
2 minute read
Editorjal
WERREJ
Editorjal 3 Messaġġ mill-Emm.Tiegħu l-Kardinal Mario Grech 5 Messaġġ mill-President 7 Messaġġ mis-Sindku Ta’ Kerċem 9 Messaġġ mill-Kappillan Ta’ Kerċem 11 Messaġġ mid-Direttur Spiritwali 13 Messaġġ mill-Għaqda Każini tal-Banda 15 Rapport mis-Segretarju 16 L-Ecce Homo 18 L-Għaqda Mużikali tawgura lil... 20 It-Tifel Kerċmi li sar Kardinal 23 Festa Straordinarja 2020 27 Symphony of Lights - 2020 29 Analiżi Kritika tal-kompożizzjoni tal-Innu l-Kbir 30 Il-Kult ta' San Ġużepp f'Għawdex 32 Sala Aktar Dinjituża 38 Tislima 39 25 Sena Saċerdot Kapp. Brian Mejlak 42 L-Esperjenza tiegħi bħala bandista 43 Digitalizzazzjoni tal-Partituri tal-Innu l-Kbir 44 Gozo Crafty Ladies 46 X'Wettaqna 47 Ġrajjiet l-Għaqda Mużikali San Girgor 48 Programm tal-Festa 2021 52
Advertisement
Leħen il-Banda San Girgor Nru 24
Lulju reġa’ magħna!
L-ewwel nett nixtieq nintroduċi lili nnifsi bħala l-editur tar-rivista ‘Leħen il-Banda San Girgor’, u nirringrazzja lill-bord editorjali li din is-sena għoġbu jafdali dan ix-xogħol. Iż-żmien jitgerbeb u ma jistenna lil ħadd! Għaddiet sena oħra u x-xahar ta’ Lulju reġa’ qiegħed magħna. Xahar li aħna l-Kerċmin inkunu nistennewh bi ħġarna sabiex niċċelebraw ilfesta tant għażiża tal-Madonna tas-Sokkors. Għalkemm din is-sena ma nistgħux niċċelebraw bħas-snin l-imgħoddija, persważa li l-istennija tagħha xorta waħda għadha bi ħġarha fi l-qlub tagħna l-Kerċmin. Għal sena oħra, ħsibna li nerġgħu noħorġu din il-pubblikazzjoni li jeħtiġilha ħafna xogħol u preparazzjoni biex il-materjal ta’ ġo fi ha jkun differenti minn tas-snin ta’ qabel, u b’hekk iqajjem sens ta’ interess fi l-qarrej. Din is-sena, insibu diversi artikli interessanti u ta’ storja li warajhom hemm ħafna riċerki, kif ukoll tifkiriet ta’ diversi anniversarji. Insibu wkoll artiklu miktub missurmast tal-banda tagħna, kif ukoll intervista qasira ma’ żewġ bandisti żgħażagħ, dwar l-Innu l-Kbir ‘Alla Beatissima Vergine Del Soccorso’. Ma jonqosx ukoll xi kelmiet ta’ apprezzament, tislima tal-memorja ta’ dawk fi ħdan l-għaqda tagħna li marru jistrieħu fi s-sliem, kif ukoll awgurju għal twelid ġdid. F’isem il-kumitat kollu nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw il-kontribut u l-għajnuniet tagħhom sabiex din il-pubblikazzjoni tkun possibbli. Mingħajr l-għajnuna tagħhom, dan il-ktejjeb ma jistax jiġi ppubblikat. Nagħlaq dan l-editorjal, billi f’ismi u f’isem ilkumitat nawgurawlkom il-festa t-tajba, mimlija saħħa u hena.
Maria Vella Editur
Disinn tal-qoxra:
Xbieha tal-wiċċ tal-Madonna tas-Sokkors kif rappreżentata fl -istatwa taż-żewġ padruni (1996) Ritratt tal-qoxra: Reuben Micallef
Ħajr għall-diversi Ritratti lil
Ray Grech u Carmel P. Grech Fili tal-kitba: Marianne Sagona Issettjat u Stampat: Gozo Press Għajnsielem
Din hija Pubblikazzjoni tal-Għaqda Mużikali San Girgor, Kerċem u toħroġ darba fi s-sena fl -okkażjoni tal-Festa Kon-Titulari tal-Madonna tas-Sokkors.
Il-fehmiet espressi fl -artikli pubblikati mhumiex bilfors dawk tal-Bord Editorjali.
Indirizz Postali:
“Leħen il-Banda San Girgor”, Palazzo Celio, Pjazza Orvieto, Ta’ Kerċem KCM 1360 Għawdex. Tel: 21566162
jew permezz tal-email fuq:
info@bandasangirgor.org
