2 minute read

Gozo Crafty Ladies

IL-GRUPP GOZO CRAFTY LADIES FIR-RAĦAL TA’ KERĊEM

Susan Atzori

Advertisement

Il-grupp ‘Gozo Crafty Ladies – Kerċem Branch’ twaqqaf xi sentejn ilu. Huwa grupp volontarju magħmul minn membri lokali, jiġifi eri minn Ta’ Kerċem, membri minn irħula madwar Malta u Għawdex u wkoll membri ta’ nazzjonalità barranija residenti f’Għawdex. L-għan tal-grupp huwa li jgħin għaqdiet, fondazzjonijiet u missjonijiet billi jinħadem xogħol talidejn, bil-ganċ jew labar, li jingħata lil dawn l-entitajiet bħala għajnuna. Fix-xhur li għaddew tajna xogħol lil Maternity Ward tal-isptar Mater Dei, bgħatna xlapi u kpiepel lill-kampijiet tar-refuġjati fi l-Greċja, xogħol reletat mal-Milied biex jinbiegħ u l-fondi jingħataw lill-missjoni, kif wkoll xi missjunarji ħadu xi affarjiet magħhom l-Etjopja, l-Peru u l-Guatemala biex jitqassmu fost il-fqar t’hemmhekk. Bħalissa wkoll qedgħin naħdmu id f’id ma’ fondazzjoni bbażata Malta li toffri għajnuna lill-pazjenti morda bil-kanċer u l-familji tagħhom. Għal din il-fondazzjoni, il-grupp jaħdem ‘lap blankets’, kutri li jintużaw mill-pazjenti stess. Qassamna minn dawn il-kutri wkoll lir-residenti tad-djar tal-anzjani f’Għawdex. Xi proġetti oħra li saru minn dan il-grupp huma it‘Tree of Hope’ u il-‘Cross of Hope’. It-‘Tree of Hope’ saret għal Milied 2020 u il-‘Cross of Hope’ twaqqaf fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Kerċem għallGħid 2021. Dawn iż-żewġ proġetti saru bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem u l-Kappillan tal-Parroċċa Ta’ Kerċem Dun Brian Meilak.

Bħalissa għandna proġett ieħor għaddej. Biex nagħtu support lill-ambjent tagħna, għal ġurnata ‘World Ocean Day’ li taħbat fi t-8 ta’ Ġunju, inħadmu diversi oġġetti u krejaturi tal-baħar. FIL-Kunsill Lokali ta’ Kerċem tpoġġa akwarju fejn jista jitgawda minn kull min jinqeda hemm, kif ukoll tpoġġew diversi ‘displays’ fi l- Marine Centre tad-Dwejra f' San Lawrenz Għawdex.

Normalment il-Grupp kien jiltaqa’ kull ġimgħa, iżda minħabba il-covid-19 il-laqgħat kellom jieqfu. Iżda il-ħidma tal-grupp baqgħet inżommu f’kuntatt ma’ xulxin permezz tal-Facebook Page ‘ Gozo Crafty Ladies – Kerċem Branch’. L-amministraturi tal-Grupp, il-membri attivi u anke dawk li mhumiex, kollha jagħtu is-sehem tagħhom b’xi mod jew ieħor. Il-Grupp ma jaċċettax donazzjonijiet ta' fl us, imma donazzjonijiet ta’ kobob tas-suf biex jinħadem, jiġi apprezzat. Nixtiequ wkoll inroddu ħajr lil Għaqda Mużikali San Girgor li sa mill-bidu tat-twaqqif tal-grupp tagħna kienu ta’ għajnuna kibira u li minn dejjem issaportjaw il-grupp tagħna. Kulħadd huwa mistieden biex jingħaqad magħna.

This article is from: