżejnu l‑bajd tagħhom għat‑tberik tal‑Basket tal‑Għid f’nhar Sibt il‑Għid. Madankollu, l‑istess simboli fuq il‑bajd kellhom tifsiriet Kristjani ġodda. (Ara l‑istampi).
XARBA TAL‑FRAWLI
MINN VERMONT
X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 150 gramma frawli • 75 gramma zokkor • 600 millilitru ħalib • 150 millilitru krema friska • Ftit ġelat tal‑vanilla jew tal‑frawli
Metodu:
• Naddaf il‑frawli, poġġihom flimkien maz‑zokkor ġo blender u ħawwadhom sew. • Żid il‑ħalib, il‑krema friska u l‑ġelat mat‑taħlita, u ħaddem sewwa. • Ferra’ x‑xarba ġo erba’ tazzi u servi kesħin. Bon Appetit (L‑Ikla t‑Tajba)
Nota: It‑tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t‑tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l‑miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n‑nar u/jew l‑elettriku.
Kont taf li: Vermont jinsab fl‑istat ta’ New England fil‑Grigal tal‑Istati Uniti tal‑Amerika? Montpelier hija l‑belt kapitali filwaqt li Burlington hija l‑akbar belt. Vermont huwa mlaqqam l‑Istat tal‑Muntanja l‑Ħadra minħabba l‑muntanji pittoreski li hemm f’dan l‑istat. Fil‑fatt il‑kelma Vermont ġejja minn żewġ kelmiet bil‑Franċiż – ‘vert’ li tfisser aħdar u ‘mont’ li tfisser muntanja. L‑aktar reliġjon prattikata f’Vermont hija dik Kattolika Rumana. Fl‑2016 Vermont kien iddikjarat l‑aktar post sigur biex tgħix fih mill‑pajjiżi kollha tal‑Istati Uniti tal‑Amerika. Vermont, li huwa l‑14‑il stat Amerikan, huwa l‑uniku stat li m’għandux ‘skyscrapers’. Kien ukoll l‑ewwel stat li pprojbixxa l‑iskjavitù u huwa l‑aktar stat li għandu pontijiet.
APRIL ‑ MEJJU 2022
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. SIB IT‑TRIQ
Ara jirnexxilekx tgħin lill‑fenek isib it‑triq biex jasal sal‑qoffa. Għodd ukoll kemm ġabar bajd il‑fenek fi triqtu lejn il‑qoffa. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
START

FINISH
Risposta: Il‑fenek ġabar ____________ bajda.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu jew biħsiebkom tgħaddu l‑vaganzi tal‑Għid. Kellkom xi esperjenza unika? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
TFAL MISSJUNARJI – Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
APRIL ‑ MEJJU 2022
ISEM U KUNJOM: __________________________________________________________________ ETÀ: ______________________________
INDIRIZZ: _______________________________________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________ KODIĊI POSTALI: ______________________________
SKOLA: __________________________________________________________________________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2021 – Jannar 2022 – Ħarġa Nru.90.
1. SIB IT‑TRIQ 2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Selina Joy Scicluna u Mariah Micallef, it‑tnejn minn Ħaż‑Żebbuġ u Francesco Sciberras mix‑Xagħra, Għawdex.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.