
4 minute read
Servizz Volontarju ta’
Psiko‑Terapija Spiritwali
Tul il‑vaganzi tas‑sena l‑ġdida kelli l‑istedina mmur nagħti servizz volontarju ta’ psiko‑terapija spiritwali fir‑Repubblika Ċeka fejn kelli wkoll laqgħa kordjali mal‑Arċisqof ta’ Praga, Monsinjur Jan Graubner. Kelli l‑opportunità ngħin żgħaż agħ u persuni adulti, inkluż saċerdoti u reliġjużi, li għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ ansjetà jew dipressjoni. F’dan il‑pajjiż, l‑ateiżmu jinħass ħafna u ċertament xejn ma jgħin f’sitwazzjonijiet ta’ dieqa, falliment, mard jew mewt fil‑familja. L‑alkoħoliżmu u s‑suwiċidji huma l‑pjaga ta’ kuljum f’soċjetà li warrbet jew insiet lil Alla. Għalhekk, il‑kamp tal‑psiko‑terapija spiritwali huwa t‑triq ’il quddiem fl‑evanġelizzazzjoni, għax permezz t’hekk tista’ tilħaq persuni atei jew bierda fil‑fidi. Fil‑fatt, fil‑laqgħa mal‑arċisqof fil‑palazz arċiveskovili fil‑belt pittoreska ta’ Praga, tkellimna ħafna fuq dan il‑kamp ta’ terapija li filwaqt li jifhem il‑‘psike’ (il‑moħħ) tal‑bniedem tal‑lum, jasal biex joffri fejqan permezz ta’ spiritwalità. Meta ngħid spiritwalità nifhem ‘spirtu’ tajjeb u ta’ dawl li joffri tama lill‑bniedem sabiex jibqa’ għaddej fil‑ħajja mgħaġġla tal‑lum minkejja kollox. Qegħdin ngħixu f’kultura ta’ ħafna qtigħ il‑qalb u dispramenti li toffri biss spirtu ta’ dlam, u mhux ta’ dawl u tama fi Kristu Rxoxt.
Ċensiment li sar fl‑2021, juri biċ‑ċar li fir‑Repubblika Ċeka hemm dekadenza reliġ juża qawwija u jinħass ukoll nuqqas ta’ fiduċja fil‑Knisja u fl‑istituzzjonijiet reliġjużi. Għalkemm il‑Knisja Kattolika
Rumana tibqa’ dik prominenti, min‑naħa l‑oħra l‑prattika reliġjuża tal‑membri tagħha qed tonqos. Dan qed jesperjenzawh ukoll il‑knejjes Evanġeliċi u Hussiti (knejjes Protestanti) li xi darba kienu b’saħħithom f’dan il‑pajji ż . Tajjeb ngħidu illi f’dan il‑pajjiż il‑persuni li jgħidu li jemmnu f’Alla ż diedu, imma ż diedu wkoll dawk li ma jappartienu lill‑ebda knisja minkejja l‑fatt li jemmnu f’Alla. L‑istatistiki jvarjaw minn reġjun għal ieħor. Tradizzjonalment, ir‑reġjun tal‑Moravja jibqa’ l‑aktar wieħed reliġjuż meta kkomparat mar‑reġjun tal‑Boħimja. L‑unika belt fejn il‑persentaġġ ta’ dawk li jemmnu huwa akbar minn dak ateu, hija l‑belt ta’ Zlin, fil‑Lvant tal‑pajjiż. L‑ibliet li għandhom l‑inqas persentaġġ ta’ kredenti huma l‑ibliet ta’ Ústí nad Labem, Liberec u Karlovy Vary. Ta’ min jgħid li hemm raġunijiet storiċi għal dawn l‑istatistiki għaliex dawn l‑ibliet tul ir‑reġim Komunista kienu saru wisq industrijalizzati u dan ħalla effett qawwi fuq il‑ħajja soċjali, kulturali u reliġjuża ta’ dawn l‑ibliet.
Tul id‑diskussjoni li kelli mal‑arċisqof, tkellimna ħafna fuq it‑teoloġija tat‑triq li tant jisħaq fuqha Papa Frangisku. Din hija x‑xhieda Nisranija li kull
Nisrani għandu jipprattika fl‑ambjenti u fiċ‑ ċrieki soċjali fejn jgħix. Monsinjur Graubner irrakkontali li riċentament żar fabbrika li tħaddem bosta ħaddiema u baqa’ sorpriż bil‑fatt li wieħed biss kien kredenti u jappartieni lil setta
Protestanta. Tant hu hekk, li l‑ħaddiema qalulu:
“Għalfejn ġejt iżżurna meta ħadd minna ma jemmen?”
L‑arċisqof umilment wieġeb:
“Huwa għalhekk li jiena ġ ejt, għax minkejja li tistqarru li ma temmnux, Alla xorta għadu jemmen fikom!”
Ir‑raġunijiet għan‑nuqqas ta’ Kattoliċi fir‑Repubblika Ċeka huma bosta. Waħda mir‑raġunijiet hija l‑qasma bejn il‑Kattoliċi liberali u dawk konservattivi fi ħdan il‑Knisja Kattolika stess. Ma ninsewx li f’dan il‑pajjiż, ir‑riforma protestanta Hussita
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24
Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43
Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)
€2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
għamlet l‑effett tagħha tul l‑istorja. Għalhekk, waqt li l‑liberali Kattoliċi jridu ‘ftuħ’ sostanzjali u addattament tal‑liġijiet tal‑Knisja, min‑naħa l‑oħra l‑Kattoliċi konservattivi jiġbdu l‑ħabel lejn it‑tradizzjonijiet u l‑għeruq Kattoliċi Nsara. Imbagħad hemm raġuni oħra politika, ’l hekk imsejħa ‘restituzzjoni tal‑knejjes’ meta fl‑2012, l‑istat għadda liġ i li biha kellu jikkumpensa lill‑Knisja għall‑propjetà meħuda mir‑reġim Komunista bejn l‑1948 u l‑1989. Fuq livell ta’ ġ ustizzja kien xieraq li l‑Knisja tiġi kkumpensata finanzjarjament, inkluż l‑istipendji tas‑saċerdoti, wara dak kollu li ġa rrbet tul il‑perijodu Komunista. Però, nies li kienu jokkupaw jew jgħixu fi propjetà meħuda lill‑Knisja nqarsu meta spiċċaw kellhom jagħtu lura jew jikkumpensaw il‑ġid tagħhom lill‑Knisja. Kellek monasteri sħaħ trasformati fi skejjel jew sptarijiet u spiċċaw kellhom iżarmawhom biex jagħtuhom lura lill‑Ordnijiet Reliġjużi jew lill‑Kurja tal‑Knisja Kattolika. Hekk kien xieraq li jsir f’isem il‑ġ ustizzja, imma l‑għoti lura tal‑propjetà u l‑kumpens finanzjarju lill‑Knisja ġabu rabja kbira fost iċ‑ċittadini li kienu qed igawdu. It‑tielet raġuni li għaliha l‑Knisja

Kattolika fir‑Repubblika
Ċeka tilfet ħafna mir‑reputazzjoni pożittiva mal‑poplu, hija l‑kwistjoni tal‑abbużi sesswali minn membri tal‑kleru, reliġjużi u lajċi, anke jekk l‑istatistiki kienu wisq inqas minn ta’ pajjiżi oħra. Tajjeb ngħidu li n‑nuqqas ta’ fiduċja fl‑istituzzjoni tal‑Knisja hija l‑inqas waħda meta mqabbla man‑nuqqas ta’ fiduċja lejn istituzzjonijiet oħra, bħas‑sigurta soċjali, qrati, banek, partiti politiċi u midja soċjali. Fid‑dawl ta’ dan kollu, ir‑Repubblika

Ċeka flimkien mal‑Estonja huma kkunsidrati l‑aktar żewġ pajjiżi mhux reliġjużi fl‑Ewropa. Għalkemm il‑Knisja Kattolika għandha għeruq fondi fl‑istorja ta’ dan il‑pajjiż, wara r‑riforma Hussita, l‑Imperu
Awstrijak‑Ungeriż reġa’ rristawra l‑fidi Kattolika bil‑mezzi kollha meħtieġa anke jekk xi wħud kienu kemxejn imposti fuq il‑poplu. Għall‑kuntrarju tal‑Polonja, il‑waqgħa tar‑reġim Komunista fir‑Repubblika Ċeka ma ġabitx magħha l‑qawmien reliġjuż Kattoliku mistenni u tista’ tgħid li l‑effetti tal‑ateiżmu Komunista għadhom jinħassu sal‑lum. Min‑naħa l‑oħra, il‑Knisja

Ortodossa hija l‑unika knisja li tista’ tgħid qed tara ż vilupp, tant li saret it‑tieni l‑akbar knisja wara dik Kattolika. Però tajjeb nikkunsidraw il‑fatt li f’dan il‑pajjiż kibret il‑popolazzjoni Russa u li minħabba l‑gwerra kurrenti bejn ir‑Russja u l‑Ukrajna ġiet kemxejn mistkerrħa mill‑popolazzjoni Ċeka.
Fid‑dawl ta’ dan kollu, nirrealizzaw kemm il‑karba ta’ Papa Ġwanni Pawlu II fis‑sejħa tiegħu għar‑rievanġelizzazzjoni tal‑Ewropa, hija f’waqtha iktar minn qatt qabel. Għalhekk, umilment nagħmel appell lill‑Insara kollha li jħossu s‑sejħa li jkunu missjunarji, biex jikkunsidraw ir‑Repubblika

Ċeka bħala għalqa ta’ ġ id fejn il‑merħla ta’ Kristu
Ġesù li tbiegħdet, għandha bżonn ta’ min jerġa’ juriha t‑triq lejn id‑DAWL ta’
KRISTU RXOXT!
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.