4 minute read

Analiżi Kritika tal-kompożizzjoni tal-Innu l-Kbir

Alla Beatissima Vergine del Soccorso FL-OKKAŻJONI TAL-75 SENA MILL-KITBA TIEGĦU

L-innu “Alla Beatissima Vergine del Soccorso”, li jindaqq ta’ kull sena qabel l-istatwa tal-Madonna tasSokkors tgħaddi mit-toroq tar-raħal ta’ Kerċem, huwa bla dubju ta’ xejn għażiż ħafna għallKerċmin. Dan l-innu ġie miktub mis-Surmast Willie Attard fuq lirika ta’ Ġużè Serafi no Cutajar fl -okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal-knisja parrokkjali Ta’ Kerċem fi d-19 ta’ Lujlu, 1946. Din is-sena qed niċċelebraw il-75 sena anniversarju mindu nkiteb dan l-innu u għalhekk bix-xieraq li wieħed jikteb kelmtejn fuq dan l-innu tant sabiħ.

Advertisement

Din il-kompożizzjoni hija maqsuma f’erba’ partijiet. Fl-introduzzjoni, il-kompożitur jagħżel li jibda l-innu b’ritmu bil-mod (maestoso) u b’ton baxx. Hawnhekk jinstemgħu l-istrumenti tar-ram fl imkien mal-qniepen li jdoqqu melodija mill-isbaħ fi lwaqt li l-klarinetti jirrispondu. Wieħed ukoll jinnota li l-kurunetti jdoqqu l-iskwilli (passaġġ fuq l-istrumenti tar-ram fi l-forma ta’ fanfarra) proprju biex jirrispondu lil din il-melodija. Ta’ min jgħid ukoll li dawn l-iskwilli fuq il-kurunetti jinstemgħu kważi fi l-partijiet kollha tal-innu.

Wara li l-melodja tal-bidu tinstema’ kemm-il darba fuq kważi kull sezzjoni tal-banda, il-kompożitur jibdel iddinamika għal forte, jiġifi eri b’ħoss għoli, bl-istrumenti tal-perkussjoni (it-tamborlin, il-platti u l-katuba). Eżatt wara jkompli b’melodija fuq il-klarinetti b’ħoss baxx fejn imbagħad jidħlu l-istrumenti tar-ram b’armonija li tixbah ħafna lill-innijiet korali li jitkantaw fi l-knisja. F’din il-parti nerġgħu nisimgħu l-iskwilli tal-kurunetti sakemm jibda l-kant tal-kor b’ritmu kemxejn mgħaġġel (andante sostenuto). Hekk kif il-melodija kantata tintemm, tidħol il-banda kollha b’ħoss għoli proprju biex tikkonkludi din il-parti korali. Din l-ewwel parti tkompli billi l-kompożitur jibdel it-temp għal wieħed aktar mgħaġġel (moderato) fejn hawnhekk insibu melodija sempliċi u ferreħija li titkanta millkor. Wara li jintemm il-kant, il-kompożitur juża ritmi kemxejn mgħaġġlin (is-semikromi - noti li jindaqqu b’ħeffa) sabiex jagħlaq din it-tema.

It-tieni parti tibda b’ritmu kalm (molto meno) u din id-dinamika tinħoloq permezz ta’ solo fuq il-klarinett bis-sax alti u tenuri jakkumpanjawh. Waqt is-solo tal-klarinett nerġgħu nisimgħu l-iskwilli tal-kurunetti. Wara li jintemm is-solo jidħol għall-ewwel darba t-tenur fejn isejjaħ lill-Madonna omm tagħna. Hekk kif tintemm l-istrofa tat-tenur jerġa’ jidħol is-solo talklarinett li twassalna għall-bidu ta’ arja mill-isbaħ bil-klarinetti jakkumpanjaw. Ta’ min isemmi li waqt li t-tenur ikun ikanta din l-arja xi drabi jidħol bl-istess melodija l-kwartin (klarinett żgħir). Wieħed jammira l-kapaċità tas-surmast u l-kompożitur Willie Attard li joħloq ritmi differenti li xħin jindaqqu fl imkien jagħtu effett mill-isbaħ. F’din il-parti naslu għall-qofol (climax) fejn it-tenur ikanta noti akuti li jwasslu għat-tmiem ta’ din l-arja. Mro Mark Gauci

It-tielet parti tibda bl-introduzzjoni tat-tieni kantant, jiġifi eri l-baritonu. Hawnhekk il-kompożitur ibiddel l-andament tal-mużika għal wieħed aktar kalm. Il-klarinetti jakkumpanjaw lill-baritonu u f’xi waqtiet jidħlu wkoll strumenti oħra tal-qasba. L-arja talbaritonu tagħlaq l-istess bħal tat-tenur, jiġifi eri b’nota twila fi r-reġistru għoli. Hekk kif tintemm din l-arja jidħol ittenur li jirrispondi lill-baritonu sakemm jingħaqdu fl -aħħar biex jagħlqu t-tielet parti.

Ir-raba’ parti fl -opinjoni tiegħi hija l-itqal parti għaliex ir-ritmu jsir iktar mgħaġġel. Barra minn hekk ħafna sezzjonijiet talbanda qed idoqqu b’ritmi differenti minn xulxin. Din il-parti tiftaħ bl-istrumenti tar-ram fejn ir-ritmu huwa wieħed deċiż u ostinat. Imbagħad jidħlu l-klarinetti fl imkien mat-tamborlin u l-qniepen. Ftit wara tidħol il-katuba u iktar tard nerġgħu nisimgħu l-kurunetti jdoqqu l-iskwilli. Il-kompożitur jirrepeti biċċa mill-ewwel parti tal-innu fejn għal darb’oħra nisimgħu l-kor li jwassalna għall-parti fi nali. Hawnhekk nerġgħu nisimgħu l-iskwilli però din id-darba mhux fuq ilkurunetti biss iżda wkoll fuq strumenti oħra tar-ram (althorns u ewfonji). Ilkurunetti jerġgħu jidħlu b’passaġġ impenjattiv għaliex għandhom ħafna noti u l-andament huwa wieħed noti u l-andament huwa wieħed mgħaġġel. Ta’ min isemmi li dan huwa mgħaġġel. Ta’ min isemmi li dan huwa l-itqal passaġġ tal-innu għax fi h hemm l-itqal passaġġ tal-innu għax fi h hemm ħafna sezzjonijiet li jidħlu ġo xulxin u ħafna sezzjonijiet li jidħlu ġo xulxin u wara xulxin. Dan il-passaġġ iwassalna wara xulxin. Dan il-passaġġ iwassalna għall-Gran Finale jiġifi eri fi l-Gloria fejn fejn insibu fi nal grandjuż u maestuż; ilkompożitur joħolqu billi jdaħħal ritmu kompożitur joħolqu billi jdaħħal ritmu bil-mod u juża kull sezzjoni tal-banda bil-mod u juża kull sezzjoni tal-banda fl imkien mal-kor u l-kantanti. Il-Gloria tintemm billi kulħadd jispiċċa fuq pausa pausa (nota twila) u ritmu mgħaġġel (presto) ) li bih il-kompożitur jagħlaq dan l-innu li bih il-kompożitur jagħlaq dan l-innu “Alla Beatissima Vergine del Soccorso”.

This article is from: