2 minute read

Koperazzjoni li Tfisser Tilħaq u Tifhem

F’Diċembru li għadda, il‑bord taċ‑ĊEME: il‑konferenza tas‑Santa Infanzja fl‑Ewropa, iltaqa’ sabiex jippjana l‑konferenza li jmiss li se ssir fis‑sena 2024. Din il‑konferenza ssir kull sentejn u ġġib flimkien lill‑kordinaturi tas‑Santa Infanzja minn diversi pajjiżi Ewropej. It‑tema li ntgħażlet għall‑konferenza tal‑2024, li se ssir fir‑Rumanija, hija ‘Il‑Koperazzjoni’. Din se tkun l‑ewwel darba li l‑konferenza qatt saret f’din in‑naħa tal‑Ewropa.

Waqt dawn il‑laqgħat kellna l‑opportunità li niltaqgħu man‑Nunzju Mons. Miguel Maury Buendia. Huwa kellimna dwar is‑Santa Infanzja ta’ żmienu. Fost l‑oħrajn, qalilna li meta kien żgħir kienu jorganizzaw ‘Star Singing’, imma ma kinux jiġbru flus, iżda minflok iwaħħlu lil kull min jiltaqgħu miegħu stiker ta’ stilla, li fuqha kien ikun hemm miktub: ‘Smile ‑ It’s Christmas’. Kienet biss okkażjoni biex jiltaqgħu ma’ u jferrħu lin‑nies.

Dan kien mod sabiħ ta’ evanġelizzazzjoni sempliċi ta’ xi jfisser il‑Milied u okkażjoni sabiex dak li jkun jagħti minn qalbu mingħajr ħadd ma jitolbu. Wara din il‑laqgħa daqstant sabiħa, kellna jiem ta’ preparamenti, u fost l‑oħrajn, żorna l‑monasteru fejn ser issir il‑konferenza u rajna l‑kmamar u l‑kċina. Kollox kien nadif u organizzat ħafna. Għaddejna erbat ijiem infasslu pjan u stabbilixxejna l‑kelliema u l‑attivitajiet li se norganizzaw għall‑membri tas‑Santa Infanzja Ewropej. Innutajna li wieħed mix‑xogħlijiet tad‑Direttur tar‑Rumanija, Dun Eugen Blaj, huwa li ta’ kull filgħaxija joħroġ idur fit‑toroq fejn hemm persuni bla saqaf fuq rashom u jqassmilhom ftit ikel u xi ħaġa tal‑flus. Aħna kellna x‑xorti nakkumpanjawh u ltqajna ma’ dawn in‑nies, li l‑maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ. Impressjonani ħafna l‑fatt li għadhom tant żgħar, ħajjithom quddiemhom u spiċċaw hekk. Tħoss sens kbir li tkun tixtieq tagħmel xi ħaġa biex tibdel din is‑sitwazzjoni għalihom. Darba fil‑ġimgħa, Dun

Eugen jistedinhom jinġabru fiċ‑Ċentru ta’ Santa Marija f’Iasi, fejn ikun jistgħu jieħdu ikla sħuna, jinħaslu u jibdlu ħwejjiġhom. Flimkien ma’ Matilda, il‑kordinatriċi ta’ MissioTfal fir‑Rumanija, jiġbru u jagħ żlu l‑ħwejjeġ tajbin, bħal ġ kieket, flokkijiet u brieret tas‑suf, u jqassmuhomlhom. Jixtru wkoll xi kalzetti u ingwanti għal dan il‑għan sabiex ikollhom x’jilbsu fil‑kesħa li tagħmel fir‑Rumanija.

Kienet esperjenza qawwija għalija , dik li niltaqa’ ma’ dawn in‑nies, li jiddependu għalkollox fuq il‑providenza u li litteralment lanqas saqaf fuq rashom m’għandhom. Nies li jorqdu taħt il‑pajpijiet tas‑‘central heating’ għal ftit tas‑sħana. Xi wħud minnhom lanqas hekk m’għandhom l‑opportunità jagħmlu u lil dawk li jħallu hom, jorqdu f’xi parapett. Iltqajna ma’ xi wħud li jorqdu tnejn tnejn ġ o gabini żgħar li jesgħu sodda waħda biss, fosthom mara anzjana li tbati bin‑nifs. Iltqajna wkoll ma’ familja b’sitt itfal li tgħix ġo kontejner li fih spazju għal żewġ sodod fuq xulxin u saqqu mal‑art. F’dawn il‑postijiet li qed insemmi, la jeżistu kmamar tal‑banju u lanqas ‘toilets’. Tistgħu timmaġinaw meta tag ħmel ix‑xita l‑irwejjaħ u l‑ilmijiet li jkun hemm! Impressjonajt ruħi ħafna meta d‑direttur qalli li ta’ kuljum jiċċekkja u jara fejn qegħdin. B’diqa f’għajnejh, qalli li ġieli mar ifittex lil xi ħadd u qalulu li jkun ħalliena. Dak il‑ħin indunajt kemm hawn nies li l‑ħajja ta’ kuljum tagħhom hija sfida bejn ħajja u mewt, speċjalment fil‑jiem ta’ kesħa tremenda u meta tinżel il‑borra f’dawn il‑pajjiżi. Din kienet tfakkira għalija, li kull fejn inkunu nistgħu nkunu missjunarji u nagħmlu li nistgħu għax il‑ftit li nagħmlu ta’ kuljum jista’ jsalva ħajjet l‑oħrajn. Nirringrazzja ’l Alla għal din l‑esperjenza li għallmitni nagħraf kemm il‑ħajja hija prezzjuża u kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza fl‑ambjenti fejn ngħixu. 

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

This article is from: