
1 minute read
tal‑Knisja Kattolika
1. IS‑SALIB LATIN: L‑aktar salib komuni li nassoċjawh mal‑Knisja Kattolika huwa bla dubju s‑Salib Nisrani jew is‑Salib Latin. Dan huwa magħruf ukoll bħala s‑Salib tal‑Liturġija li jirrappreżenta l‑mewt ta’ Ġesù Kristu. Dan is‑salib huwa mxerred l‑aktar fil‑Knisja Kattolika.
2. IS‑SALIB GRIEG: Dan is‑salib, għall‑kuntrarju tas‑Salib Latin, għandu erba’ dirgħajn ta’ daqs ugwali. Dan ilu jintuża sa mis‑Seklu 4.
3. IS‑SALIB ANKRAT: Dan is‑salib huwa magħruf ukoll bħala s‑Salib ta’ San Klement u ilu jintuża minn żmien bikri. Dan jirrappreżenta l‑mod kif kienu jiġu mmartirizzati l‑Insara fi żmien l‑Imperatur Trajanu li kien jgħerreq lill‑Insara b’ankra marbuta m’għonqhom. Iżda, jirrappreżenta wkoll kif l‑Insara għandhom jankraw irwieħhom ma’ Kristu permezz tal‑fidi tagħhom.
4. IS‑SALIB TA’ SAN
39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Pellegrin Kristjani Etjopjan iġorr kurċifiss tul il‑Via Dolorosa f’Ġerusalemm biex ifakkar it‑triq li matulha Ġesù ġarr is‑salib tiegħu fil‑jum tat‑tislib tiegħu.
PIETRU: Dan huwa salib ugwali għas‑Salib Latin, imma bil‑maqlub. Dan jirrappreżenta l‑mewt li sofra San Pietru, li skont Oriġene u Ewsebju ta’ Ċesarea, ma ħassux dehen li jmut l‑istess mewta tal‑Imgħallem tiegħu u talab li jissallab rasu ’l isfel.
5. IL‑MONOGRAMMA
‘CHI‑RHO’: Għalkemm dan mhux proprjament salib, dan is‑simbolu msejjaħ
Kristogramma, huwa wieħed mis‑simboli l‑aktar bikrin tal‑Kristjaneżmu. Dan is‑salib/simbolu juri l‑ewwel żewġ ittri tal‑kelma Kristu bil‑Grieg, l‑‘X’ u l‑‘P’.
6. IS‑SALIB
KOPTU: Dan is‑salib jixbah lis‑Salib Grieg, imma għandu ħafna dekorazzjonijiet fit‑tarf ta’ kull driegħ. Dan huwa użat mill‑Knisja Kopta f’Lixandra l‑Eġittu.
7. IS‑SALIB TAL‑KNISJA APPOSTOLIKA
TAL‑ARMENJA: Dan is‑salib fl‑istess għamla tas‑Salib Latin, għandu bħal rimja ta’ fergħa bi tlieta u fih ħafna tinqix matulu kollu.
8. IS‑SALIB
PAPALI:
Dan is‑salib jissimbolizza l‑awtorità tal‑Papa. Fih tliet vireg orizzontali, waħda iżgħar mill‑oħra, sabiex jagħtu l‑impressjoni tal‑forma tat‑Tijara li jilbes il‑Papa meta jkun qed jirrappreżenta l‑awtorità tal‑Knisja. Ta’ min jgħid li s‑Salib Episkopali, jiġifieri tal‑Isqfijiet, ikun fih biss żewġ vireg orizzontali.
9. IS‑SALIB TA’ ĠERUSALEMM:
Dan is‑salib jikkonsisti f’ħames Slaleb Griegi li jirrappreżentaw il‑ħames pjagi ta’ Kristu (toqob tal‑imsiemer f’idejh, toqob tal‑imsiemer f’saqajh, ferita tal‑lanza f’ġenbu, feriti madwar rasu mill‑kuruna tax‑xewk u l‑marki mill‑flaġellazzjoni). Jista’ jkun ukoll li jirrappreżenta lil Kristu u lill‑erba’ Evanġelisti.
10. IS‑SALIB TA’ SAN
ĠAKBU:
Dan is‑salib għandu d‑dirgħajn tiegħu ddekorati bi fjura u kważi dejjem jidher fuq arzella tal‑baħar li tinsab f’bajja qrib il‑Knisja ta’ San Ġakbu f’Santiago di Compostela. Dan is‑simbolu kien l‑emblema tal‑Ordni Militari ta’ San Ġakbu fi Spanja u jintuża wkoll bħala beġġ tal‑pellegrini.
Jalla l‑glorja ta’ Kristu u l‑ferħ ta’ dan iż‑żmien tas‑sena jġibu l‑paċi u l‑hena lilek u lill‑għeżież tiegħek.