FAMILJA MSPC : Sajf 2022

Page 38

il-miri ta’ kapaċità finanzjarja tagħhom. Dan biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet finanzjarji bi ħsieb għaliex mingħajrhom il-ħajja tagħhom tkun aktar stressanti’, sostna Mark Musù, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Dawn is-sessjonijiet se jgħinu l-parteċipanti biex jifhmu iktar dwar il-kwistjonijiet ta’ flus u l-għażliet marbuta mal-istil tal-ħajja. Il-Fondazzjoni HSBC Malta għandha storja twila ta’ appoġġ u kollaborazzjoni ma’ ĠEMMA f’numru ta’ inizjattivi dwar il-kapaċità finanzjarja.

Din l-inizjattiva ġdida hija prova oħra tal-impenn tagħna li ngħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jakkwistaw il-ħiliet finanzjarji li jeħtieġu biex isibu s-suċċess fil-ħajja’, stqarr Michel Cordina, Direttur Eżekuttiv u Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju, tal-Bank HSBC Malta p.l.c. ‘Bħala NGO aħna nkomplu bl-isforzi u l-ħidma tagħna biex neqirdu l-faqar u nħaffu t-tbatija filwaqt li nippromwovu l-iżvilupp uman. Permezz ta’ din l-attività, CARITAS se tfittex li teduka l-voluntiera tagħha biex itejbu l-benesseri billi jifhmu aħjar il-valur tal-flus sabiex jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet finanzjarji’ enfasizza Anthony Gatt, Direttur ta’ CaritasMalta. Għal iktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit ta’ ĠEMMA fuq gemma.gov.mt

familja.media@gov.mt

38


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.