2 minute read

Programm tal-Festa 2021

Next Article
Gozo Crafty Ladies

Gozo Crafty Ladies

BANDA SAN GIRGOR Leħen ilProgramm TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEĦ IL-MADONNA TAS-SOKKORS

1 - 11 ta’ Lulju 2021

Advertisement

IL-ĦAMIS, 1 TA’ LULJU

L-EWWEL JUM TAN-NOVENA: Jum il-Familja

7.00pm Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Anton Teuma. Għal din il-quddiesa huma mistiedna l-familji tal-parroċċa.

IL-ĠIMGĦA, 2 TA’ LULJU IT-TIENI JUM TAN-NOVENA: Jum il-Ħajja

7.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Reuben Micallef li għaliha huma mistiedna l-familji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena u dawk li qegħdin jistennew tarbija. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Magħmudija. Wara ssir il-preżentazzjoni tattrabi lill-Madonna tas-Sokkors.

IS-SIBT, 3 TA’ LULJU IT-TIELET JUM TAN-NOVENA Jum il-Ministerjalità u l-Volontarjat

7.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Daniel Grech bissehem ta’ dawk li iwettqu xi ħidma fi l-parroċċa.

IL-ĦADD, 4 TA’ LULJU IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA: Jum ilVokazzjonijiet

10.30am Il-Kappillan Dun Brian Mejlak imexxi l-quddiesa li matulha ssir il-Vestizzjoni ta’ 8 abbatini ġodda: Gabriel Borg, Lucas Debono, Liam Formosa, Kyan Galea, Kyle Grech, Kurt Mercieca, Glen Portelli, Luke Portelli.

IT-TNEJN, 5 TA’ LULJU IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA Jum l-Għaqdiet involuti fi l-Festa

6.15pm Rużarju, Kurunella u Barka Sagramentali 7.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Roberto Gauci bis-sehem ta’ dawk kollha invouti fi lFesta. Wara l-quddiesa ssir l-inawgurazzjoni tal-Maħżen 8 ta’ Lulju li jiġi mbierek millKappillan Dun Brian Mejlak.

IT-TLIETA, 6 TA’ LULJU IS-SITT JUM TAN-NOVENA: Jum it-Tfal

7.00pm Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun Brian Mejlak bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa.

L-ERBGĦA, 7 TA’ LULJU L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millKollaboratur Parrokkjali Dun Franklin Vella.

Fit-tlitt ijiem tat-Tridu jippriedka Dun Anthony Bajada. Jieħu sehem il-Kor San Girgor taħt id-

52 direzzjoni tal-Mro Carmel P Grech

IL-ĦAMIS, 8 TA’ LULJU

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU: Jum is-Solennitá Liturġika tal-Madonna tas-Sokkors

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millVigarju Parrokkjali Dun Edward Vella li permezz tagħha irodd ħajr lil Alla tal-25 sena tas-saċerdozju tiegħu. 9.00pm “Żerniq ta’ Tama Ġdida” - Serata Kommemorattiva ta’ Mużika mill-Banda San Girgor fi Pjazza Orvieto, li fi ha infakkru l-75 anniversarju mill-kitba tal-Innu l-Kbir “Alla Beatisima Vergine del Soccorso” tasSurmast Willie Attard bis-Sehem tat-Tenur Mario Portelli u l-Baritonu Pio Dalli u l-kor tal-Parroċċa, kif ukoll ser jitfakkar il-25 Anniversarju tal-Istatwa taż-Żewġ Padruni.

IL-ĠIMGĦA, 9 TA’ LULJU

IT-TIELET JUM TAT-TRIDU: Is-36 anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Noel Saliba, Rettur tal-Knisja ta’ Santa Luċija.

IS-SIBT, 10 TA’ LULJU

7.30am Quddiesa Solenni tat-Te Deum immexxija minn Mons Karm Borg. 7.00pm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Brian Mejlak li fi ha jfakkar il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Jagħmel l-omelija tal-okkażjoni l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Mario Grech. Wara ssir mixgħela bix-xemgħa taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali organiżżata mill-Kumitat tal-Festa. IL-ĦADD, 11 TA’ LULJU Jum il-Festa

Il-quddies ikun fi s-7, 8.30 u 10.30a.m. u 5p.m. 10.30am Quddiesa mmexxija minn Dun Gabriel Gauci li tkun bis-sehem tal-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Emma Micallef. 6.30pm Pontifi kal Solenni mmexxi mill-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Mario Grech fejn wara l-Vanġelu jwassal il-messaġġ tiegħu talokkażjoni. Jieħdu sehem il-Korijiet San Girgor u Stella Maris taħt id-direzzjoni tal-Mro di Cappella Carmel P. Grech. Wara tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali li tagħlaq dawn il-festi ad unur l-Omm tas-Sokkors. 8.15pm Spettaklu tan-nar tal-ajru organiżżat millKumitat tal-Festa fl imkien mal-Kumitat tan-Nar.

This article is from: