
4 minute read
Żewġ għotjiet ta’ rikonoxximent
il-miri ta’ kapaċità finanzjarja tagħhom. Dan biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet finanzjarji bi ħsieb għaliex mingħajrhom il-ħajja tagħhom tkun aktar stressanti’, sostna Mark Musù, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Dawn is-sessjonijiet se jgħinu l-parteċipanti biex jifhmu iktar dwar il-kwistjonijiet ta’ flus u l-għażliet marbuta mal-istil tal-ħajja. Il-Fondazzjoni HSBC Malta għandha storja twila ta’ appoġġ u kollaborazzjoni ma’ ĠEMMA f’numru ta’ inizjattivi dwar il-kapaċità finanzjarja. Din l-inizjattiva ġdida hija prova oħra tal-impenn tagħna li ngħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jakkwistaw il-ħiliet finanzjarji li jeħtieġu biex isibu s-suċċess fil-ħajja’, stqarr Michel Cordina, Direttur Eżekuttiv u Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju, tal-Bank HSBC Malta p.l.c. ‘Bħala NGO aħna nkomplu bl-isforzi u l-ħidma tagħna biex neqirdu l-faqar u nħaffu t-tbatija filwaqt li nippromwovu l-iżvilupp uman. Permezz ta’ din l-attività, CARITAS se tfittex li teduka l-voluntiera tagħha biex itejbu l-benesseri billi jifhmu aħjar il-valur tal-flus sabiex jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet finanzjarji’ enfasizza Anthony Gatt, Direttur ta’ CaritasMalta. Għal iktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit ta’ ĠEMMA fuq gemma.gov.mt



Żewġ għotjiet ta’ rikonoxximent għal servizz ta’ kwalità miksuba mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
M S P C tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif stabbilit minn diversi kriterji u mudelli ta’ kwalità.
Dan l-award ingħata wara ħidma kontinwa mill-uffiċjali kollha ta’ dan id-Direttorat u wara kollaborazzjoni sħiħa mal-People and Standards Division. L-award irċevietu s-Sa Alexia Vella, Direttur, f’isem il-ħaddiema tad-Direttorat.
Sadanittant, il-Ħaddiema Soċjali Marie Lourdes Gatt li taħdem mal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ngħatat l-Għotja ta’ Rikonoxximent għal Servizz ta’ Kwalità. Din l-għotja rrikonoxxiet lil din il-ħaddiema soċjali bħala persuna li tilqa’ kull sfida bi tbissima u b’determinazzjoni biex id-drittijiet tat-tfal u tan-nisa jkunu dejjem imħarsa. Nieħdu l-okkażjoni biex nifirħu lis-Sa Vella u l-ħaddiema tad-Direttorat tagħha ta’ dawn ir-rikonoxximenti. Ritratt: DOI

Fiċ-ċerimonja ta’ rikonoxximent li saret waqt il-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku f’Mejju, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kiseb żewġ għotjiet ta’ rikonoxximent għal servizz ta’ kwalità. Id-Direttorat tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ingħata r-rikonoxximent prestiġġjuż tal-Quality Award. Il-Quality Award hija marka ta’ kwalità li jista’ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika meta l-kwalità

66 sena... ta’ Sigurtà Soċjali
M S P C Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fakkar is-66 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu, ċelebrazzjoni ħajja ta’ benefiċċji u miżuri soċjali li matul is-snin komplew ikunu ta’ sostenn għall-familji Maltin u Għawdxin. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon qal li dan l-avveniment jimmarka 3 kisbiet ewlenin li jinkludi l-fatt li l-Gvern Malti minn dejjem emmen fis-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali. Xhieda ta’ dan huma ż-żidiet kontinwi fil-pensjonijiet, iċ-children’s allowance, l-in-work benefit, u l-għajnuna supplimentari fost oħrajn. Tragward ieħor li nkiseb huwa r-rikonoxximent internazzjonali li rċieva d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta ngħata premju għall-ħidma effiċjenti li għamel waqt il-pandemija. Il-Ministru qal li r-responsabbiltà fuq dan id-Dipartiment hija waħda kbira, minħabba li dejjem jiżdiedu l-ammont ta’ benefiċjarji kif ukoll iż-żidiet imħabbra fl-ammont tal-benefiċċji. Fil-fatt, in-nefqa globali fl-ewwel 3 xhur tas-sena 2022 fuq benefiċċji soċjali laħqet it-€322 miljun, li meta tqabbilha man-nefqa fl-istess perjodu fl-2014 turi li n-nefqa żdiedet b’madwar €115.5 miljun (56%), nefqa li tfisser iktar mid-doppju ta’ dak li kellna fis-sena 2014. Meta wieħed iħares lejn l-investiment li sar fuq benefiċċji kontributorji jinnota li din kibret b’madwar €123 miljun għal €271.6 miljun, filwaqt li n-nefqa fuq benefiċċji mhux kontribortji telgħet għal ftit aktar minn €50 miljun. Il-Ministru qal li l-akbar nefqa fl-ewwel kwart tas-sena kienet dik fuq il-pensjonijiet kontributorji u fuq il-pensjoni mhux kontributorja, tal-età. B’kollox telgħet għal aktar minn €249 miljun, li mqabbla man-nefqa fl-istess perjodu fl-2014 turi żieda ta’ €111 miljun (80%). Wieħed mill-fatturi għal din iż-żieda kienet li f’dawn l-aħħar snin kiber l-għadd ta’ pensjonanti. Sal-aħħar ta’ Marzu l-għadd tagħhom kien ta’ 95,474—żieda ta’ 17,203. Għalkemm niżel sew l-għadd ta’ persuni li jirċievu l-pensjoni tal-invalidità u l-pensjoni tal-età, kiber b’mod qawwi l-għadd ta’ persuni rtirati u romol. Intant in-nefqa fuq l-assistenza soċjali bejn l-ewwel kwart tal-2014 u dak tal-2022 niżlet b’madwar €6.5 miljun, bis-saħħa ta’ ekonomija b’saħħitha u pakkett ta’ benefiċċji soċjali maħsuba biex aktar nies ma jibqgħux dipendenti fuq il-benefiċċji. “Quddiem dan l-investiment se nkomplu nkunu ta’ spalla għall-poplu Malti u Għawdxi. Dan ifisser aktar responsabbiltà fuq id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, sabiex inwasslu l-benefiċċji fil-ħin u lil min huwa intitolat. Ma nibżgħux mill-isfidi, ser nibqgħu ottimisti u nżidu aktar miżuri soċjali li jilqgħu għar-realtajiet li qed niffaċċjaw illum il-ġurnata”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon. Fost l-attivitajiet li saru biex jitfakkar dan l-anniversarju kien hemm Dress in Blue Day b’risq l-ALS, għoti tad-demm f’attività konġunta mal-Parlament ta’ Malta, taħriġ ta’ clear writing, seminar ta’ ġurnata u webinar tal-kampanja Ġemma.

