
5 minute read
It-Tifel Kerċmi li sar Kardinal
IT-TIFEL KERĊMI LI SAR Kardinal Carmel P. Grech

Advertisement
K
ull meta ħija, il-Kardinal Mario, jiġi lura għal xi ġranet minn Ruma nħobbu mmorru nagħmlu passejn. Spiss jiġri li waqt li nkunu għaddejjin mit-toroq tarraħal tagħna, ħija jinnota xi affarijiet li jfakkruh f’xi esperjenza li jkun għadda minnha meta kien jitrabba u hekk jirrakkontali ċerti passaġġi mill-istorja tiegħu. Pereżempju jgħidli li meta kien tifel kien normali li fl imkien ma’ tfal oħra sħabu joħorġu jilgħabu xi logħba fi t-triq ta’ quddiemna bħal meta kienu jpoġġu werqa tal-bajtar ta’ dindja b’qasba fuqha f’nofs it-triq u kulħadd jipprova jieħu l-qażba! Dan ifi sser li ma kienx hemm it-traffi ku li għandna llum. Huwa jgħid li f’ċertu żmien tas-sena kien ikun hawn l-ħawwief itir fi l-baxx. Ta’ tfal li kienu, kienu jaqbdu qażba ftit twila b’ħabel fi t-tarf u jippruvaw jidorbu xi ħawwiefa! Meta kien jitrabba, it-triq “tagħna” (illum Triq l-Avukat Anton Calleja imma dak iż-żmien kienet Triq Santa Luċija) ma kenitx mibnija bħal lum. Għalhekk ta’ tfal li kienu, kienu joħorġu jaqbdu l-gremxul b’xi ħfi efa! Waqt li nkunu għaddejjin fi t-triq ngħaddu minn ħdejn ċerti djar u fi lwaqt li jiftakar min kien joqgħod fi hom, jesprimi rikonoxxenza lejn dawn in-nies. Hekk isemmili ċertu anzjan li kien joqgħod fi Triq Santa Luċija li meta kull nhar ta’ Sibt bħala abbati ħija kien

joħroġ jagħmel “il-ġabra tal-bajda” għall-Knisja, dan l-anzjan kien joffrilu xi lumi jew ward għad-dar! Kull darba li ngħaddu minn fejn kien joqgħod Gori talMaqsuma, ħija dejjem jgħid kemm dan kien raġel twajjeb, reliġjuż u ta’ talb. Mario kien jaf lil Gori kemm għax kien hemm żmien meta kienu jattendu fl -istess praesidium tal-Leġjun ta’ Marija kif ukoll għax meta ħija kien seminarista, kull nhar ta’ Ħadd il-kappillan kien jibagħtu bħala ministru straordinarju tal-Ewkaristija biex iqarbnu. Ħija għandu damma ta’ memorji marbuta mal-kunvent tas-sorijiet Karmelitani. L-ewwelnett għax meta l-familja tiegħi mill-Qala ġiet toqgħod Ta’ Kerċem, huwa beda jmur l-iskola tas-sorijiet li dak iż-żmien kienet fi Triq San Pietru u San Pawl. Meta mbagħad tfarfar, is-sorijiet għamlu xi dramm dwar Santa Tereżina u lil ħija tawh jaħdem il-parti ta’ missierha. Dejjem baqa’ f’rabta mas-sorijiet. Niftakar li darba konna fuq btala Ruma u morna fi klinika naraw lil Sr Laetitia, soru karmelitana Taljana li għamlet snin fi lkunvent f’ Ta’ Kerċem.
Ħija għamel snin bħala abbati anke fi żmien li Mons. Karm Borg kien direttur tal-abbatini. Jirrakkonta li darba qam kmieni ħafna biex imur il-knisja u billi xħin ħareġ sab li l-bibien tal-knisja kienu għadhom magħluqa, qagħad jistenna fuq l-għatba sakemm issagristan fetaħ! Ħija jgħid li meta daħal abbati kienet għadha ssir il-purċissjoni ta’ San Girgor mill-Katidral għall-Parroċċa. Huwa jiftakar li bi thejjija għal din ilpurċissjoni, xi ħadd kien jgħallimhom ikantaw Sancti Gregorii! Dak iż-żmien kien ikun hemm il-quddies kantat (anniversarji tal-mejtin) u għalhekk ħija kien jitla' fuq l-orgni biex ikanta l-ewwel ma' Dun Ġużepp Gatt (tal-Qasam) imbagħad ma’ (Mons) Dun Ġużepp Azzopardi. Kienet din l-esperjenza li wasslet lil ħija biex jifforma l-ewwel kor tal-parroċċa. Bħala organista kien hemm Mary Rose Spiteri llum Scicluna!
Dejjem fi Triq Santa Luċija hemm dar li tfakkru meta bħala abbati ħareġ ibierek l-ewwel darba malkappillan Dun Nikol Vella! Dakinhar bilkemm wasal iddar għax taw xi ftit xorb li ħadu! Ħija jgħid li dakinhar, is-sagristan Kieli Banda, tħassru tant li ħadlu s-satla tal-ilma mbierek minn idejh għax bix-xengil kien qed ixerred l-ilma mat-triq!
Meta fi l-mixja tagħna ngħaddu minn Santa Luċija, ħija jiftakar f’Dun Anton Grima li kull nhar ta Ħadd wara nofsinhar kien jinżel bil-karozza għall-Għasar! Jirrakkonta li meta kien student kien jitla’ għand Peppa Bugeja, għalliema, għall-privat tal-Ingliż. Ġanna tal-Barun ġieli sejħitlu biex jagħmel il-laqgħa tal-Azzjoni Kattolika għat-tfal fi d-dar tagħha stess.

L-ewwel servizz bħala Djaknu fi l-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani (26 ta' Ġunju 1983) Mario jdoqq l-orgni tal-Knisja Parrokkjali Ta' Kerċem
Mario bħala abbati fi ċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla taċĊentru Parrokkjali



Ħija għandu għadd ta’ memorji marbuta maċ-Ċentru Parrokkjali. Fi żmienu d-duttrina ma kenitx issir fi ċĊentru imma f’xi rokna fi l-knisja parrokkjali jew fi ssagristija. Peress li kien membru fi l-Kerċem Drama Circle kien attiv fuq il-palk. Isemmi li dak iż-żmien kienu jistampaw rivista bl-isem Il-Ballut! Fil-jiem ta’ qabel il-festa, huwa kien jgħin fl -armar. Huwa spiss isemmi lil dawk li kienu jkunu involuti fl -armar fosthom lil Gori l-Lagrament, Kelinu ta’ Marku, Ġużepp iċĊosa, Ġużepp ta’ Ħaxxen u oħrajn. Niftakru jgħid li darba waqt li kienu qed jibnu l-pedestall l-kbir, kienu neżlin bil-karru mgħobbi bil-ħadid li jifforma tipo fence mall-pedestall. F’ħin minnhom il-karretun daħal ġolħajt u mad-daqqa waħda mill-vireg għamlitlu ġerħa f’riġlu! Ta’ tfal li kienu kienu “jilagħbu” ta’ knisja! Kien ikollhom “kappella” armata d-dar, jqaddsu u saħansitra jagħmlu l-purċissjoni li kienet toħroġ fi ttriq. Aħna konna nagħmlu din il-“festa” u ħija jsemmi lil Pawlu tal-Bukkett, l-aħwa Joe u Raymond tal-Pawl u Leli n-Nigru li wkoll kienu jorganizzaw il-festa. Billi dan kien isir fi s-Sajf, kienu jużaw il-pitazzi mimlija tal-iskola biex jagħmlu t-taparsi “bombi”. Konna nħawħu d-dulliegħ biex nagħmlu l-fanali għal waqt it-taparsi “marċ”. Id-daqq tal-qniepen kien ikun fuq biċċiet tal-kanni tal-ħadid! Id-dar jirrakkontaw li z-zija t’ommi kienet tgħid darba ġiet id-dar u semgħet lil ħija jagħmel prietka fuq San Ġwann l-Għammiedi! Ħija kien imur l-iskola Ta’ Kerċem. Meta ngħaddu minn quddiem din l-iskola, ħija dejjem jgħid li jħossu obbligat lejn l-għalliema tiegħu f’dak iż-żmien... isemmi diversi, fosthom lis-Sir Kelinu, lil Mabbli Grech, Rita Azzopardi, Rosa Grech, Tereża Mizzi u oħrajn! Imbgħad meta temm l-iskola primarja. beda jmur l-Iskola Sekondarja tar-Rabat. Billi dak iż-żmien, f’nofsinnhar kien ikollhom break twil, ħija jgħid li spiss kien jiġi bil-mixi mir-Rabat sad-dar biex jiekol u jerġa’ lura! Għadu sal-lum japprezza s-sehem ta’ Kerċmi bħalna, il-Kav. Peter Paul Grech (ta’ Fredu), li dak iż-żmien kien kap tal-iskola Sekondarja, fi r-riforma edukattiva f’Għawdex. Meta naslu fuq iż-Żnied ħija jħobb isemmi littabib tal-Pawl, Dr Joe Grech. Ħija jgħid li dan ittabib kellu sehem fi l-vokazzjoni tiegħu għax kien hu (Dr Grech) li kien stieden lil ħija biex jibda jagħmel ħidma voluntarja mal-Għaqda tal-Persuni b’D iżabilità. Infatti kien waqt esperjenza ta’ din ixxorta, li ħija ħass li l-Mulej kien qed isejjaħlu għassaċerdozju. Dawn huma ftit mit-tifkiriet tat-tfulija ta’ ħija Mario. Ma humiex biss stejjer tal-imgħoddi, imma huma esperjenzi ta’ laqgħat ma’persuni diversi li b’xi mod jew ieħor kellhom sehem fi l-binja ta’ dak li llum huwa Kardinal tal-Knisja!


F'Jum l-Ewwel Tqarbina tiegħu

Mario fl imkien ma' ħutu u sħabu waqt il-festa li kienu jorganizzaw

Mario fl imkien ma' Peter Paul Grech Mario fl imkien ma' ħutu
