
1 minute read
Sala Aktar Dinjituża
u li tixraq għall-Każin tagħna
Fl-aħħar jiem l-Għaqda Mużikali San Girgor, iffi rmat il-kuntratt sabiex fi l-ġranet li ġejjin jibda x-xogħol ta’ rinovazzjoni tas-Sala prinċipali tal-Każin, il-President attenda għal preżentazzjoni uffi ċjali fejn matulha ngħataw ukoll id-dettalji kollha dwar programm ta’ fondi maħruġ mill-Ministeru għal-Għawdex taħt l-iskema M.I.C.E u li minnu bbenefi kajna, biex hekk tkun tista’ tospita ukoll diversi konferenzi.
Advertisement
Permezz ta’ dawn il-fondi ser intejbu l-faċilitajiet, fosthom bl-installazzjoni ta’ arja kundizzjonata, soffi t, purtieri, żebgħa u twaħħil tal-madum. Id-disinni li għandna u li għadhom fi l- fażi preliminari ġew preparati mid-disinjatur is-Sur Paul Stellini. [ara ritratti]
F’dawn il-jiem għandu jibda x-xogħol preparatorju bil-għan [u dejjem jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu] li dan il-proġett jitlesta fi x-xhur li ġejjin.

