
1 minute read
25 Sena Saċerdot Kapp. Brian Mejlak
BANDA SAN GIRGOR Leħen ilSena25SAĊERDOT KAPPILLAN KAN. BRIAN MEJLAK
DUN BRIAN MEJLAK twieled fi d-29 t’Awwissu 1971, in-Nadur. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl -iskola primarja tan-Nadur u l-edukazzjoni sekondarja fi s-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Beda l-formazzjoni tiegħu fi sseminarju maġġuri fi l-1989 u għamel is-sena intermedjarja f’parroċċa fi Vjenna, fl -Awstrija.
Advertisement
Irċieva d-djakonat fl -24 ta’ Ġunju 1995 u ġie ordnat saċerdot fi l-21 ta’ Ġunju 1996. Dun Brian għamel l-ewwel sentejn tas-saċerdozju tiegħu fi l-parroċċa ta’ St. John Fisher ġewwa l-Kanada. Lura Għawdex fl -1998 ġie maħtur Vigarju Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur fejn ingħata l-inkarigu ta’ Direttur Parrokkjali ta’ l-Abbatini tal-Parroċċa u fl -2001 Station Manager ta’ Radju Luminaria. F’Novembru 2007, Mons. Isqof Mario Grech ħatru bħala Direttur Djoċesan ta’ l-Abbatini. Fis-7 ta’ Jannar, 2008 inħatar Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir f’Kerċem. Fit-2 ta’ Marzu, l-Isqof Mario Grech ħatru bħala l-Kappillan il-ġdid ta’ din l-istess parroċċa, ġie mogħti l-pussess tal-Parroċċa mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech nhar it-8 ta’ Ġunju, 2008, fejn għadu jservi bħala ragħaj sprit wali tal-komunità parrokkjali tagħna Ta' Kerċem.

