1 minute read

L-Esperjenza tiegħi bħala bandista

L-Esperjenza Tiegħi

BĦALA BANDISTA Maria Vella

Advertisement

Jiena Maria Vella u għandi sittax-il sena. Sa minn meta kont żgħira, minn dejjem kienet għal qalbi l-mużika u għalhekk ta’ disa’ snin iddeċidejt li nibda ndoqq il-klarinett mal-Banda San Girgor. Madwar seba’ snin ilu, bdejt it-tagħlim talmużika taħt is-Surmast Mark Gauci għalliem fi t-teorija, u wara komplejt l-istudji fi l-prattika taħt l-Assistent Surmast Marvin Grech, fejn għadni nattendi l-lezzjonijiet ta’ kull ġimgħa. L-ewwel darba li daqqejt mal-Banda San Girgor kien fi l-Purċissjoni tal-Bambin tal-2015. Minn dakinhar il hawn kelli ħafna okkażjonijiet li fi hom tajt is-sehem tiegħi bħala bandista, fosthom fi l-Festa ta’ Kerċem u ta’ xi rħula oħra, kif ukoll f’attivitajiet u kunċerti mużikali oħra. F’din l-aħħar sena, minkejja r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija, aħna l-aljievi bqajna nattendu l-lezzjonijiet tal-mużika b’mod virtwali. Matul ix-xahar ta’ Mejju tal-2020, meta l-każini kienu magħluqa, aħna l-bandisti għamilna l-almu tagħna sabiex nirrakordjaw innu ġdid lill-Madonna tas-Sokkors, b’mod individwali, u b’hekk ikun jista’ jintwera fi l-ġranet tal-festa. Fil-futur qarib, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf moviment taż-żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda, fejn jiena qed naspira li nkun membru fi h. F’dan il-grupp, iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jagħtu l-proposti u s-suġġerimenti tagħhom fuq diversi affarijiet relatati mal-Banda. Din is-sena, qed nagħti s-sehem tiegħi fi l-bord editorjali, fejn fi h niddiskutu dwar dak kollu li hu relatat malpubblikazzjoni ‘Leħen il-Banda San Girgor’, li hija publikazzjoni annwali li tinħareġ fi l-jiem talfesta.

Fl-aħħarnett, nixtieq ninkoraġġixxi aktar tfal u żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-mużika, sabiex jissieħbu mal-Banda San Girgor, u b’hekk jagħrfu japprezzaw aktar l-impenn li ġġib magħha għaqda volontarja, kif ukoll issabiħ tal-baned fi l-kultura Maltija.

This article is from: