Mistoqsijiet Frekwenti
Sekwestru
_____________________________________ Minn meta daħlet fis-seħħ l-emenda fil-liġi li tirregola mandat ta’ sekwestru fuq beneficcju socjali?
Ipproteġi l-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tiegħek minn Sekwestru
_____________________________________ Mid-29/10/2021, l-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.) ġie emendat sabiex ma jinżammu l-ebda benefiċċji kontra mandat ta’ sekwestru. Jekk għandek mandat ta' sekwestru, jekk jogħġbok informa lill-bank preferut tiegħek dwar l-emenda għall-Artikolu 318 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, biex ikollok kont bankarju maħruġ f'ismek kif meħtieġ.
Permezz tal-emenda għall-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12. tal-Ligijiet ta’ Malta, ġie stabbilit illi ma jistax jinħareġ mandat ta’ sekwestru mhux biss fuq kull benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill-Gvern jew gvern barrani ieħor, iżda ukoll fuq kontijiet bankarji li huma wżati sabiex benefiċjarji jirċievu l-imsemmija benefiċċji.
_____________________________________ X’għandi nagħmel f’każ li nirċievi mandat ta’ sekwestru u qed nircievi beneficcju socjali?
Bis-saħħa ta’ din l-emenda, ġie wkoll stabbilit illi l-banek lokali għandhom jiżguraw illi l-benefiċċji soċjali riċevuti fil-kontijiet tal-benefiċjarji m’għandhomx jiġu milqutin bl-effett ta’ mandat ta’ sekwestru. Barra minn hekk, l-emenda tistipula wkoll li l-banek lokali għandhom jiftħu kontijiet bankarji separati sabiex fihom kull benefiċjarju jkun jista’ jirċievi l-benefiċċji soċjali.
_____________________________________
Għaldaqstant, kull individwu li jibbenefika minn benefiċċju soċjali hawn fuq elenkat, għandu, f’każ li jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tiegħu, jagħmel kuntatt minnufih mal-bank tiegħu sabiex tali benefiċċji jiġu meħlusin mill-effett tal-mandat ta’ sekwestru.
_____________________________________
F’każ li tirċievi mandat ta’ sekwestru, tista’ minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex il-benefiċċji tiegħek ma jiġux milqutin negattivament bl-effett tal-mandat.
_____________________________________ Għandi bżonn xi prova jew dokumentazzjoni biex tiġi pprovdutai lill-bank?
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jieħu ħsieb illi jipprovdi lill-individwu bid-dokumentazzjoni rikjesta sabiex ikun jista’ jipprovdiha lil bank. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li titlob id-dokumentazzjoni mingħand id-Dipartiment sabiex tkun tista’ tipprovdihom lill-bank lokali tiegħek billi ċċempel Freephone 153 jew iżżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
28