3 minute read

Logħba ġdida Ġemma-li

Next Article
Hospice Malta

Hospice Malta

Neil Vella rebbieħ taI-kompetizzjoni ĠEMMA b’logħba oriġinali li ħoloq hu stess bl-isem Ġemma-Li

P e t r a E l l u l M e r c e r m i l l-k a m p a n j a n a z z j o n a l i Ġ E M M A

Ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ student ta’ 8 snin li jattendi St Catherine’s High School, fil-lokalità ta’ Pembroke. Neil Vella jgħix flimkien mal-familja tiegħu, ommu Jessica, missieru Marc u żewġ ħutu subien.

Reċentament Neil rebaħ il-kompetizzjoni organizzata mill-Kampanja Nazzjonali Ġemma fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal maħsuba biex tattira interess minn studenti biex joħolqu logħob huma stess b’orjentazzjoni lejn infieq kawt u tfaddil tal-flus. Money Monsters, il-logħba, illum hi sinonima ma’ kompetizzjonijiet annwali organizzati minn Ġemma. Waqt il-lezzjonijiet tal-informatika l-Għalliema tagħna Ms Melissa kienet tkellimna u tispjegalna dwar il-logħba tal-Money Monsters. Filfatt kienet hi li ħeġġitna biex nieħdu sehem u nipparteċipaw fil-kompetizzjoni ta’ ĠEMMA. Il-logħba għoġbitni u ddeċidejt li noħloq logħba oħra jien stess. Jien tifel kreattiv ħafna u għalhekk ħsibt biex

noħloq logħba li tgħallem lill-istudenti dwar kif jagħmlu deċiżjonijiet tajbin u biex bħali, l-eżerċizzju fiżiku jkun jagħmel parti importanti minn ħajjithom ukoll. Fi żmien tal-kompetizzjoni ta’ ĠEMMA, jien u l-familja tiegħi inzertajna konna fi kwarantina mandatorja u konna nqattgħu ħafna ħin nilagħbu board games. Dan kien sens ieħor ta’ ispirazzjoni li ħsibt biex fil-ħafna ħin li kelli, tkun idea tajba kieku noħloq board game jiena wkoll. Naf li l-logħba li ħloqt int jisimha Ġemma-Li. F’hiex tikkonsisti din il-logħba? Ġemma-Li hi bbażata fuq il-ħajja ta´ kuljum u l-avvenimenti li niltaqgħu magħhom matul il-ġimgħa. Fil-bidu tal-logħba kull parteċipant

jagħżel jum jew jiem li fihom ser jagħmel l-eżerċizzju. Meta jasal fuq dawn il-ġranet, il-parteċipant jiġi mitlub jagħmel xi forma ta’ eżerċizzju b´użu ta’ affarijiet li nsibu fid-dar stess. Jekk l-eżerċizzju jsir, il-parteċipant jingħata ftit flus biex ifaddal fil-karus. Kull darba li jilgħab, jitfa´ żewġ dammi u jiġbor leħħiet skont in-numru ta´ fuqhom. Fuq il-board hemm tliet mazzi ta´ karti. Wieħed huwa l-mazz pożittiv fejn il-parteċipant jingħata l-flus; it-tieni mazz huwa tal-eżerċizzju u l-aħħar mazz hu dwar l-infiq fejn il-parteċipant jitnaqqsulu l-flus. Fl-aħħar tal-logħba min jagħmel l-aħjar deċiżjonijiet u jfaddal l-aktar flus, dik jew dak ikun ir-rebbieħ. Kif irnexxielek iddaħħal l-element tat-tfaddil tal-flus mal-eżerċizzju fiżiku? Il-ħsieb wara l-logħba Ġemma-Li hu biex minn ikun qed jilgħab jagħraf jagħmel għażliet tajbin. Fil-ħajja tagħna ta´ kuljum, bla ma rridu niġu wiċċ imb wiċċ ma’ diversi deċiżjonijiet li nkunu ninħtieġu nagħmlu li, jew jinvolvu l-infiq inkella t-tfaddil tal-flus.

Però hemm deċiżjonijiet ukoll li rridu nagħmlu dwar għażliet tajbin jew li jkunu ta´ detriment għas-saħħa tagħna. B’hekk, min se jilgħab din il-logħba se jsir aktar konxju dwar kif jonfoq il-flus u jkun aktar bil-għaqal billi jibda jġemma’, waqt li fl-istess ħin, isir aktar konxju wkoll dwar l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku fil-ħajja tagħna. Neil, x’kienet ir-reazzjoni tiegħek u ta’ sħabek meta sirt taf li rbaħt? Xħin sirt naf li rbaħt il-kompetizzjoni lanqas ridt nemmen. Ms Melissa wriet il-filmat tiegħi lill-klassi kollha li kienu ferħanin għalija u ma setgħux jemmnu dak li kienu qed jisimgħu u jaraw. X’inhi l-ħolma tiegħek dwar li trid issir la tikber? Ix-xewqa tiegħi dwar x’se nagħmel la nikber bħalissa hi għażla bejn tlieta. Li nsir plejer tal-futbol, inkella għalliem tal-Matematika, jew xjentist.

Profil ċkejken dwar Neil Vella Neil huwa tifel allegru u spontanju ħafna. Għandu passjoni kbira għal kull tip ta’ sport u jipprattika l-futbol u l-atletika. Biex iżomm ruħu attiv, hu jagħmel ħafna eżerċizzju u joqgħod attent ħafna kemm u x´tip ta´ ikel jiekol kuljum. Bħala karattru hu tifel kreattiv ħafna u kapaċi joħloq logħob ġdid u jimplimentah bl-affarijiet li jsib id-dar. Jagħmel kollox b´ħafna entusjażmu u ferħ.

Bħal li kieku iżda dan mhux biżżejjed, Neil iħobb jiżra’ u jkabbar il-pjanti, iħobb ħafna l-annimali, u jħobb isajjar u jipprepara ikliet żgħar lin-nies ta´ madwaru bħala turija ta’ apprezzament b’imħabba lejn il-familja u dawk ta’ madwaru. Mhux l-ewwel darba li pprepara xi wraps appetitużi għal meta jmorru jżuruh in-nanniet. Fi ftit kliem Neil hu tassew tifel li b’dak kollu li jagħmel għandu jservi bħala sens ta’ ispirazzjoni għal tant tfal oħra, u għaliex le, għalina l-kbar ukoll... Tista’ ssegwi rapport sħiħ billi tagħfas fuq dan il-link –

https://gemma.gov.mt/awards-presentation -for-the-three-winners-for-the-gemmamoney-monsters-challenge/

This article is from: