
4 minute read
Is‑Sitt Martri ta’ Casamari Vittmi tas‑Suldati Franċiżi
Waqt li f’Napli, fl‑ewwel xhur tas‑sena 1799, issawret attività kbira tal‑gvern, madankollu fil‑provinċja taż‑żewġ saltniet, l‑affarijiet ħadu xejra lura. Fis‑7 ta’
Il‑Monasteru ta’
Casamari jinsab fil‑parti mill‑komun ta’ Veroli fil‑Provinċja ta’ Frosinone tal‑ordni taċ‑Ċisterċensi, imwaqqaf minn San Roberto ta’ Molesmees fis‑sena 1098 f’Citeaux, għal ċittadina
Franċiża li isimha bil‑Latin kien Cistercium. Dan l‑ordni laħaq l‑ikbar żvilupp tiegħu fis‑sena 1109 mit‑tielet Abbati Ġenerali Stiefnu Harding.
Din l‑abbazija twaqqfet fuq post ta’ fondazzjoni
Benedittina li kienet għaddiet f’idejn iċ‑Ċisterċenzi fis‑sena 1150. Il‑knisja tas‑sena 1217 hija kumpless kbir ta’ bini monastiku, mibni b’reqqa kbira.
F’dan it‑teżor kbir tal‑arti Ċisterċensa, bħala abbazija magħrufa għall‑ispiritwalità, kellha komunità ta’ għoxrin raħeb Ċisterċensi taħt it‑tmexxija tal‑Abbati Patri Romwaldu Pirelli. Fi tmiem is‑Seklu 18, insibu mnaqqxa episodji fuq il‑ħitan li jagħtuna stampa tal‑affarijiet li seħħew f’dawk iż‑żminjiet. Fit‑23 ta’ Jannar 1799, it‑truppi Franċiżi, taħt il‑Ġeneral Championnet, ħadu f’idejhom Napli, filwaqt li r‑Re Ferdinandu IV sab kenn f’Palermo.
Fl‑ewwel jum okkupaw il‑kastell ta’ Sant Elmo mibni fuq il‑belt li niesha waqqfu r‑Repubblika ta’ Napli. Jum wara, talbu lill‑Ġeneral Championnet biex jagħrafha u jwaqqaf Gvern proprju fejn issieħbu bosta intelletwali Naplitani.
Frar, il‑Kardinal Fabrizio Ruffo, bl‑appoġġ tas‑sultan, niżel fil‑Kalabrija bi ftit nies biex jopponi ’l‑Franċiżi u ’l‑Ġakolmi, jiġifieri dawk il‑patrijotti tas‑saltna monarkika Franċiża. Inġabru xi bdiewa voluntiera li kienu żergħu l‑mibegħda lejn is‑sidien tagħhom u l‑Kardinal Ruffo waqqaf armata Nisranija tal‑Fidi
Mqaddsa tal‑Mulej Sidna
Ġesù Kristu, magħrufa bħala l‑Armata Sonfedista. Daħħlu l‑lieva għall‑folla ta’ bdiewa li kienu jappoġġjaw il‑briganti li jiġġieldu b’mod irregolari. Bil‑mod il‑mod, l‑armata rebħet il‑ Kalabrija, il‑Pulja u La Basilicata billi qerdet dawk iċ‑ċittadini kollha li kienu jħobbu r‑Repubblika, bħal Altamura, Crotone u bliet oħra, saħansitra l‑Ġeneral Ingliż Horatio Nelson bil‑flotta tiegħu megħjuna mill‑flotta Torka u dik
Russa, marru biex jgħinu lis‑Sultan Ferdinandu IV fi triqithom lejn Napli.
F’April 1799, it‑truppi
Franċiżi ġarrbu telfiet f’Lombardija fil‑battalja kontra l‑Awstrijaċi. Dan wassal biex iħallu l‑ewwel
Napli, u mbagħad is‑saltniet taż‑żewġ Sqallin, taħt il‑Ġeneral Championnet li ħaseb biex jikseb il‑peniżola mill‑ġdid. B’hekk, dawk li appoġ ġjaw ir‑Repubblika
Naplitana baqgħu weħidhom. Din waqgħet għalkollox bejn id‑19 u t‑23 ta’ Ġunju u minkejja l‑wegħdiet tal‑Kardinal
Ruffo, is‑sultan innifsu kkundanna għall‑mewt bil‑qtugħ ir‑ras jew bit‑tgħalliq lil madwar
100 persuna, irġiel u nisa.
It‑truppi Franċiżi kellhom jirtiraw minħabba l‑preżenza tal‑qawwiet Borloniċi u l‑flotta Ingliża li kienet qiegħda fil‑g żejjer ta’ Ischia u Procide. Il‑Franċiżi telqu lejn Gaeta u Terrocine.
L‑istat tal‑Papa nħakem mill‑Franċiżi, u saħansitra
Papa Piju VI nqabad priġunier minn Napuljun
Bonaparte fi Franza u miet ftit wara, fid‑ 29 t’Awwissu 1799. Stakkament ta’ madwar ħmistax‑il elf suldat, taħt il‑kmand tal‑Ġenerali
Vetrin u Olivier waslu fl‑10 ta’ Mejju f’Cassion, fejn ma nstabux nies minħabba li sabu kenn fuq l‑għoljiet.
L‑Abbazija Benedittina ta’ Montecassino kienet imfarrka, misruqa u profanata minn madwar 1,500 raġel tal‑Ġeneral Olivier li waslu sal‑għolja. Iżda b’xorti tajba, irnexxielhom jeħilsuha billi marru Terelle u ġarrew magħhom l‑aktar oġġetti ta’ valur u artistiċi. Din il‑ħarba kompliet fil‑Provinċja ta’ Frosinone, u f’xi bliet bħal Aquino, Roccasecca u Arce. Fil‑11 ta’ Mejju 1799 insterqu u nqatlu xi wħud mill‑abitanti. Il‑Franċiżi bidlu r‑rotta u f’Jum il‑Pentekoste tat‑12 ta’ Mejju, wettqu aktar vjolenza u serqu u pprofanaw il‑knejjes. Inqatlu 350 ruħ fil‑Knisja ta’ San Lawrenz u l‑bilanċ totali tal‑mejtin laħaq is‑600. Is‑suldati li kienu qed jaħarbu, fit‑13 ta’ Mejju daħlu fl‑abbazija ta’ Casamari. Kien hemm arja ta’ biża’ kbira minħabba l‑aħbarijiet ta’ barra. Wara l‑wasla tal‑Abbati Patri Romwaldu Pirelli, li kien ħarab lejn Palermo minħabba r‑rewwixti politiċi, ir‑responsabbiltà waqgħet fuq il‑Pirjol Patri Simeone Maria Cardon. L‑irħieb kienu qegħdin jitolbu fil‑kor it‑Talba ta’ Għeluq il‑Jum, u wara waqgħu f’silenzju rigoruż u sabu quddiemhom lis‑suldati bl‑azzarini. Il‑pirjol offra ruħu biex jinqatel u l‑biċċa l‑kbira tal‑irħieb ħarbu mwerwra mingħajr ebda difiża, iżda b’xorti ħażina sitta minnhom sfaw vittmi tar‑rabja ta’ dawn is‑suldati u ntlaqtu bix‑xwabel, bil‑bajunetti u bl‑ixkubetti, u sfaw maqtula.
L‑irħieb maqtula kienu sitta: Patri Domenico Maria Zawzel, Fra Albertino

Maria Maisonade, Fra
Modesto Maria Burgen u Fra Maturino Maria Pitri. Reliġjuż ieħor, Dossideo kien ferut gravi flimkien mal‑ewwel tnejn, u għenhom biex jiġbru l‑ostji kkonsagrati li twaddbu mal‑art waqt is‑serqa. Patri Domenico u Fra Alberto nqatlu waqt li kienu qed jitolbu fil‑Kappella tal‑infermerija. Fra Dossideo għex għax għamilha tabirruħu li kien mejjet u sar ix‑xhieda ta’ dak kollu li twettaq. Il‑Pirjol Padre
Simeone Maria Cardon miet l‑għada fis‑sebgħa ta’ filgħodu u ħafer ukoll lill‑għedewwa tiegħu. Raħeb ieħor, Fra Zosimo Maria
Bramlat, intlaqat gravament, iżda baqa’ ħaj peress li kien inħeba għal tlett ijiem billi ħarab lejn il‑pajjiż qrib ta’
Boville Ernico biex jieħu l‑Griżma tal‑Morda, iżda sfortunatament ma rnexxilux jasal għax miet ftit wara barra l‑abbazija. Dawn is‑sitt irħieb malajr ġew meqjusa bħala martri g ħax il‑qtil tagħhom seħħ waqt serq u persekuzzjoni qalila kontra l‑fidi. Huma ġew midfuna fiċ‑ċimiterju tal‑monasteru minn ħuthom l‑irħieb l‑oħra wara li ġew lura mill‑periklu kbir li kienu jinsabu fih.
Malajr in‑nies bdew jitolbu fuq qabarhom biex jaqilgħu xi grazzji bl‑interċessjoni tagħhom. Fis‑sena 1854, l‑abbati ta’ dak iż‑żmien talab lil dawk mejtin biex ma jaqilgħux aktar grazzji bħala sinjal ta’ ubbidjenza biex il‑monasteru jitħalla bi kwietu. Ħames snin wara, fl‑20 t’Awwissu 1859, il‑fdalijiet tagħhom ittieħdu fl‑abbazija tal‑monasteru. Tpinġew ukoll xi kwadri minn Mario Barberis li juru xeni mill‑martirju tagħhom.

Fis‑27 ta’ Ġunju 2013, il‑Postulatur Ġenerali tal‑Ordni Ċisterċensi talab lill‑Monsinjur Ambroġ Spreofico, Isqof ta’ Frasinone Veroli Ferentino, biex jibda l‑kawża tal‑Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni tagħhom, u biex jaraw verament jekk il‑martirju tagħhom kienx minħabba l‑mibegħda tal‑għedewwa. L‑isqof talab il‑parir tal‑Konferenza Episkopali ta’ Lazio, u wara li rċieva parir pożittiv, fis‑6 ta’ Diċembru 2014, beda l‑proċess Djoċesan, li ntemm fil‑25 ta’ Frar 2016, wara tnax‑ il sessjoni, li ma kienx hemm fihom l‑ebda ntoppi mis‑Santa Sede. L‑atti ta’ dan il‑proċess Djoċesan kienu mibgħuta lill‑Kongregazzjoni tal‑Kawża tal‑Qaddisin fejn kisbu l‑approvazzjoni. Il‑Positio Super Martirio ngħata fis‑sena 2018.
It‑teologi konsulturi tal‑Kongregazzjoni tal‑Kawża tal‑Qaddisin, immexxi mill‑Kardinali u l‑Isqfijiet, membri fi ħdan l‑istess kongregazzjoni kienu favur il‑martirju tal‑irħieb. Fis‑26 ta’ Mejju 2020, Papa Franġisku laqa’ f’udjenza lill‑Kardinal
Giovanni Angelo Beccu fejn awtorizzah biex joħroġ id‑digriet dwar il‑Martirju ta’ Patri Simeone u sħabu.
Il‑beatifikazzjoni tagħhom kienet iċċelebrata fis‑17 t’April 2021 fil‑Knisja tal‑Abbazija ta’ Casamari. Ir‑rit tmexxa mill‑Kardinal Marcello Semeraro, prefett tal‑Kongregazzjoni tal‑Kawża tal‑Qaddisin, bħala delegat tal‑Papa. It‑tifkira liturġika tagħhom niċċelebrawha fis‑16 ta’ Mejju, il‑jum tat‑twelid tas‑sema ta’ Fra Zosimo.
Il‑Beati:
Albertino Maria
Maisonade, Domenico
Maria Zawrel, Modesto
Maria Burgen, Maturino
Maria Pitri li mietu fit‑13 ta’ Mejju 1799.
Simeone Maria Cardon li miet fl‑14 ta’ Mejju 1799 u
Zosimo Maria Brambat li miet fis‑16 ta’ Mejju 1799.