2 minute read

Dettalji personali u ta’ kuntatt

Next Article
Sekwestru

Sekwestru

Dettalji ta’ Kuntatt

___________________________________________ Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

___________________________________________ Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.

___________________________________________ Nista’ nibdel id-dettalji tal-kuntatt tiegħi online għal kif jagħmel kommunikazzjoni miegħi d-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali?

___________________________________________ Jekk int reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif id-Dipartiment jagħmel kuntatt miegħek.

___________________________________________ X’inhuma d-dettalji ta’ kuntatt li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jżomm dwari?

___________________________________________ Id-dettalji ta’ kuntatt hekk kif miżmuma dwarek jinkludu l-indirizz postali, indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tirrikjedix li tirċievi notifika b’SMS meta jidħollok pagament ta’ benefiċju ____________________________________________ Nista’ nagħżel li nibda nirċievi notifikazzjoni b’SMS minn dan is-servizz?

____________________________________________ Minn dan is-servizz tista’ tagħżel li tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull meta jiġi ddepożitat pagament ta’ benefiċċju.

____________________________________________ Liema huma d-dettalji li jien nista’ nibdel minn dan is-servizz?

____________________________________________ Id-dettalji li tista’ tibdel minn dan is-servizz huma l-indirizz postali, biex dan jirrifletti dak li hemm imniżżel bħalissa fuq il-Karta tal-Identità tiegħek, l-indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tridx tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull darba li jsirlek depożitu ta’ benefiċċju li jista’ jkollok.

____________________________________________ Jekk jien ngħix barra minn Malta u d-Dipartiment huwa nfurmat, nista’ nibdel l-indirizz għal dak ta’ wieħed barrani?

____________________________________________ Jekk int tgħix barra minn Malta u diġa għandek indirizz postali barrani rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel l-indirizz barrani, sakemm int ma tibdilx għal pajjiż differenti. Tibdil minn indirizz postali f’Malta għal indirizz postali barrani u viċi-versa, mhuwiex aċċettat minn dan is-servizz.

____________________________________________ Jekk jien irrid nibdel l-indirizz postali tiegħi minn pajjiż għall-ieħor x’irrid nagħmel?

____________________________________________ Inti tista’ tibdel l-indirizz postali minn pajjiż għall-ieħor differenti billi tikklikka hawn. Ikollok bżonn tipprovdi l-indirizz postali l-ġdid. Ikollok bżonn ukoll tipprovdi n-numru tal-Pensjoni u n-Numru tal-Karta tal-Identità/ Numru tal-Passaport. Din l-informazzjoni ma tkunx mibdula instantanjament peress li qabel ikunu jridu jsiru l-verifiki meħtieġa.

____________________________________________ Kif nista’ naċċessa dan is-servizz online?

____________________________________________ Inti trid tawtentika biex taċċess is-servizz ta’ Dettalji ta’ Kuntatt.

This article is from: