3 minute read

Seminar għad‑Diretturi Ewropej ta’ Missio f’Malta

Il‑jiem bejn it‑13 u s‑17 ta’ Frar kienu jiem impenjattivi aktar min‑normal għal

Missio. 31 Direttur ta’

Missio minn madwar l‑Ewropa waslu Malta biex flimkien jiddiskutu l‑isfidi diversi ta’ Missio fil‑ħajja tal‑lum. Missio huwa l‑organizzazzjoni tal‑Vatikan li tieħu ħsieb l‑Evanġelizzazzjoni tal‑ġnus, li aħna nsibuha bħala l‑Uffiċċju Missjunarju. Infatti, mad‑delegazzjoni kien hemm żewġ rappreżentanti mill‑Uffiċċju tal‑Vatikan. Ġew diskussi bosta ħwejjeġ kurrenti, fosthom is‑sitwazzjoni fit‑Turkija u s‑Sirja, wara li ntlaqtu mit‑terrermoti, u kif Missio kien se jagħmel l‑almu tiegħu sabiex ikompli jassisti lil dawk milquta bl‑aħjar mod possibbli. “L‑għan prinċipali tal‑konferenza huwa li jitkattar l‑ispirtu ta’ kollaborazzjoni bejn il‑pajjiżi sabiex ikompli jintlaħaq l‑għan ta’ Missio, dak li jxerred il‑Vanġelu fid‑dinja,” qal Dun Anthony Chantry, ċerpersin tal‑konferenza.

It‑Tlieta 14 ta’ Frar kellhom esperjenza sabiħa fejn żaru l‑Imdina u l‑Grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat. Dakinhar ġie diskuss kif San Pawl kien wieħed mill‑ewwel missjunarji u kif Missio huwa strument li jrid jgħallem dwar ir‑responsabbiltà lejn il‑missjoni minn kull wieħed u waħda minna.

L‑Erbgħa 15 ta’ Frar marru l‑Belt Valletta fejn żaru l‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann. Waranofsinhar kellhom esperjenza li tat ħafna frott, fejn żaru l‑Laboratorju tal‑Paċi f’Ħal Far. Refuġjati residenti qasmu l‑esperjenza tagħhom, u tkellmu dwar il‑problemi u l‑isfidi li għexu f’art twelidhom. Id‑diretturi kielu ma’ dawn l‑emigranti u grazzi għall‑Patri

Dijonijsu Mintoff, li spjega l‑ħidma sfiqa ta’ dan il‑post mal‑emigranti, setgħu jaraw b’għajnejhom il‑mod ta’ ħajja li jgħixu dawn in‑nies. Filgħaxija, saret taħdita dwar kif inkabbru l‑għarfien tal‑PMS u l‑importanza tagħha fil‑Knisja Kattolika.

Il‑Ħamis 16 ta’ Frar kienet l‑aħħar ġurnata f’Malta għal ħafna mid‑diretturi. Filgħodu d‑delegazzjoni għamlet żjara qasira fil‑g żira t’Għawdex. Huma kienu milqugħin mid‑Direttur t’Għawdex, il‑Kanonku Dun Karm

Portelli. Kif waslu ttieħdu s‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pinu, fejn tfissritilhom il‑ġ rajja tal‑Madonna ta’ Pinu. L‑Eċċellenza

Tiegħu Monsinjur Anton

Teuma mexxa quddiesa mal‑Isqof Monsinjur

George minn Franza, li kien mad‑delegazzjoni. Fl‑omelija l‑isqof fakkar li l‑ħidma tal‑evanġelizzazzjoni u l‑għajnuna li tingħata lill‑missjoni hija fil‑qalba tal‑Knisja. Huwa faħħar il‑ħidma tad‑delegati għax: “Il‑ħidma tagħhom hija ta’ siwi kbir”. Fakkar lil dawk preżenti fil‑kelmiet li Papa Franġisku qal fuq is‑sagrat tal‑Madonna ta’ Pinu: “Il‑ferħ tal‑Knisja huwa l‑evanġelizzazzjoni”.

Monsinjur Isqof enfasizza li dawn il‑kelmiet il‑Papa tenniehom għal seba’ darbiet fl‑istess diskors li kien għamel f’Ta’ Pinu.

Fl‑aħħar tal‑quddiesa d‑delegazzjoni ħadet ritratt ta’ tifkira u Monsinjur

Valent Borg irringrazzja lill‑isqof tal‑preżenza tiegħu minkejja l‑ħafna impenji li kellu u osserva li ma nistgħux nevanġelizzaw jekk ma nagħmlux dan bil‑ferħ. Wara, id‑delegazzjoni żaret il‑Bażilika ta’ San Ġorġ u l‑Katidral tal‑Assunta. Ħafna mid‑delegati jafu wħud mill‑missjunarji Għawdxin. Dan kien ta’ sodisfazzjon, li tara lid‑delegati kuntenti u bi kliem ta’ tifħir għall‑gżira u d‑djoċesi Għawdxija.

Filgħaxija, fost l‑oħrajn, ġew diskussi proġetti maġġuri ta’ Missio, u wara d‑diretturi kellhom ħin jiltaqgħu mal‑impjegati ta’ Missio fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ir‑Rabat.

Dawn il‑jiem taw ħafna frott għaliex kienet esperjenza ta’ tagħlim u li tagħti kuraġġ biex Missio jkompli jwettaq ix‑xogħol siewi li qed jagħmel. Id‑Direttur ta’

Missio Malta, Monsinjur

Valent Borg esprima s‑sodisfazzjon tiegħu għas‑suċċess tal‑laqgħa f’Malta, li l‑preparamenti għaliha ħadu bosta xhur. Huwa qal li: “Waqt din il‑konferenza ridna nlaqqgħu lill‑kollegi diretturi minn madwar l‑Ewropa mar‑realtajiet differenti ta’ Malta. L‑għan tagħna jibqa’ li nkattru spirtu ta’ djalogu u inkontru, b’ħeġġa għax‑xandir tal‑Evanġelu ta’ Kristu.”

“Il‑konferenza kienet ukoll okkażjoni sabiħa ta’ talb flimkien, li jgħaqqadna sabiex inkomplu nwasslu l‑messaġġ li x‑xogħol tal‑missjoni huwa daqstant urġenti u importanti daqs meta Ġesù Kristu mexa fuq l‑art u evanġelizza kull fejn mar,” temm jgħid Dun Anthony Chantry, ċerpersin tal‑konferenza.

Mons. Renato Borg u Moira Muscat

Gratitude Letter for a fruitful encounter

Dear Mons. Valentino and Missio Malta staff, Peace and joy!

Once again I would like to express my deepest gratitude for the fruitful encounter of the European National Directors of PMS. Although I am just an ancillary participant, I felt very much your ‘extraordinary hospitality’ which has been a characteristic of your people since the time of St. Paul. It was a very fruitful and enriching experience for me and I learned a lot about your work, and the rich history, culture and tradition of your people.

I have safely returned to Vilnius (Lithuania) this evening and I carry with me the many memories and persons I have met during this week. I promise you my prayers and look forward to greater collaboration in the future.

May our Blessed Mother Mary, venerated by your people with her title ‘Madonna Ta’ Pinu’, continue to guide and intercede for you and your ministry to spread the Gospel.

Kindly remember to pray for me as well. God bless.

Father Ryan Oliver Bautista

This article is from: