1 minute read

Beatu Volodymyr Pryima

Il‑Beatu Volodymyr

Pryima huwa

Kattoliku Grieg mill‑Ukrajna. Twieled fis‑17 ta’ Lulju 1906 fir‑raħal ta’ Stradch, li jinsab fid‑distrett ta’ Yavoriv, mal‑fruntiera tal‑Polonja. Kien jattendi skola tal‑kant liturġiku u laħaq kantur. Huwa kien imexxi kor fiċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ knisja tal‑lokal fi Stradch.

Pryma kien miżżewweġ u kellu żewġ t itfal żgħar. Wieħed ta’ erba’ snin u ieħor ta’ tliet snin. Nhar is‑26 ta’ Ġunju 1941, erbat ijiem qabel bdiet il‑gwerra bejn il‑Ġermanja u r‑Russja, aġenti mill‑Unjoni Sovjetika tal‑NKVD ittorturawh u qatluh flimkien ma’ Dun Mykola Konrad f’foresta qrib Stradch. Dawn it‑tnejn kienu sejrin lura d‑dar wara li żaru mara marida li xtaqet tqerr. Dun Konrad, kif sema’ li din il‑mara minn raħal qrib xtaqet tqerr, ħass li kellu jmur anki jekk kien se jkun imwaqqaf, u mar flimkien ma’ Volodymyr. Sfortunatament, qatt ma reġgħu lura lejn darhom. Wara ġimgħa sabuhom maqtula. Volodymyr instab imbiċċer b’ħafna daqqiet ta’ sikkina f’sidru bil‑bajunetta. Peress li kien ta ħajtu għall‑fidi, Volodymyr

Pryima ġie rikonoxxut bħala martri. Huwa ġie bbeatifikat minn Papa Ġwanni Pawlu II fis‑27 ta’ Ġunju 2001, flimkien ma’ Dun Mykola Konrad.

Ir‑relikwa ta’ dan il‑Beatu tinsab fil‑Katidral Kattoliku Ukren tal‑Ewkaristija

Mqaddsa li jinsab fi New Westminister fil‑British Columbia, il‑Kanada.

Il‑festa tal‑Beatu Volodymyr Pryima, patrun tal‑lajċi, tkun iċċelebrata nhar it‑2 t’April. 

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € permezz ta’ ċekk pagabbli lil

Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

This article is from: