
13 minute read
Għotja Demm Servizz Soċjali
G r a z i o B a r b a r a D i r e t t u r Ġ e n e r a l i D S S
Min jaf kemm-il darba rajna dan il-kliem t’hawn fuq u ieħor simili fuq il-korrispondenza li joħroġ id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lid-diversi benefiċjarji tiegħu. Id-Dipartiment dejjem ħaddem il-prinċipju li jgħin lil min ikollu bżonn mhux biss bħala benefiċċji soċjali li jitħallsu imma wkoll lil min ikun jeħtieġ xi tip ta’ għajnuna oħra.
Donazzjoni tad-demm hija responsabbiltà komunitarja fejn persuna tkun qiegħda tagħti xi ħaġa minn dak li għandha, mhux flus, għax kultant biex wieħed jagħmel xi tip ta’ għotja, jaqbad u jagħti xi ħaġa tal-flus. Donazzjoni tad-demm tfisser għotja ta’ imħabba lil xi ħadd li anqas biss tkun taf min hu imma li żgur għandu bżonn din it-tip t’għajnuna.
Aktar u aktar titqies bħala turija ta’ imħabba meta bniedem qiegħed jagħti ftit tal-ħin minn tiegħu, li llum il-ġurnata, bil-ħajja mgħaġġla li għandna, mhux dejjem ikun possibbli. Għalhekk huwa att ta’ imħabba meta tqis kemm sar prezzjuż il-ħin tagħna.
Id-demm huwa bżonn li l-ġisem tal-bniedem ma jgħaddix mingħajru. Għalhekk ma tkunx esaġerazzjoni meta ngħidu li meta tagħti d-demm tkun qiegħed tagħti rigal għall-ħajja.
Ħafna jaħsbu li dawk li jkollhom bżonn id-demm huma dawk in-nies li jkunu involuti f’xi aċċident imma dan mhux il-każ. Ħafna aktar pazjenti jkollhom bżonn id-demm bħalma huma persuni li jkunu qegħdin jirċievu trattament għal kontra l-kanċer, dawk li jkunu se jagħmlu xi operazzjoni, kif ukoll oħrajn li jkollhom xi kundizzjoni ereditarja marbuta mad-demm. R i t r a t t : G r a z i o B a r b a r a

Għalhekk, il-Bank Nazzjonali tad-Demm dejjem jappella biex kull min hu b’saħħtu u jista’ jagħti d-demm imur fiċ-Ċentru ta’ Gwardamanġa jew inkella permezz tal-Mobile Unit li minn żmien għal żmien idur il-lokalitajiet f’Malta.
Aħna wkoll bħala Dipartiment nagħtu s-sehem tagħna meta fil-ġimgħa li tkun organizzata biex titfakkar id-data tas-7 ta’ Mejju 1956, inħeġġu l-ħaddiema tad-DSS jagħtu donazzjoni tad-demm. F’dawn l-aħħar snin, din l-attività qiegħda wkoll issir b’kollaborazzjoni mal-Parlament ta’ Malta li wkoll ikun qiegħed ifakkar id-data tat-3 ta’ Mejju, meta l-Parlament mexa għall-bini l-ġdid li qiegħed fih illum, ftit ’il bogħod mid-Dipartiment tagħna.
Hemm diversi raġunijiet għalfejn nagħtu d-demm. Donazzjoni tagħna tista’ ssalva l-ħajja ta’ diversi nies, hija responsabbiltà ċivika bħala ċittadini responsabbli, hija grazzja li tista’ tagħti d-demm għax mhux kulħadd ikun jista’, jekk xi darba jkollok bżonn ma toqgħodx lura biex tirċevih u għalhekk għalfejn toqgħod lura biex tagħtih? Barra minnhekk, fil-pajjiż ikun hawn provvista adekwata għal dak kollu li jista’ jinqala’.
L-14 ta’ Ġunju hija l-ġurnata ddedikata lid-donaturi tad-demm imma għalina għandhom ikunu l-ġranet kollha tas-sena meta noffru ftit minn dak li għandna – Id-Demm...




Qed ikollna medja ta’ 4 separazzjonijiet kuljum
Kull sena jiżżewġu madwar 2,500 persuna fil-konfront ta’ 1,300 separazzjoni
V i n c e T o n n a M . G e r ; D i p . A p p l . S o c i a l S t u d i e s ( S o c i a l W o r k e r )

R i t r a t t : J e r e m y W o n g
Qed nikteb dwar is-suġġett tas-separazzjonijiet f’pajjiżna billi jidher li ta’ kull sena qed ikunu rreġistrati madwar 1,300 separazzjoni, jiġifieri medja ta’ bejn wieħed u ieħor 4 separazzjonijiet kuljum!
Qabel xejn, irridu nsemmu wkoll li f’pajjiżna jiżżewġu ta’ kull sena madwar 2,500 persuna li 55% minnhom jagħżlu li jiżżewġu biċ-ċivil filwaqt li l-45% l-oħra jiżżewġu bil-knisja. Huwa fatt li biex ikollna żwiġijiet sodi hemm bżonn li aħna, inkluż il-professjonisti, naħdmu għal dan l-għan bis-serjetà. Irridu nistudjaw ir-raġunijiet għaliex qed ikollna żieda fis-separazzjonijiet. Madankollu irridu nsemmu wkoll li mhux kollox mar il-baħar fir-relazzjonijiet bejn il-koppji. Anzi għandna nirringrazzjaw lil Alla li f’pajjiżna fadlilna ħafna familji sodi li qed jippruvaw itellgħu lill-għeżież uliedhom b’mod mill-aktar eżemplari.

Skont statistika li ġbart, ir-raġunijiet ewlenin li l-esperti jindikaw li qed iwasslu lejn separazzjonijiet ta’ koppji jinkludu: (a) Każijiet ta’ infedeltà (adultery); (b) Waħda mill-partners tkun ta’ ħsara gravi fiżikalment u/ jew psikoloġikament għall-parti l-oħra (vjolenza domestika); (c) Minħabba xi addizzjoni bħal droga, alkoħol, u logħob.
Meta fil-professjoni tiegħi niltaqa’ ma’ xi persuna li tiftaħ qalbha miegħi dwar din
il-problema serja u tixtieq li jiena ngħinha, dejjem nibda billi naqsam magħha artiklu interessanti u informattiv li kont qrajt dwar dan is-suġġett tas-separazzjoni miktub mill-esperta, Susan Heitler. Fost suġġerimenti li Heitler kitbet, hija tirrakkomanda li persuna sabiex tipprova ssalva ż-żwieġ tagħha li jkun jidher li kważi sfaxxa, għandha tieħu dawn l-inizjattivi -

(1) Tagħmel lista ta’ dawk l-affarijiet/ ċirkustanzi li hija u s-sieħeb/sieħba tagħha jargumentaw fuqhom ta’ spiss u li jidher li ma jistgħu jagħmlu xejn biex isibu kompromess. Hu/Hi għandha tinkludi wkoll dawk l-affarijiet li taħseb li qed idejqu lil partner tagħha;
(2) Tiffoka fuqha nnifisha u mhux x’jista’ s-sieħeb/sieħba tagħha t/jirranġa biex jieqfu dawn l-argumenti ta’ bejniethom. X’tixtieq hija biex tkun aktar ferħana? Dwar dawn il-problemi x’tixtieq li jsir?

(3) Jagħmlu mezz sabiex hija u l-partner tagħha jeleminaw dik il-komunikazzjoni negattiva ta’ bejniehom. M’għandhomx jibqgħu jikkritikaw, jilmentaw, jabbużaw minn xulxin meta huma qed ikunu jippruvaw jirrikonċiljaw.
(4) Waqt il-komunikazzjoni ta’ bejniethom għandhom jippruvaw li jwieġbu lil xulxin b’mod meqjus/ottimist bħal; ‘Nixtieq li kieku inti ..........’ u jippruvaw jieħdu ċerti deċiżjonijiet flimkien b’mod kooperattiv.
(5) Biex ir-relazzjoni/żwieġ tagħhom ma jiġix fi tmiem għandhom jeliminaw dawn it-tliet ‘A’s li jeqirdu kważi kull relazzjoni; Affairs (Infedeltà); Addictions (Persuna tkun addicted għad-droga/xorb alkoħoliku/logħob tal-ażżard); kif ukoll Excessive Anger (Persuna li jkollha rabja eċċessiva).
(6) Din l-esperta tkompli tissuġġerixxi sabiex il-koppja jibdew jitbissmu ftit aktar; jgħannqu iżjed lil xulxin; japprezzaw dak li jagħmlu; iqattgħu aktar ħin flimkien; jgħinu lil xulxin aktar, kif ukoll li jfaħħru aktar lil xulxin.
(7) Il-koppji għandhom jitgħallmu dawk il-ħiliet li jirrikjedu sabiex ir-relazzjoni tagħhom tirnexxi. Fejn hu possibbli għandhom jaqraw materjal tajjeb (kotba/on-line) dwar dan is-suġġett ta’ relazzjonijiet bejn koppji.
Suġġeriment ieħor li jien inwassal lill-klijenti tiegħi hu li, kemm jista’ jkun malajr, flimkien ifittxu għajnuna professjonali qabel ma’ huma jiddeċiedu li jisseparaw. Għandna nammettu li l-problemi fir-relazzjonijiet huma l-akbar sfida li bosta koppji jiffaċċjaw f’ħajjithom u f’ħafna każijiet qed jagħmlu tajjeb dawk li ssibhom jirrikorru għas-servizz tal-counselling offrut b’xejn mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fejn hemm qed isibu professjonisti u terapisti għad-dispożizzjoni tagħhom, dejjem lesti biex jgħinuhom.
Qabel xejn però, l-ewwel pass li għandu jsir hu dak li jinħoloq pjan ta’ azzjoni mal-koppja li jassigura l-aqwa terapija u servizz ta’ counselling li persuna jista’ jkollha bżonn. Dwar dan, kull min jixtieq xi tip ta’ għajnuna jista’ jċempel fuq in-numru 2295 9000. Kif jgħid tajjeb qawl Malti: Kun bil-għaqal, qis mitt darba, imma aqta’ darba!
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jikseb unur internazzjonali għat-tħaddim ta’ pakkett ta’ miżuri soċjali matul il-pandemija

M S P C
L-Assoċjazzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà Soċjali (ISSA) irrikonoxxiet il-ħidma li saret mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal biex jiġu mgħejjuna ġenituri ħaddiema, u ħaddiema b’diżabilità jew medikament vulnerabbli li ntlaqtu mill-effetti tal-pandemija fl-2020 u 2021, kif ukoll dawk li temporanjament kienu tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-Covid-19.
Il-ħidma Maltija kisbet għarfien flimkien ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet għas-sigurtà soċjali minn madwar l-Ewropa. L-unuri ġew ippreżentati waqt forum Ewropew li ġie organizzat mill-ISSA fl-Estonja bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju.

F’isem il-Ministeru, u f’isem id-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, irċevew iċ-ċertifikat ta’ mertu, id-Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali Grazio Barbara u d-Direttur għar-Relazzjonijiet Internazzjonali Alexia Vella. Is-Sur Barbara wkoll intalab jagħmel preżentazzjoni dwar il-pakkett ta’ benefiċċji soċjali speċjali li tniedew f’qasir żmien u l-ħidma ta’ simplifikazzjoni li saret biex jiġu mgħejjuna aktar qrib 9,000 persuna li ntlaqtu mill-pandemija u kellhom jieqfu mix-xogħol jew jibqgħu d-dar minħabba raġuni jew oħra.
L-assocjazzjoni stqarret li fil-ħidma tiegħu l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal għaraf mhux biss jilqa’ għall-isfidi, iżda wkoll li jdawwarhom f’opportunità biex itejjeb aktar il-kwalità tas-servizzi soċjali u jsaħħah il-komunikazzjoni mal-klijienti tiegħu.
Dan kien it-tielet unur li l-Ministeru rċieva mill-istess asssoċjazzjoni, wara li fl-2016 kien ingħata ċertifikat ta’ mertu għas-simplikazzjoni tal-Allowance tat-Tfal u l-Għajnuna Supplimentari u li fl-2019 kien ingħata ċertifikat ta’ mertu ieħor għall-pakkett ta’ miżuri biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali u aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Niltaqgħu ma’... Mary Anne Zammit, awtriċi u pittriċi
T o n i o B o n e l l o FAMILJA f’kull ħarġa tagħha tinkludi bosta materjal interessanti f’oqsma varji tal-ħajja. Fost dawn, f’kull edizzjoni jkollna l-kontribut tal-awtriċi u pittriċi brava Mary Anne Zammit. Zammit timraħ f’dak kollu li hu Malti u kreattiv biex twassal lilna dak li qed jiġri f’dawn il-gżejjer minn dimensjoni ta’ artista. Illum ħsibt biex nagħmel eċċezzjoni u flok għamlet intervistà bħas-soltu hi, tlabt lil Mary Anne inkun jien li nintervistaha dwar ħidmietha fl-oqsma tal-arti u l-letteratura. Mary Anne twieldet nhar it-22 ta’ Ottubru 1967 ġewwa Ħal Qormi fejn għadha tgħix sal-lum. Imrobbija ma’ żewġ ħutha subien iżda hi l-kbira fosthom, wara tmiem is-Sekondarja kompliet issegwi l-istudji tagħha f’livell terzjarju fejn eventwalment gradwat fl-Istudju Soċjali mill-Università ta’ Malta kif ukoll fil-Probation Services, Diplomatic Studies u Master in Probation Services. L-impenn fiss tagħha fil-fatt hu dak ta’ Probation Officer. Il-passatempi tagħha huma l-qari, il-films, iż-żfin, il-yoga, l-arti u l-kitba, u tistqarr li minkejja din il-passjoni kbira li għandha lejn dawn tal-aħħar, fil-familja tagħha ħadd ma kien ipinġi jew jikteb li forsi setgħu influwenzawha. Tispjega però kif il-ġenituri tagħha kienu persuni kreattivi għaliex il-mamà kienet tħit waqt li l-papà kien jaħdem fl-injam. Bdejt biex staqsejtha dwar... Kif bdiet u fejn waslet illum fil-qasam tal-Letteratura? Kelli madwar ħames snin u bilkemm kont naf nikteb sewwa. Niftakar kont nibda nħarbex fuq il-karti u ġo moħħi kien ikolli bħal stejjer imma forma ta’ pittura. Għalija kont inqishom bħala stejjer. Imbagħad, meta kont fl-iskola, kemm Primarja u Sekondarja ġejt introdotta għall-poeżija u mbagħad anke għar-rumanzi. Għandi memorja ħelwa ta’ meta kont nattendi l-iskola sekondarja. Fil-brejk kienu jinġabru miegħi sħabi tal-klassi u kont naqralhom xi storja li nkun ktibt. Aktar tard, kien hemm xi għalliema li wkoll kienu rrimarkawli dwar il-kitba tiegħi u minn hemm għamilt aktar kuraġġ u komplejt nikteb. Bħala ġeneru nħobb dak kollu li hu relatat mal-kitba; poeżija, novelli u artikli għaliex il-kitba hija l-lingwa tal-qalb u r-ruħ. Inħobb nikteb kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, iżda bil-lingwa Ingliża nsibni aħjar biex nikteb u nesprimi ruħi. Fejn jidħol qari, inħobb naqra kemm bl-Ingliż, bil-Malti u ġieli ppruvajt naqra bil-lingwa Spanjola. Permezz tal-kitba kont ipparteċipajt barra minn xtutna. Eżempju fis-sena 2008 kont ħadt



sehem fil-London Book Fair bil-ktieb Torn Velvet u hemmhekk kont attendejt workshops u ltqajt ma’ esponenti oħra fil-qasam tal-Pubblikazzjoni. Fis-sena 2019 attendejt ġewwa FACT Liverpool l-Ingilterra fejn qrajt żewġ poeżiji u wara ħadt sehem f’diskussjoni. Dan kien International Showcase on Experiencing Intersectionality, Other Perspectives, Other Lives.
Din kienet esperjenza sabiħa għax kien hemm miġbura artisti, kittieba, atturi u riċerkaturi dwar it-tema tal-ġeneru. L-esperjenzi barra minn xtutna jgħinu biex il-kreatur joħroġ mill-ambjent normali u jitħallat ma’ kreaturi oħra. Iżda, l-aktar li ħadt gost kien f’Thessaloniki, fil-Greċja fis-sena 2006 fejn attendejt għal Festival ta’ Arti u Letteratura. Hemmhekk, mhux biss iltqajt ma’ kittieba oħra imma kelli l-opportunità li naqra silta min-novella tiegħi, Stupru. Ħassejtni kburija meta qaluli kemm il-lingwa Maltija hija verament lingwa sabiħa. Matul il-pandemija pparteċipajt on line f’ħafna konferenzi, ġewwa l-Indja u s-Serbja. Ukoll, għandi żewġ poeżiji li ġew tradotti għal-lingwa Serba u ppublikati f’rivista poetika. Bħala kotba ppublikajt dawn: Id-Dell Tal-Eżmeraldi, Ir-Raġel l-Iswed, Stupru u Tfal Misruqa. Bil-Lingwa Ingliża: Torn Velvet, Shattered Wings u Dawn in Seville. Barra minn hekk għandi diversi poeżiji li ġew ippublikati f’diversi Antoloġiji Internazzjonali, kif ukoll nikkontribwixxi regulari f’The Poet u Literature Review. Fil-mument qed naħdem fuq novella ġdida bil-lingwa Ingliża li hi dwar persuna li tbati minn Multiple Personalities u wara aċċident tat-traffiku, tirċievi organu u minn hemm jibda misteru. Għalkemm attendejt għal diversi korsijiet ta’

Script Writing, għadha qatt ma ġietni l-opportunità. Kif bdejt u fejn wasalt illum fil-qasam tal-Arti? Il-ġisem uman u l-kumplessita tiegħu minn dejjem kien jinteressani għaliex fih ċertu seħer. Dan il-faxxinu tan-nudo kien mill-bidu nett imfittex mill-artisti għaliex huwa l-aktar suġġett li jħossuhom viċin tiegħu. Ngħid li mill-ewwel donni nġbidt lejn dan il-ġeneru. Kont naf li mhux faċli tpinġi l-ġisem uman imma kont determinata li xi darba nasal. In-nudo huwa interessanti imma avolja il-ġisem uman nafuh, hu kemmxejn kumplikat. Dan is-suġġett ħafna drabi jirrikjedi paċenzja u dixxiplina. Il-ġisem tal-bniedem hu senswali fih innifsu u hemm biss linja għal element erotiku imma dan dejjem kif tħares lejn is-suġġett. Ħafna drabi, il-mudelli jkunu mil-live, minn sketches u huwa importanti għax dak il-ħin taqbad ir-realtà ta’ dak il-mument, kif ukoll l-emozzjonijiet. Ikun hemm drabi oħra fejn l-artist ikollu juża referenzi u anke l-istess immaġinazzjoni. Qabel tibda kompożizzjoni dejjem ikun hemm ħsieb jew kunċett, imbagħad l-artist jibda jibni fuq l-immaġinazzjoni u l-emozzjoni tiegħu / tagħha rispettivament.
Għalfejn tpinġi l-mara? Inħobb inpinġi l-mara għax hi l-aktar persuna li naf għax jien mara, imma ma jfissirx li ma nħobbx inpinġi s-sess maskil. Biss inħossni aktar nesprimi ruħi lejn il-mara bħala rispett u omaġġ għax ngħid li llum jiena qed ngħix il-ħolma ta’ ħafna nisa oħra li għexu f’perjodi differenti fejn dawn ma setgħux jesprimu l-ħsibijiet tagħhom għax kienu jiġu persegwitati u xi drabi anke maqtula. Inħobb ukoll, nesperimenta bil-kulur u anke drappijiet mħallta. Bħala esebizzjonijiet kelli tnejn solo fis-sena 2001 ġewwa Bay Street, San Ġiljan, u fil-binja tal-General Workers Union fil-Belt. Imbagħad fl-2002 ġewwa l-Kamra tal-Kummerċ u fl-International Biennale fl-2003 kemm Malta u anke barra. Niftakar kif fl-2004 konna morna ġewwa Palma de Montecchiaro fejn Dame Francoise Tempra kienet inawgurat wirja ġewwa l-Palazz Ducale, fejn ħafna snin qabel kien inħadem il-film Gattopardo. Wara bqajt nieħu sehem

għal diversi snin oħra (bejn l-2004 u l-2009) fil-Biennale ġewwa Franza u l-Italja, ukoll mal-Art Club 2000 u mas-Soċjetà tal-Arti. Erġajt irritornajt Sqallija fis-sena 2018 fejn ħadt sehem fil-Collettiva d’Arte Internazzionale f’Mezzujoso. Hemm kont ingħatajt l-unur, l’Artista del Anno. F’Ottubru 2019 ħadt sehem f’Erotic Exhibition f’Londra waqt li f’Novembru 2019 kont tellajt wirja solo f’Jasmine Nursing Home, l-Imsida. Fis-sena 2021 ħadt sehem f’esebizzjoni kollettiva f’Barcelona.


Irrid ngħid li f’ħajti, il-Covid-19 ma kienetx esperjenza negattiva għal kollox għax b’hekk bdew isiru esebizzjonijiet on-line u l-arti tiegħi bdiet bil-mod isib postha wkoll. Kien hemm anke okkażjonijiet fejn inxtrat l-arti tiegħi, kemm min barranin u min Maltin. Ngħid li n-nudo nxtara u anke dawk juri tempji u fjuri. Bħala forom ta’ arti oħra inħobb ħafna wkoll l-iskultura u l-fashion design imma nistqarr li ftit għandi ċans għal dawn. B’mod ġenerali jkolli ngħid li huwa iebes lokalment li tgħix minn fuq l-arti u l-letteratura. Hemm min irnexxielu imma huma ftit dawk l-artisti li waslu għal dan. Konklussivament irrid ngħid li jiena nħossni nista’ nesprimi ruħi kemm fil-kitba u kemm fl-arti, għaliex l-arti hija lingwa tar-ruħ fejn għal mument nidħlu ftit mal-kreatur tagħna. Din il-poeżija li qed nippubblika hawn tinsab ħafna għal qalbi u tittratta l-vjolenza domestika.

Violent Wind
I do not miss you when you come on a cold January night, and you hit me hard with your cold hands.
I do not miss you, but my heart remains with you. With no escape.
But I do miss you in Spring when it is warm and nice.
You miss me too and you come and sing like the moon.
You love me again. I believe in you and your dream.
I fall in the river again and again. Deep and deep. I drown in violent waves caused by you.
One day in Summer, I fly away from you. Before you kill me. And I am a strong woman again.