
1 minute read
Siġġu Tar‑ Roti Għal Tobiko
Tobiko, li huwa mit‑Tanżanija, twieled b’kundizzjoni rari; għandu l‑għadam ta’ ġismu kollu fraġli ħafna, tant li mal‑inqas waqgħa, jikser xi mkien. Missieru ma kienx jieħu ħsiebu kif inhu xieraq għaliex kien ikollu jmur għax‑xogħol. B’hekk, ta’ kuljum kien iħalli lil Tobiko waħdu d‑dar, mid‑dlam sad‑dlam.
It‑tifel la kien jattendi skola u lanqas qatt mar għand tabib. Ġara twajba, li kienet taf b’dan kollu, offriet li żżomm lil Tobiko għandha sakemm il‑missier ikun ix‑xogħol.

Maż‑żmien, il‑ġara talbet lill‑missier Tobiko biex tibda trabbi lit‑tifel daqslikieku kien binha, u l‑missier aċċetta.
Minn dakinhar il‑mara bdiet tieħu lil Tobiko fiċ‑Ċentru tar‑Rijabilitazzjoni Ġwanni
Pawlu II, fejn sa fl‑aħħar beda jingħata l‑mediċina u t‑trattamenti meħtieġa sabiex ma jkomplix jiggrava l‑kundizzjoni tiegħu. Tobiko qajla kien jimxi u kien jippreferi jitkaxkar mal‑art fuq idejh minħabba li kien ibati ħafna biex iqum bilwieqfa.
Grazzi għal Missio Malta, illum il‑ġurnata Tobiko għandu siġġu tar‑roti li żgur li se jtejjiblu u jbiddillu ħajtu mil‑lejl għan‑nhar! Tistgħu timmaġinaw kemm feraħ it‑tifel xħin ra s‑siġġu tar‑roti; lanqas ried jemmen li kien għalih!
Inti tista’ tkompli tgħin lill‑persuni bħal Tobiko billi tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri:
5170 2063 ‑ €15

5180 2064 ‑ €25
5190 2061 ‑ €50
SMS 5061 8820 ‑ €6.99