
5 minute read
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
It‑Tlieta u Għoxrin Parti
il‑post, iżda l‑knisja nqerdet matul il‑Gwerra tat‑Tletin Sena.
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Wambierzyce, Albendorf, il‑Polonja Fis‑Sileżja t’Isfel, fil‑Lbiċ tal‑Polonja hemm is‑Santwarju ta’ Albendorf. L‑oriġini tal‑istorja li wasslet għall‑iżvilupp ta’ dan il‑post ta’ pellegrinaġġi jmur lura għas‑sena

1250. Il‑Verġni Marija dehret fil‑kastell Rathen
Albendorf, lill‑kavallier nobbli. Wara l‑ġrajja, huwa naqqax statwa tal‑injam tal‑Madonna ta’ madwar
27 ċentimetru, simili għall‑Madonna tad‑dehra, li tpoġġiet ħdejn siġra tal‑linden (tal‑ġir). Wara xi żmien, raġel agħma mar fil‑post biex iqim l‑istatwa, u waqaf quddiemha jitlob b’devozzjoni u ħeġġa kbira. F’daqqa waħda, huwa kiseb il‑vista. L‑aħbar tal‑miraklu xterdet u mill‑ewwel marru bosta devoti biex jagħtu ġieħ lil din l‑istatwa tal‑Madonna. Wara nbena artal tal‑ġebel quddiem is‑siġra. L‑ewwel kappella tal‑injam inbniet fl‑1263, u fl‑1512 inbniet knisja tal‑ġebel u l‑istatwa tqiegħdet hawn. Bdew isiru ħafna pellegrinaġġi lejn
Il‑knisja tal‑pellegrinaġġi preżenti tal‑Viżitazzjoni tal‑Madonna tmur lura għall‑knisja mibnija bejn l‑1695 u l‑1710, fuq disinn maħsub li jixbah lit‑Tempju ta’ Ġerusalemm. Madanakollu, il‑knisja kollha, minbarra l‑faċċata Rinaxximentali, kellha titwaqqa’ tliet snin wara għax l‑istruttura kienet saret perikoluża. Ir‑raba’ knisja, dik preżenti, fuq stil Barokk, inbniet bejn l‑1715 u l‑1723, iffinanzjata min‑nobbli sid tal‑post il‑Konti Franz
Anton von Gotzen. Fis‑Seklu
17 il‑pittur Danjel ta’
Osterberg, minbarra li pitter il‑posti tal‑ħajja u tal‑passjoni ta’ Kristu, pitter ukoll dan il‑post qalb il‑muntanji.
Huwa ta din il‑pittura t‑titlu ta’: “Ġerusalemm tas‑Sileżja”, kif għadha magħrufa sal‑lum. Madwar il‑knisja u r‑raħal inbnew numru ta’ kappelli żgħar iddedikati kollha lill‑Passjoni ta’ Kristu. Fl‑1936 il‑knisja rċeviet l‑istatut ta’ Bażilika
Minuri minn Papa Piju
XI u fl‑1980 Papa Ġwanni
Pawlu II ta lill‑Madonna ta’ Wambierzyce t‑titlu ta’
Regina tal‑Familja. Huwa stmat li kull sena jżuruha aktar minn 150,000 pellegrin.
Id‑Dehra tal‑Madonna, f’Manaoag, fil‑Filippini
‘Il‑Madonna tar‑Rużarju

Mqaddes ta’ Manaoag’ huwa t‑titlu Kattoliku tal‑Verġni Marija meqjuma f’Manaoag, Pangasinan, fil‑Filippini. Ix‑xbieha tal‑avorju u tal‑fidda li ġġib dan it‑titlu tmur lura sas‑Seklu 16 u bħalissa tinsab fil‑Bażilika Minuri tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ Manaoag. Is‑santwarju huwa sit ewlieni ta’ pellegrinaġġi fil‑pajjiż u huwa amministrat mill‑Ordni Dumnikan fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Lingayen‑Danupan. Taħt dan it‑titlu Marjan, il‑Verġni Mqaddsa Marija hija invokata bħala Patruna tal‑morda u dawk fil‑bżonn. Din ix‑xbieha tiġi meqjuma darbtejn fis‑sena: fit‑tielet Erbgħa wara l‑Għid u fl‑ewwel Ħadd t’Ottubru.
Fis‑sena 1610, il‑bidwi Juan de La Crux, fi triqtu lura d‑dar wara ġurnata xogħol fir‑razzett, kien inkwetat ħafna dwar id‑dar u r‑raba’ tiegħu minħabba li kien jaf li dawn setgħu jiġu kkonfiskati mill‑awtoritajiet ċivili, kif kien ġara qabel minn xi artijiet oħra fl‑istess pajjiż. Quddiem dan il‑prospett bla tama, huwa dejjem irrikorra għall‑għejun tal‑fidi tiegħu, kif kien mgħallem mis‑saċerdoti tal‑parroċċa tiegħu, sabiex ikollu fiduċja u fidi sħiħa fit‑tjubija u l‑ħniena t’Alla, u fil‑protezzjoni tal‑Madonna, Omm Alla. Kif kien miexi jaħseb dwar dan, ra dawl qawwi li għall‑bidu ma tax kasu u baqa’ miexi. Iżda mbagħad sema’ leħen femminili, ħares madwaru u ra fuq siġra mgħottija bi sħaba lill‑Verġni Marija li f’idha l‑leminija kellha kuruna tar‑Rużarju u f’idha tax‑xellug kienet qiegħda żżomm lill‑Bambin Ġesù, f’nofs dija tas‑sema. Marija qalet lill‑bidwi: “Ibni, irrid knisja tinbena hawn għal ġieħi. Uliedi għad jirċievu ħafna grazzji f’dan il‑post.” Huwa emmen li dik kienet il‑Madonna. Mimli ferħ b’dik l‑esperjenza straordinarja, minnufih mar id‑dar u rrakkonta lil martu, lil uliedu, lill‑qraba u lil ħbiebu dwar dak li kien ra u sema’. Iżda, meta mar qal lill‑kappillan b’din id‑dehra, dan mhux talli ma emmnux, imma beda jinsinwa li r‑raġel kien qed isofri minn alluċinazzjoni, effett tas‑sħana estrema tal‑ġurnata. Madanakollu, din l‑istorja bdiet tinfirex mhux biss f’dak ir‑raħal, imma anki f’irħula qrib. Għalhekk, nies minn dawn l‑irħula bdew ġejjin lejn il‑post tad‑dehra biex jaraw u jitolbu huma wkoll.
Il‑pellegrini kienu jmorru lura lejn djarhom mhux biss assigurati mill‑verità tad‑dehra tal‑Madonna, imma wkoll konvinti li t‑talb tagħhom kien ġie mismugħ.
Il‑pellegrinaġġi bdew isiru aktar spissi matul is‑sena, kemm biex il‑pellegrini jwettqu l‑wegħdiet li kienu jagħmlu biex jerġgħu jżuru lill‑Madonna, kif ukoll jagħmlu talbiet ġodda lill‑Madonna u joffru d‑devozzjoni tagħhom lejha.

Meta dawn il‑pellegrini kienu jmorru lura lejn l‑irħula tagħhom, kienu jiġu mistoqsijin minn fejn kienu ġejjin u huma kienu jwieġbu:
“Dimad Apo Ya Mantataoa”, li tfisser: “Mingħand is‑Sinjura li sejħitilna.”
Eventwalment, din il‑frażi tqassret f’Manaoag, li maż‑żmien sar l‑isem tal‑post. Aktar tard, fuq il‑post fejn jingħad li dehret il‑Madonna, inbniet kappella żgħira u fuq l‑artal tagħha tqiegħdet statwa Spanjola tal‑Madonna tar‑Rużarju
Mqaddes li ċertu Dun
Juan de San Jacinto kien ġab mill‑Messiku. Matul iż‑żmien, sabiex il‑Verġni
Marija tingħata dar aktar xierqa għall‑qima, twaqqfet knisja akbar tal‑injam minn Dun Diego de Balletros qrib il‑kappella oriġinali tal‑missjoni ta’ Santa Monika, ħdejn ix‑xmara Baloquin. Il‑kostruzzjoni tal‑knisja kienet issorveljata bir‑reqqa mill‑istess qassis li oriġinarjament kien ħaseb li l‑allegata dehra kienet biss frott tas‑sħana tropikali. Minn dak iż‑żmien, il‑knisja kellha numru kbir u kostanti ta’ pellegrini li jfittxu l‑interċessjoni tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ Manaoag fi żmien il‑ħtiġiet kollha tagħhom. F’Pangasinan, il‑Knisja ta’ Manaoag hija l‑aktar destinazzjoni popolari ta’ pellegrinaġġi. F’ħafna pajjiżi jqisuha bħala l‑‘Mekka Kattolika’ tal‑Filippini. Papa Piju XI ta inkurunazzjoni Kanonika lix‑xbieha fil‑25 t’Awwissu 1925. Ir‑rit sar fil‑21 t’April 1926. Papa Benedittu XVI, f’ċerimonja f’Ruma fil‑21 ta’ Ġunju 2011, ta lill‑knisja ta’ Manaoag affinità spiritwali unika mal‑Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Sal‑lum, l‑ebda knisja fil‑Filippini ma ngħatat dan l‑unur, li jfisser li l‑pellegrini u l‑vjaġġaturi li jżuru din il‑knisja u jitolbu fiha, jiksbu Indulġenza Plenarja bħallikieku kienu qed iżuru Bażilika Papali f’Ruma.
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Montallegro, Rapallo, l‑Italja
Fit‑2 ta’ Lulju 1557, Giovanni Chichzola, raħħal minn
Carnevale, kien miexi fuq Monte Leto, u ddeċieda li jieqaf u joqgħod ftit tal‑ħin jistrieħ fid‑dell.
Hawn dehritlu Marija
Santissima u qaltlu: “Tibżax Giovanni, jien Omm Alla. Jiena għażiltek biex tkun messaġġier tar‑rieda tiegħi. Żur is‑saċerdoti ta’ Rapallo u għarrafhom li Omm
Alla għażlet dan il‑post bħala post ta’ abitazzjoni perpetwa tagħha u tixtieq li tinbena knisja hawn. Jiena se nħalli rahan tal‑imħabba tiegħi.” Giovanni dak il‑ħin ra ikona ma’ blata.
Hija kompliet: “Għid lin‑nies li din l‑istampa nġiebet hawn mill‑Greċja mill‑anġli. Inħalliha hawn bħala turija tal‑imħabba tiegħi għalihom. Inti sum is‑Sibt.” L‑immaġni kienet turi ’l‑Madonna fil‑passaġġ jew tluq tagħha mill‑ħajja ta’ din id‑dinja. Il‑kwadru tpoġġa fil‑knisja ewlenija ta’ Rapallo għall‑qima, iżda jumejn wara għeb b’mod misterjuż u nstab fuq blata f’Montallegro. Imbagħad, il‑poplu ta’ Rapallo induna li l‑Madonna xtaqet li hemm jibqa’ l‑kwadru u bnew santwarju li ġie kkonsagrat f’Lulju 1558.
Fl‑1574, xi baħrin Griegi kienu nawfragati hemmhekk u għarfu l‑kwadru bħala wieħed li kien meqjum f’Ragusa li kien ilu nieqes sa mis‑sena 1557. Huma talbu biex dak l‑inkwatru jittieħed mill‑ġdid lejn Ragusa. Wara proċeduri legali, l‑inkwatru ntraddilhom lura, iżda l‑għada dan mirakolużament reġa’ deher fis‑Santwarju ta’ Montallegro, u minn dakinhar baqa’ hemm bla tfixkil ta’ xejn. L‑inkwatru ta’ oriġini Biżantina jirrappreżenta lill‑Verġni Marija mimduda fuq katalett, imdawra b’diversi qaddisin u żewġ anġli qed iżommu rappreżentazzjoni tat‑Trinità Qaddisa ssimbolizzata minn tliet iġsma umani magħquda f’wieħed. Fl‑1739, is‑Sagra Kongregazzjoni tar‑Riti fil‑Vatikan laqgħet it‑talba tal‑poplu ta’ Rapallo biex il‑Madonna ta’ Rapallo tkun magħrufa u meqjuma bħala l‑patruna ta’ dik il‑belt. Fis‑7 ta’ Lulju 1767, l‑istatwa ġiet inkurunata mill‑Isqof ta’ Ajaccio, Corsica. Fl‑2007, il‑Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal‑Istat tal‑Vatikan, ħa sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑450 Anniversarju mid‑Dehra tal‑Madonna f’Rapallo. Il‑festa tagħha hija ċċelebrata fl‑ewwel tlett ijiem ta’ Lulju kull sena.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio

(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt