Tfal Missjunarji April Mejju 2022

Page 13

KRAFT TRADIZZJONALI Nancy Camilleri

BAJD PYSANKY MILL‑UKRAJNA

X’għandek bżonn:

• Bajda friska ta’ tiġieġa ta’ lewn abjad • Labra tal‑ħjata kbira u ħoxna • Ġem markers ta’ kuluri differenti jew • Żebgħa tal‑krafts bħall‑‘poster colours’

Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jużaw labra u ħallihom jagħmluha biss jekk tkun komdu biha.

Dejjem aħsel idejk sew.

• Pniezel irqaq u ‘straw’

Metodu: Jekk se tuża bajda friska segwi l‑istruzzjonijiet kollha u jekk se tuża bajda iebsa aqbeż l‑ewwel tliet struzzjonijiet. Importanti li tħalli l‑bajda tibred sew qabel tużaha. 1.Aħsel sew il‑bajda u bil‑labra taqqabha minn fuq u minn taħt. 2.Permezz ta’ ‘straw’ irqiqa, onfoħ b’kemm għandek saħħa minn toqba minnhom sabiex tbattal il‑bajda ġo xi skutella sabiex ma tinħeliex u tkun tista’ tużaha għat‑tisjir. 3.Erga’ aħsel il‑bajda minn barra u minn ġewwa bl‑ilma u ftit sapun u aħsel idejk sew. 4.Bil‑ġem markers jew biż‑żebgħa u b’pinzell irqiq, pinġi diversi disinji fuq il‑bajda d‑dawra kollha. 5.Ara l‑eżempji tad‑disinji hawn taħt sabiex timxi mat‑tradizzjoni Ukrena u fl‑istess ħin titgħallem xi jfissru s‑simboli. 6.Pinġi diversi bajd ikkulurit u b’simboli differenti.

Kont taf li: għal ġenerazzjonijiet sħaħ, l‑Ukreni żejnu l‑bajd bis‑simboli billi jużaw iż‑żebgħa u x‑xama’ tan‑naħal. Kienu jżejnu l‑bajd biex jiċċelebraw ir‑rebbiegħa bil‑ħajja ġdida u t‑twelid mill‑ġdid tagħha. Is‑simboli kienu jirrappreżentaw is‑saħħa, il‑kuntentizza, l‑imħabba, il‑ħsad u l‑fertilità, fost oħrajn. Wara li l‑Ukreni kkonvertew għall‑Kristjaneżmu, komplew bit‑tradizzjonijiet tal‑arti tal‑bajd tagħhom; biss issa bdew iżejnu l‑bajd tagħhom għat‑tberik tal‑Basket tal‑Għid f’nhar Sibt il‑Għid. Madankollu, l‑​istess simboli fuq il‑bajd kellhom tifsiriet Kristjani ġodda. (Ara l‑istampi). 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.