Dettalji Personali u ta’ Kuntatt Dettalji ta’ Kuntatt ___________________________________________ Huwa meħtieġ kont tal-e-ID biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali? ___________________________________________ Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta huwa meħtieġ biex wieħed jaċċessa d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu / tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
____________________________________________
___________________________________________
Nista’ nagħżel li nibda nirċievi notifikazzjoni b’SMS minn dan is-servizz?
Nista’ nibdel id-dettalji tal-kuntatt tiegħi online għal kif jagħmel kommunikazzjoni miegħi d-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali?
____________________________________________ Minn dan is-servizz tista’ tagħżel li tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull meta jiġi ddepożitat pagament ta’ benefiċċju.
___________________________________________ Jekk int reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel id-dettalji ta’ kuntatt ta’ kif id-Dipartiment jagħmel kuntatt miegħek.
____________________________________________ Liema huma d-dettalji li jien nista’ nibdel minn dan is-servizz?
___________________________________________ X’inhuma d-dettalji ta’ kuntatt li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jżomm dwari?
____________________________________________ Id-dettalji li tista’ tibdel minn dan is-servizz huma l-indirizz postali, biex dan jirrifletti dak li hemm imniżżel bħalissa fuq il-Karta tal-Identità tiegħek, l-indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tridx tibda tirċievi notifikazzjoni b’SMS kull darba li jsirlek depożitu ta’ benefiċċju li jista’ jkollok.
___________________________________________ Id-dettalji ta’ kuntatt hekk kif miżmuma dwarek jinkludu l-indirizz postali, indirizz tal-email, in-numru tal-linja fissa, in-numru tal-mowbajl u jekk tirrikjedix li tirċievi notifika b’SMS meta jidħollok pagament ta’ benefiċju
____________________________________________ Jekk jien ngħix barra minn Malta u d-Dipartiment huwa nfurmat, nista’ nibdel l-indirizz għal dak ta’ wieħed barrani? ____________________________________________ Jekk int tgħix barra minn Malta u diġa għandek indirizz postali barrani rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, int tista’ tibdel l-indirizz barrani, sakemm int ma tibdilx għal pajjiż differenti. Tibdil minn indirizz postali f’Malta għal indirizz postali barrani u viċi-versa, mhuwiex aċċettat minn dan is-servizz.
23