Tfal Missjunarji DIĊEMBRU 2025 ‑ JANNAR 2026

Page 1


EDITORJAL

Għeżież Tfal,

Kif intom? Nittama li tinsabu tajbin u li kellkom bidu tajjeb ta’ sena skolastika! Issa li għaddew aktar minn xahrejn, irrankajtu sew, u żgur u mhux forsi li qed tistennew bil‑ħerqa l‑vaganzi tal‑Milied!

L‑akbar u l‑aqwa rigal huwa l‑imħabba li naqsmu ma’ xulxin, li hija possibbli permezz ta’ Ġesù.

Nawguralkom il‑Milied it‑Tajjeb u Sena Ġdida mimlija risq u barka!

Inħeġġukom biex issibu ċans taqraw l‑artikli interessanti li nħejjulkom f’din ir‑rivista, u nieħdu gost jekk tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz postali jew elettroniku, u nħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.

Qabel inħallikom nixtieq bħal dejjem, infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Ninsabu qrib il‑Milied, għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Dan ikun l‑isbaħ rigal tal‑Milied li qatt jistgħu jaqilgħu!

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: San Franġisk ta’ Assisi kellu devozzjoni speċjali lejn Ġesù Tarbija, u huwa magħruf għall‑ħolqien tal‑ewwel presepju lejlet il‑Milied tas‑sena 1223.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Pubblikazzjoni: Missio Malta

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Għeżież Tfal,

TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri

Ix‑xahar tal‑missjunarji huwa żmien speċjali ħafna meta naħsbu dwar Ġesù u n‑nies kollha madwar id‑dinja li għandhom bżonn l‑imħabba u l‑għajnuna tagħna. Wieħed mill‑aqwa modi biex nuru din l‑imħabba huwa billi nagħtu lil ħaddieħor.

Meta nagħtu, ma naqsmux biss flus mill‑karus, imma naqsmu l‑imħabba ta’ Ġesù! Immaġina li Ġesù huwa bħal

dawl qawwi f’qalbek. Meta tagħti, tħalli dak id‑dawl jiddi u tgħid lil kulħadd li Ġesù jħobbhom ħafna.

Kulleġġ San Benedettu Primarja Birżebbuġa

Tafu xiex tfal? Intom qatt ma żżommu din l‑imħabba kollha għalikom infuskom. Meta tħossu l‑imħabba

Our Lady Immaculate School

ġewwa fikom tkunu tridu taqsmuha mal‑ħbieb, mal‑familja u anke ma’ nies li qatt ma ltqajtu magħhom! Billi t‑tfal jagħtu matul dan ix‑xahar, huma jsiru missjunarji żgħar u jxerrdu l‑imħabba ta’ Ġesù kullimkien.

Bħalissa qed inżuru l‑iskejjel waqt ‘special assemblies’ fejn nitkellmu dwar kemm huwa sabiħ li tagħti. Qed niġbru diversi donazzjonijiet

mill‑iskejjel u kull rigal żgħir jgħin lill‑missjunarji jagħmlu xogħolhom fost nies li għandhom bżonn jisimgħu dwar Ġesù.

Nixtiequ ngħidu grazzi kbira lit‑tfal, lill‑għalliema u lill‑familji kollha li jagħtu! It‑tjubija tagħkom tgħin aktar tfal u familji sħaħ jitgħallmu dwar Ġesù u jħossu l‑imħabba tiegħu.

Ftakru li meta tagħtu ssiru bnedmin aħjar, u dawk il‑flus jgħinuna naqsmu l‑imħabba ta’ Ġesù mad‑dinja kollha.

Għalhekk grazzi, grazzi ħafna, ħafna!

St Joseph School, Paola
St Dorothy School

NANA: TIFLA MINN GAŻA

ċ‑ċkejkna Nana ġriet lejja, Baba, bħalma tagħmel dejjem għaliex miegħi kienet tħossha sigura. Imma d‑damdim fuq rasna ġej mis‑sema kien bħal ħolma kerha. L‑istess sema familjari mimlija b’memorji sbieħ tal‑imgħoddi. F’daqqa waħda s‑sema xegħlet b’dawl kbir u aħna lkoll spiċċajna mal‑art b’idejna ma’ widnejna biex ma nisimgħux, mgħannqin ma’ xulxin b’nifisna maqtugħ. U Nana ma waqfitx tgħidli: “Inħobbok, Baba.”

Issa d‑dlam inbidel f’infern, bir‑riħa qawwija ta’ porvli. Fid‑dlam, waqt li kont qed inross miegħi lit‑tifla żgħira tiegħi, b’ħarira kuraġġ bdiet tlissinli: “Baba, m’iniex nibża’”.

Waqt li qed nipprova ngħannaqha miegħi bdejt inħoss is‑sħana tal‑ġisem żgħir tagħha, daqslikieku sirna ġisem wieħed. Ma stajt nagħmel xejn aktar minn hekk.

Wara mewġa terribbli ta’ bombardamenti, Nana qabdet

tpinġi: dar u ġnien, xemx ħelwa u sħuna, sema ċara u sieket. Ma pinġietx għasafar fis‑sema, riedet sema vojta, imma poġġiet xi ftit sħab. Naħseb li wkoll mill‑għasafar issa bdiet tibża’.

U bdiet tgħidli l‑pjanijiet tagħha: “Jekk nibqgħu ħajjin, nibqgħu dejjem flimkien u mmorru għand iz‑zija u għand in‑nannu.”

Imma Nana ma tafx li d‑dar taz‑zija sparixxiet, l‑istess kif spiċċat id‑dar tan‑nannu bil‑memorji ta’ familja sabiħa, il‑mumenti meta konna niltaqgħu, speċjalment fil‑festini; ferħ u biki flimkien, imma issa kollox spiċċa ħerba.

Ippruvajt inkun ta’ kuraġġ għall‑familja tiegħi, imma jien stess spiċċajt nibki għal darba, darbtejn u aktar; bkejna flimkien u għal xulxin. Bkejna għall‑passat u għall‑preżent. Ma bkejniex għall‑futur, għaliex ma konniex nafu jekk kienx hemm post għalina fih.

MISSIOTFAL GĦAWDEX

Għeżież Tfal,

MILIED KULJUM

huwa meta Ġesù Kristu, li hu veru

Alla u veru bniedem, twieled fl‑għar ta’ Betlem; jiġifieri Alla sar wieħed bħalna l‑bnedmin. Dan għamlu biex jakkumpanjana f’ħajjitna ħalli ma nkunux waħedna. Huwa veru li Ġesù twieled darba biss bħala bniedem minn Marija bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu, iżda huwa għadu jitwieled ta’ kuljum fil‑ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, anke llum.

Jista’ jkun li forsi kif taqraw dan it‑titlu taħsbu li se nibdew niċċelebraw il‑Milied kuljum u għalhekk mhux se jkollna iktar skola, iżda vaganzi biss għax fil‑Milied ikollna l‑vaganzi! Jien naf li ħafna minnkom mhux jaħsbu hekk, imma qegħdin jistaqsu xi rrid ngħid b’‘Milied kuljum’. Biex nifhmu dawn il‑kelmiet jeħtieġ li nifhmu sewwa xi jfisser il‑Milied. Il‑Milied

Fuq kollox, jitwieled meta niċċelebraw is‑Sagramenti b’mod partikolari l‑Ewkaristija. Fl‑Ewkaristija Ġesù huwa ħaj u ta’ veru, mhux bħal bambin tal‑ġibs jew tal‑karta pesta. Meta tirċevuh, qalbkom issir dak l‑għar ta’ Betlem li laqa’ lil Ġesù jew aħjar issiru Ġenna ċkejkna. Huwa Milied meta naqraw il‑Kelma t’Alla u naħsbu fuqha; meta ngħinu lil xi ħadd għax dak li nagħmlu mal‑iżgħar fost ħutna nagħmluh ma’ Ġesù, u meta tnejn jew tlieta huma miġbura fit‑talb f’isem Ġesù hemm ikun qiegħed f’nofshom.

Jalla l‑Milied ma jkunx biss fil‑25 ta’ Diċembru, imma tiċċelebrawh ta’ kuljum.

Il‑Milied it‑Tajjeb!

FRA WALFRED

Addattata minn Claudia Cini.

Walfred Mohan twieled fis‑sena 1970, f’raħal fqajjar fil‑Pakistan, pajjiż li jinsab fin‑Nofsinhar tal‑Asja. Għex ħajtu kollha fil‑faqar u ħafna ljieli kellu jorqod b’żaqqu vojta. B’ħafna sagrifiċċji tgħallem l‑iskola u ħa l‑linja ta’ infermier.

Minn dejjem kelli x‑xewqa li meta nikber nagħmel xi ħaġa biex ngħin lil ħaddieħor sabiex jgħix ħajja aħjar milli kelli jien.

Minbarra li sar infermier, Walfred ħass il‑vokazzjoni li jingħaqad mal‑Ordni

Franġiskani Minuri. Fuq l‑eżempju tal‑fundatur tal‑ordni, San Franġisk t’Assisi, Fra Walfred qam fuq saqajh u beda jaħdem fost il‑batuti fil‑komunità fejn kien jgħix.

Xejn ma niddejjaq li bqajt ngħix fil‑faqar, basta naf li qed nagħti tama ġdida lil dawn ħuti li jinsabu fit‑tbatija.

Tabilħaqq li Fra Walfred huwa San Franġisk modern. Peress li huwa infermier, qed imexxi klinika li permezz tagħha jagħti kura primarja kif ukoll attenzjoni medika lil mijiet ta’ persuni li ta’ kuljum imorru jħabbtu l‑bibien tal‑klinika għall‑għajnuna.

Fra Walfred qed iwettaq

il‑missjoni medika tiegħu fost il‑Parkari, tribù fqir

fid‑Djoċesi ta’ Hyderabad fil‑Pakistan.

Ta’ kuljum, Fra Walfred iġib is‑saħħa u t‑tama lill‑ifqar fost il‑fqar, u b’mod partikolari lil dawk li jbatu mit‑tuberkulożi, li huma foqra ħafna u emarġinati mis‑soċjetà. Sfortunatament, huma ħafna t‑tobba li jirrifjutaw li jikkuraw din il‑marda minkejja li hemm terapiji effettivi.

Sal‑lum il‑ġurnata, fil‑Pakistan it‑tuberkulożi toqtol mas‑60,000 ruħ fis‑sena.

Fra Walfred iwettaq ukoll xogħol ma’ vittmi tad droga, ma’ persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom u ma’ kull tip ta’ problema soċjali oħra. Huwa jikkalkula li tul il‑professjoni tiegħu salva l‑ħajja ta’ ’l fuq minn 14,000 persuna permezz tal‑kura li jagħti.

Ta’ kuljum, Fra Walfred iżur pazjenti ġodda u oħrajn li diġà qed jirċievu l‑kura fi djarhom, filwaqt li jorganizza trasport minn żoni remoti lejn l‑isptarijiet.

Ta’ spiss nagħmlu l‑iżball li naħsbu li fil‑missjoni mmorru aħna biss ngħinu. Iżda hemm

ħafna nies bħal Fra Walfred Mohan, nies qaddisa u qalbiena mil‑lokal li jistinkaw ħafna biex jgħinu lil ħuthom. Kulma jkunu jeħtieġu jkun is‑sapport tagħna biex ikomplu.

Nixtieq inrodd ħajr lill‑Maltin li jgħinuna, għax l‑għajnuna tagħhom tagħmel id‑differenza kollha!

Kif qalilna Papa Franġisku, aħna mħeġġin biex inkunu missjunarji ta’ tama għall‑popli kollha. Bl‑għajnuna ċkejkna tiegħek, MissioTfal jista’ jkompli jsostni l‑ħidma ta’ ħafna missjunarji bħal Fra Walfred, ikomplu jgħinu lil ħuthom fil‑komunità madwar id‑dinja kollha.

Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!

Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!

Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li tkun faddalt.

Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:

€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a

€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal

€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata

€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv

€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

Tfal, kemm nieħu gost meta

nirċievi xi ittra sabiħa bħal din t’hawn taħt! X’inizjattiva sabiħa

ħadu dawn l ‑ istudenti bl ‑ għajnuna tal għalliem tagħhom! Inħeġġiġkom tagħmlu bħalhom!

October 19 th marked World Mission Sunday and Missio Malta organized various charity campaigns where donations were collected to support churches, hospitals, schools and vocation centres in countries where the Church is new, young or poor.

A group of students at St. Margaret College Secondary School Verdala Cospicua launched a charity campaign in aid of Missio Malta to reduce poverty in the world. A special morning assembly was organized to offer prayer intentions for the poor people of the world and to make students aware of their duty in helping and supporting the poor and the needy. Senior Religion teacher Martin Azzopardi who coordinated this activity

together with the school pastoral team, highlighted the fact that each day, nearly 22,000 children die due to extreme poverty. Azzopardi said: “World Mission Sunday is a special day that unites Catholics worldwide in prayer, solidarity and support for the Church’s mission efforts.” Also, during the

religion lessons, students discussed the theme of poverty in the world and watched documentaries about how to address and end child poverty in the world.

His Holiness Pope Leo XIV, in his video message, made this appeal: “I urge every Catholic parish in the world to

take part in World Mission Sunday. Your prayers, your support will help spread the Gospel, provide for pastoral and catechetical programmes, help to build new churches, and care for the health and educational needs of our brothers and sisters in mission territories.”

Towards the end of his message for this 99th World Mission Day, Pope Leo XIV invites us to reflect together on our baptismal call to be “missionaries of hope among all peoples,” as the theme chosen by Pope Francis for this year reminds us. Pope Leo XIV invites us all: “Let us commit ourselves anew to the sweet and joyful task of bringing Christ Jesus, our Hope, to the ends of the earth. Thank you for everything you will do to help me help missionaries throughout the world.”

Father Victor Agius, the director of Missio Malta said: “The excitement of life is in paying attention to the signs around us. The mission is not exclusive to take place in other continents, but also in our country and in the environments we frequent every day.”

All students promise their daily prayers and annual contribution in aid of the Missio Malta charity campaign.

KATINA TAL‑MILIED

F’Forma Ta’ Santa Klaws, Borrinu u Ċerva

X’għandek bżonn:

• Karti A4 ħomor

• Karti A4 bojod

• Karti A4 kannella ċar

• Biċċa karta minn lewn il‑krema

• Biċċa karta sewda

• Biċċa karta oranġjo

• 6 ‘googly eyes’

• 4 buttuni kbar ikkuluriti

• Pompom żgħira ħamra

• Ftit tajjar

• Xi zkuk żgħar

• Stapler

• Imqass bla ponta

• Kolla tal‑istoċċ

• 3 biċċiet spag

Metodu:

1) Mill‑karti ħomor, bojod u kannella ċar, aqta’ strixxi wiesgħa 5 ċm u twal 15‑il ċm kull waħda.

2) Għaqqadhom f’forma ta’ ċirku bl‑istapler, filwaqt li ddaħħal waħda f’oħra kontra xulxin bħal fl‑istampa.

3) Għal Santa Klaws trid 8 karti ħomor u waħda minn lewn il‑krema għall‑wiċċ, għal Borrinu trid 9 karti bojod u għaċ‑ċerva trid 9 karti kannella ċar.

4) Lil Santa Klaws trid tagħmillu l‑barnuża ħamra, id‑daqna bit‑tajjar, imnieħru u l‑ħaddejn u żewġ ‘googly eyes’.

5) Lil Borrinu trid tagħmillu l‑kappell iswed, imnieħer trijangolu oranġjo u żewġ ‘googly eyes’. Waħħal il‑buttuni fuq quddiem.

6) Liċ‑Ċerva trid twaħħlilha żewġt izkuk bħala qrun, żewġ ‘googly eyes’ u pompom.

7) Fl‑aħħar waħħal biċċa spaga fuq wara ta’ kull katina.

Dawn jagħmlu dekorazzjoni sabiħa ħafna mal‑bieb tal‑kamra tas‑sodda tagħkom jew mas‑Siġra tal‑Milied.

Nieħdu gost jekk tibagħtulna fuq nancy@missio.org.mt ritratti ta’ dawn il‑ktajjen tal‑Milied biċ‑ċans li tirbħu rigal sabiħ.

Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

PIROSHKI BIĊ‑ĊIRASA

(RAVJUL ĦELU)

X’għandek bżonn:

• Ftit ċirasa mingħajr għadma mroxxin biz‑zokkor

• Nofs kikkra ħalib

• Mgħarfa u nofs ħmira

• 2 mgħaref zokkor

• Kuċċarina melħ fin

• Bajda

• Żewġ kikkri dqiq

• Ftit ‘icing sugar’

Metodu:

1. Ġo skutella kbira ħawwad sew flimkien il‑ħalib, il‑ħmira, iz‑zokkor, il‑melħ, il‑bajda u d‑dqiq.

2. Ħalli t‑taħlita togħla għal madwar sagħtejn.

3. Iftaħ l‑għaġina u aqta’ f’forom tondi kemxejn kbar.

4. Erġa’ iftaħ kemm kemm id‑dwawar tondi u poġġi ftit ċirasa fuq il‑ġenb ta’ kull waħda.

5. Itwi d‑dwawar tal‑għaġina min‑nofs biex tifforma speċi ta’ ravjul kbir u agħlaq it‑truf sew.

6. Poġġi r‑ravjuliet bil‑qasma ’l fuq f’dixx tal‑forn u aħmi f’forn moderat sa ma jiħmaru.

7. Ferrex ftit ‘icing sugar’ fuq kull ravjula u servi. приятного

(l‑ikla t‑tajba)

Kont taf li: il‑Federazzjoni Russa li tmiss mal‑Kontinenti tal‑Asja u tal‑Ewropa, hija l‑ikbar pajjiż fid‑dinja li tikkonsisti f’1/8 tal‑art abitata fid‑dinja? B’kollox fir‑Russja, li tmiss ma’ ħames ibħra differenti, hemm ħdax‑il żona ta’ ħinijiet differenti. Il‑popolazzjoni hija ta’ kważi 147 miljun ruħ u l‑akbar belt hija dik kapitali, Moska. Iħaddnu r‑reliġjon Ortodossa Kristjana. Il‑logħba Tetris ġiet ivvintata fir‑Russja fl‑1984 minn Alexey Pazhitnov. Il‑belt ta’ Oymyakon hija l‑aktar belt kiesħa abitata fid‑dinja, filwaqt li t‑Trans‑Siberian huma l‑itwal linji tal‑ferrovija li sabiex tivvjaġġahom kollha tieħu ġimgħa. Fir‑Russja ssib l‑ogħla fortizza fid‑dinja b’għoxrin torri li kollha għandhom l‑isem personali tagħhom. U kont taf li xi Russi jilagħbu l‑golf bil‑ħelikopters?

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.

DIĊEMBRU 2025 – JANNAR 2026

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

17:14

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. GĦAQQAD IN‑NUMRI

Instructions: Connect the dots by Capital le on the dots to make this Christmas picture

Bil‑lapes għaqqad l‑ittri tal‑alfabett Ingliż wara xulxin biex tifforma stampa. Wara tista’ wkoll tagħti l‑kulur lill‑istampa.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

Tista’ wkoll tibgħat ritratt jew scan tal‑kompetizzjonijiet permezz ta’ imejl fuq: info@missio.org.mt

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑vaganzi tal‑Milied. Attendejtu xi funzjoni reliġjuża? Ħmejtu ħelu tal‑Milied? X’rigali qlajtu? Għamiltu xi ħaġa ġdida? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li titla’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

DIĊEMBRU 2025 – JANNAR 2026

ISEM U KUNJOM: ETÀ:

INDIRIZZ: KODIĊI POSTALI:

SKOLA:

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ġunju ‑ Lulju ‑ Awwissu ‑ Settembru 2025: Ħarġa Nru 108.

1. PINĠI SKONT

IN‑NUMRI

Mireille Sciberras

2. KITBA U TPINĠIJA

Marija Elena Spiteri

Liam Attard

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Mireille Sciberras mix‑Xagħra, Liam Attard minn Kerċem u Marija Elena Spiteri minn Ħal Luqa.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.