
1 minute read
April 2023
Għal Kultura ta’ Paċi u ta’ Non‑Vjolenza.
Nitolbu għat‑tixrid tal‑paċi u ta’ non‑vjolenza billi nnaqqsu l‑użu tal‑armi mill‑istati u miċ‑ċittadini.
Il‑Papa preżenti ħa l‑isem ta’ Franġisku għall‑Qaddis ta’ Assisi, il‑qaddis tal‑paċi, kif kien issuġġerielu l‑Kardinal tal‑Brażil Claudio Hummes, u għalhekk irid tassew dinja fejn issaltan tassew il‑ġustizzja u l‑paċi. Waqt il‑pandemija huwa kiteb l‑enċiklika ‘Fratelli Tutti’ (bil‑Latin ‘Fratres Omnes’ u bil‑Malti ‘Ħuti Lkoll’), dwar il‑fraternità u l‑ħbiberija soċjali, u għalhekk fiha jsemmi ħafna l‑kultura tal‑paċi u tan‑non‑vjolenza.
F’dan ix‑xahar, il‑Papa jrid ifakkarna wkoll li l‑iskop ewlieni tar‑reliġjon huwa li xxerred ‘il‑valuri tat‑tjubija, tal‑karità u tal‑paċi’. Fil‑fatt, fi ‘Fratelli Tutti’, fin‑Numru 258, il‑Papa jgħidilna: “We can no longer think of war as a solution, because its risks will probably always be greater than its supposed benefits. In view of this, it is very difficult nowadays to invoke the rational criteria elaborated in earlier centuries to speak of the possibility of a just war. Never again war!” Fin‑Numru 260, Papa Franġisku jkompli jisħaq fuq il‑bżonn tal‑paċi u li nwarrbu l‑gwerer: “It no longer makes sense to maintain that war is a fit instrument with which to repair the violation of justice.” Fl‑2013, il‑Papa kien stqarr: “War, is the suicide of humanity, because it kills the heart and kills love. Wars are always madness.”




Minbarra t‑talb tagħna għad‑dinja biex tibqa’ fil‑paċi, nitolbu wkoll għall‑paċi fil‑komunitajiet tagħna. Fid‑dinja hawn problemi kbar ta’ ħafna armi ta’ qtil fl‑idejn u għalhekk sfortunatament nisimgħu b’ħafna stejjer ta’ qsim il‑qalb ta’ sparar fl‑iskejjel fl‑Istati Uniti u qtil ta’ żgħażagħ minħabba d‑droga fil‑Messiku. U huwa għalhekk li rridu nagħmlu sforz bħala Knisja ħalli nkomplu niżirgħu l‑kultura tal‑paċi u tan‑non‑vjolenza permezz tal‑Evanġelju tal‑paċi ta’ Kristu.


