Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Għeżież Tfal,
Kif itir iż‑żmien hux? Għaddew xahrejn u rġajna ltqajna. Nittama li tinsabu tajbin. Il‑vaganzi tal‑Milied għaddew u dħalna sew fis‑sena l‑ġdida. Dalwaqt jaslu l‑vaganzi tal‑Karnival, imbagħad jibda r‑Randan, jiġi l‑Għid u jerġa’ jkollna l‑vaganzi! Għidulna kif se tkunu qed tgħaddu dawn il‑vaganzi; nieħdu gost nisimgħu mingħandkom (ara paġna 15).
Din il‑ħarġa hija ddedikata għall‑Kontinent tal‑Asja. B’hekk l‑artikli u l‑istejjer huma marbuta ma’ dan il‑kontinent. Ninsab ċerta li se tieħdu gost taqraw l‑artikli interessanti, u nħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom. U min jaf forsi titħajru tagħmlu bħalma qed jissuġġerielkom tagħmlu Rafiki!
Kif ngħidilkom ta’ kull darba, huwa importanti li ma ninsew qatt lit‑tfal anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni, billi nagħtuhom donazzjoni ċkejkna sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.
tal‑Milied sbieħ fejn striħajtu xi ftit. F’Novembru li għadda ppreżentajna fl‑iskejjel affarijiet ġodda li ntgħoġbu ħafna kemm mill‑kapijiet tal‑iskola kif ukoll mill‑għalliema, u fuq kollox minnkom it‑tfal! Qed nirreferi għall‑Jiem Dinjija tad‑Diversità (World Diversity Days), li wħud mill‑iskejjel għamluhom mifruxin fuq ġurnata jew jumejn, fejn l‑istudenti kollha kellhom iċ‑ċans jagħmlu l‑attivitajiet li ppreparajnielhom. Nixtieq nirringrazzja lill‑voluntiera u lis‑sorijiet li ngħaqdu magħna u għenuna biex seta’ jkollna nies biżżejjed f’kull stazzjon.
L‑istazzjonijiet kienu jikkonsistu f’tagħrif dwar uħud mill‑kostumi tradizzjonali u użanzi minn madwar id‑dinja. Kellna xi kostumi li t‑tfal setgħu jippruvaw u l‑għalliema jeħdulhom ritratt. Kien hemm ukoll bord fejn it‑tfal daħħlu rashom f’toqba maqtugħa u ħadu ritratt. Fi stazzjonijiet oħra tajna informazzjoni
dwar kulturi differenti u opportunità biex it‑tfal jagħmlu xi krafts minn madwar id‑dinja. Kien hemm ukoll vox‑pop tat‑tfal fejn aħna staqsejniehom x’jaħsbu li għandha bżonn id‑dinja u kif jista’ jkollna dinja aħjar. Kellna rokna ta’ kreattività fl‑arti fejn it‑tfal kienu mħeġġa jpinġu x’inhi l‑ħbiberija vera, kif ukoll talb u messaġġi sbieħ għad‑dinja. Fl‑aħħar kien hemm preżentazzjoni ta’ xi tradizzjonijiet mit‑tfal minn pajjiżi differenti u esperjenzi mill‑missjunarji stess li wieġbu l‑mistoqsijiet tat‑tfal.
L‑iskejjel li morna fihom kienu: Kulleġġ San Nikola Skola Primarja Mġarr, Kulleġġ San Injazju Skola Primarja Ħal Luqa u Kulleġġ Santa Tereża Skola Primarja Santa Venera. Aħna nirringrazzjaw lill‑kapijiet, lill‑għalliema u lill‑istaff li aċċettawna fl‑iskejjel tagħhom u għenuna ħafna sabiex ikollna esperjenza mill‑isbaħ, kif tistgħu taraw f’dawn ir‑ritratti li ħadna waqt il‑mumenti sbieħ li lkoll għaddejna flimkien.
Narakom tfal.
MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR
Dun Victor Agius
ANĠLU BL‑ISEM TA’ NONOY
ftit man‑nies biex jinħoloq sens ta’ ħbiberija u familja, u anki waqt il‑quddiesa kont inżomm kuntatt man‑nies. Jiena u nagħmel hekk, għajnejja bdew dejjem jieqfu fuq tifel ta’ madwar sentejn f’dirgħajn ommu, li beda jħares lejja u b’mistħija jagħtini nofs tbissima. Kellu wiċċ ta’ anġlu u ma stajtx ma nħarisx lejh.
Il‑Milied fil‑Filippini jibda kmieni ħafna. Mill‑bidu ta’ Settembru tibda tara sinjali tal‑Milied; innijiet u dekorazzjonijiet tal‑Milied tipiċi tal‑post. Kont naħdem f’parroċċa kbira f’Manila li fil‑maġġoranza kienu foqra ħafna. Waħda miż‑żoni kienet kollha nies li jgħixu fuq l‑art illegalment, li xtaqu li niċċelebrawlhom quddiesa filgħaxija bħala preparazzjoni għall‑Milied. Jiena mort inqaddes din il‑quddiesa, anki jekk kienet għadha kif għamlet ħafna xita u l‑art kienet kollha tajn u ċaflis. Il‑quddiesa kienet fil‑miftuħ peress li ma kienx hemm kappella f’dik iż‑żona. Inħobb li qabel nibda l‑quddiesa nitkellem
Spiċċajt il‑quddiesa u bħas‑soltu n‑nies ġew biex jagħmlu l‑‘mano po’, sinjal ta’ rispett li minflok ibusulek idejk, ipoġġu jdejk ma’ moħħhom. Hekk jagħmlu t‑tfal kollha u ħafna mill‑adulti lill‑qassis wara l‑quddiesa. Ġiet ukoll dik il‑mara li kellha dak it‑tifel li kont iggustajt u staqsejtha x’jismu. “Nonoy,” qaltli, u hekk kif qbadt id it‑tifel dan dawwar wiċċu u b’xokk kbir rajt li n‑naħa l‑oħra ta’ wiċċu kienet immarkata b’tumur kbir li għalaqlu għajnu kompletament. Nonoy kellu kanċer terminali u ma tantx kien baqagħlu ħajja x’jgħix. It‑tabib kien issuġġerixxa mediċina, imma l‑paga kollha ta’ missieru ma kinitx biżżejjed biex tixtriha. Jiena għedt lil ommu li kellna ħafna parruċċani twajba u żgur li konna ser ngħinuha. Fil‑fatt, kull ġimgħa konna niġbru flus biżżejjed biex nixtru din il‑mediċina għal Nonoy; sakemm miet wara sena. Il‑mewt ġo familja
ġġib magħha mhux biss it‑tbatija tal‑firda imma wkoll il‑miżerja għall‑familja biex issib il‑flus ħalli tħallas il‑funeral. Il‑parroċċa baqgħet qrib tal‑familja ta’ Nonoy, u għenet biex jixtru ftit injam ħalli huma stess jagħmlu t‑tebut għat‑tifel. Meta wasal il‑jum tad‑difna ħadnieh bil‑karozza tiegħi stess u ma’ missieru ppruvajna nsibu spazju vojt fejn stajna nniżżlu t‑tebut fiċ‑ċimiterju tal‑foqra. Niftakar il‑qsim ta’ qalb li ħassejt f’dan il‑funeral. Kienet l‑istampa ta’ kuljum ta’ ħafna nies
foqra u l‑familji tagħhom li jgħaddu minn dawn il‑mumenti hekk ibsin.
Għadda l‑funeral u Henry, missier it‑tifel, ommu u oħtu bdew jiġu regolarment il‑knisja. Ftit taż‑żmien wara, Henry sab xogħol ġdid bħala xufier tal‑‘jeepneys’, it‑trasport pubbliku l‑aktar komuni għan‑nies, u li kien jirrendi aktar. It‑tifla kibret u baqgħet bilgħaqal, spiċċat l‑iskola sal‑livell tal‑kulleġġ, sabet xogħol tajjeb, u bdiet ukoll taħdem bħala katekista fil‑parroċċa, u fil‑ħin liberu bħala segretarja tal‑kappillan.
Dun Renato Borg
Kunu Tfal Missjunarji
Kien Papa Piju XII li fl‑4 ta’ Diċembru tal‑1950 waqqaf din l‑Opra tas‑Santa Infanzja. Huwa kien iddikjara biex din l‑inizjattiva tiġi ċċelebrata fil‑Jum tal‑Epifanija, iżda fl‑istess ħin ħalla fil‑libertà ta’ kull pajjiż li jaddatta d‑data skont il‑ħtiġijiet lokali.
Għeżież Tfal,
Fl‑Epifanija jiġi ċċelebrat Jum it‑Tfal
Missjunarji li huwa organizzat mill‑Opra
Pontifiċja tas‑Santa Infanzja. Din il‑ħidma hija preżenti f’130 pajjiż u l‑iskop tagħha huwa li tgħin liż‑żgħar
ikunu protagonisti billi jgħinu lil tfal
oħra fil‑bżonn. Kien għalhekk li Papa Franġisku, fis‑6 ta’ Jannar 2024, wara l‑Anġelus ħa l‑okkażjoni biex isellem lit‑tfal missjunarji: “…tad‑dinja kollha li timpenjaw irwieħkom bit‑talb u tgħinu
b’mod konkret biex jitħabbar il‑Vanġelu, imma b’mod partikolari tgħinu lil tfal oħra li huma fl‑artijiet tal‑missjoni.”
Naħseb li intom tafu tajjeb, għax tisimgħu jew taraw xi aħbarijiet, x’inhu jiġri madwarna. Huma ħafna t‑tfal li jmutu mad‑dinja kollha minħabba diversi raġunijiet. Jekk tridu tkunu veru tfal missjunarji, veri dixxipli ta’ Ġesù, tridu titolbu u tippruvaw tagħmlu li tistgħu biex it‑tfal kollha jkunu jistgħu jgħixu b’dinjità. Għalhekk, ibdew minn din is‑sena (għal dawk li forsi għadhom m’għamlux dan), itolbu ta’ kuljum għat‑tfal bħalkom. Kunu xandara u xerrdu l‑messaġġ tal‑Vanġelu bl‑eżempju u bil‑kelma tagħkom, u bl‑għajnuna li tiġbru ftit flus biex tgħadduhom lit‑tfal tal‑missjoni. Li tkunu ‘tfal missjunarji’ huwa l‑isbaħ rigal li tistgħu tagħtu lilkom infuskom, lil Ġesù u lill‑Knisja. Kunu mberkin.
IĊ‑ĊKEJKNA SAVARI
Savari hija tifla ta’ 13‑il sena mill‑Kambodja u għandha l‑kundizzjoni tad‑‘Down Syndrome’. Ir‑raħħala għad għandhom mentalità antikwata u jemmnu li hija tifla misħuta. B’hekk kemm Savari kif ukoll il‑familja tagħha jgħixu ħajja diffiċli ħafna.
Il‑ġenituri ta’ Savari għamlu xi ħaġa ħażina f’ħajja oħra u b’hekk twelditilhom tifla hekk!
Missier Savari ftit li xejn ikun id‑dar minħabba x‑xogħol u ommha jkollha tmur is‑suq tbigħ il‑ħxejjex biex taqla’ xi ħaġa tal‑flus. Ħutha joħorġu jiġbru l‑injam għan‑nar biex imorru jbigħuh u minħabba f’hekk Savari tgħaddi ħafna ħin waħedha.
Nixtieq nista’ nieħu lil Savari miegħi, imma n‑nies ma jixtrux ħxejjex mingħandi għax jibżgħu li jiġu infettati.
Storja vera addattata minn Claudia Cini.
B’hekk Savari jkollha toqgħod maqfula f’gaġġa l‑ġurnata kollha, għaliex inkella tispiċċa tmur qrib il‑ġirien u taqla’ l‑ġlied. B’xorti ħażina, it‑tfal tal‑ġirien ta’ spiss iwaddbulha l‑ġebel u t‑tajn minn bejn il‑ħadid tal‑gaġġa u jgħajruha.
Tersaqx lejna għax tmarradna!
Int misħuta u ma jixraqlekx tkun parti mill‑komunità tagħna!
Savari tibża’ ħafna min‑nies għaliex jagħmlu għaliha peress li jaħsbu li tista’ tinfettahom. Minħabba f’hekk kienet issawwat lil ħutha iżgħar minnha. It‑tifla lanqas kapaċi titkellem u ma tgħid xejn ħlief ma u pa, u għal xi żmien lanqas biss kienet tagħraf lil ħutha stess!
B’xorti tajba, ftit tax‑xhur ilu waslet l‑għajnuna tant meħtieġa għal bintna Savari.
Bis‑saħħa ta’ għajnuna minn benefatturi Maltin u Għawdxin li jibagħtu l‑għajnuna f’fondi permezz ta’ MissioTfal, Savari llum il‑ġurnata qed tattendi l‑iskola 3 darbiet fil‑ġimgħa, u qed titgħallem tikteb u taqra flimkien ma’ ħutha. Hija wkoll qed tgħid aktar kliem.
Il‑biża’ tagħna l‑ġenituri kien, li t‑tfal ikunu illitterati bħalna.
Il‑benefatturi jħallsu mhux biss għall‑edukazzjoni tas‑sitt itfal tal‑familja, imma wkoll għat‑trasport minn u lejn l‑iskola. L‑iskola tipprovdilhom x’jieklu, tal‑anqas ikla sustanzjuża darba kuljum.
Ix‑xewqa tagħna hija li Savari tkun tista’ tattendi l‑iskola kuljum biex b’hekk ma jkollhiex għalfejn toqgħod maqfula fil‑gaġġa sa ma jien nasal lura mis‑suq.
Kont taf li jekk tfaddal €0.41 kuljum, ikollok biżżejjed flus sabiex għal sena tisponsorja tifel jew tifla li m’għandhomx flus biex imorru l‑iskola? Din l‑inizjattiva ta’ MissioTfal jista’ jipparteċipa fiha kulħadd, sew persuni individwali kif ukoll gruppi, bħal pereżempju klassi studenti.
Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!
Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!
Meta tiġbor biżżejjed flus, ħudhom fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Ftit taż‑żmien wara inti tirċievi ritratt u d‑dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tgħin, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, tibda tirċievi ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola.
Ftakar li t‑tifel jew tifla li tisponsorja mhux biss se jibdew
jattendu l‑iskola, imma wkoll jinxtrawlhom uniformi, żarbun, basket, kotba u dak kollu li jeħtieġu biex jitgħallmu.
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
Ħelow Tfal! Kif intom?
Fix‑xahar ta’ Diċembru MissioTfal
ħa sehem fl‑attività ‘Santa On The Podium’ fil‑Belt Valletta. Hawn
Santa Klaws beda jqassam ir‑rigali u tant ħa gost li ġie darbtejn! U kull darba ġab ir‑rigali miegħu. Kif ilkoll nafu, ta’ kull sena, Santa Klaws ikun qed jistenniena l‑Belt u lil kull min jagħti donazzjoni, hu jagħtih rigal sabiħ.
Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li tawna r‑rigali biex Santa Klaws ikollu xi jqassam, fosthom ħafna minnkom li ġibtulna ‘soft toys’ u ġugarelli ġodda, lil xi ħwienet li wkoll tawna xi ġugarelli, u lill‑Iskola St. Dorothy ta’ Tas‑Sliema fejn l‑istudenti tawna ħafna ġugarelli ġodda.
Ta’ dan aħna nirringrazzjawkom mill‑qalb.
Narakom hbieb.
Avviż Importanti:
Tfal, din is‑sena Missio Malta se jkun qed jgħin fi proġett ta’ bini ta’ spiera f’Ibanda, l‑Uganda. L‑Uganda huwa pajjiż fl‑Afrika. Waħda mill‑problemi li għandhom it‑tfal fl‑Uganda hija li m’għandhomx aċċess għal ilma nadif. Din il‑problema toħloq problema oħra, dik tal‑iskola. Dawn it‑tfal xi kultant jitilfu l‑iskola biex
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
imorru jġibu l‑ilma mix‑xmara li
hija ’l bogħod ħafna minn fejn jgħixu. Tant hija ’l bogħod li jaslu
lura d‑dar f’nofsinhar. L‑ilma li jiġbru mix‑xmara mhux daqshekk nadif u minħabba f’hekk ħafna drabi jkunu ma jifilħux u jerġgħu jitilfu l‑iskola!
Kompetizzjoni Bi Premju: Din id‑darba qed nistaqsukom tiktbulna storja żgħira dwar persuna li taf li għamlet xi ħaġa sabiħa għall‑oħrajn. L‑istorja ma tridx tkun itwal minn 200 kelma. Imbagħad l‑istejjer jiġu ppubblikati fuq Tfal Missjunarji fix‑xhur li ġejjin. L‑ewwel storja li nirċievu tirbaħ rigal sabiħ.
Ibgħat l‑istorja tiegħek flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjoni Rafiki, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 jew inkella fuq l‑imejl: nancy@missio.org.mt
Għalhekk, fil‑ġranet li ġejjin fl‑iskola tiegħek se jitqassam invilopp ta’ MissioTfal fejn bi ftit flus mill‑‘pocket money’ tiegħek tista’ tgħin lil dawn it‑tfal biex ikollhom spiera b’ilma nadif fid‑distrett ta’ Ibanda, fl‑Uganda. Bis‑saħħa tal‑għajnuna tiegħek se jkollhom ilma nadif, u b’hekk ma jimirdux u jkunu jistgħu jmorru l‑iskola bħalek u bħal sħabek.
Nota: Ir‑rebbieħa hija Kate Mifsud mill‑Imġarr, Malta.
KRAFT MIT‑TAJLANDJA: ILJUNFANT
L‑iljunfant huwa l‑aktar annimal maħbub fil‑pajjiżi Asjatiċi, imma l‑iktar fit‑Tajlandja u fl‑Indja. Għalhekk, illum iddeċidejt li nagħmel bħala kraft iljunfant.
Nittama li tieħdu gost tagħmlu dawn l‑iljunfanti li tistgħu wkoll tużawhom bħala kartolini għal xi ħadd jew tagħmlulhom gwarniċ.
Għandek Bżonn:
Fojl
Stampa ta’ iljunfant
Lapes
Markers jew żebgħa
Mqass bla ponta
Kartonċina A4
Biċċa spaga kkulurita
3 żibġiet
Metodu:
1. Poġġi l‑istampa tal‑iljunfant fuq il‑fojl u kkopja bil‑lapes l‑iljunfat.
Ara li l‑istampa ġiet tidher kollha fuq il‑fojl.
2.Pinġi bil‑lapes kutra fuq l‑iljunfant. Agħti l‑kulur lill‑kutra u wara qasqas l‑iljunfant. (ara l‑istampi)
3.Issa pinġi fuq il‑kartonċina disinn b’ħafna kuluri u ħalliha tinxef sew.
4.Taqqab in‑naħa ta’ wara tal‑iljunfant u waħħal l‑ispaga biż‑żibeġ fiha bħala denb.
5.Waħħal l‑iljunfant fuq il‑kartonċina.
6.Hekk issa għandek stampa mqabbża ta’ ilunfant.Nieħdu gost jekk tibagħtulna ritratt tal‑kraft li għamiltu fuq info@missio.org.mt
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Claudia Cini
ĠELAT SEMPLIĊI
MILL‑MONGOLJA
X’għandek bżonn:
• 450 millilitru krema doppja kiesħa
• 400 millilitru ħalib tal‑bott magħqud kiesaħ
• Kuċċarina essenza tal‑vanilja
• 170 gramma frawli frisk jew tal‑friża purè u msoffi
Nota: Tista’ tuża frott ieħor tal‑gosti tiegħek minflok il‑frawli
Metodu:
1.Ħawwad sew b’mikser il‑krema doppja sakemm titla’.
2.Żid il‑ħalib magħqud u kompli ħawwad sew sakemm it‑taħlita tiġi magħquda.
3.Żid il‑vanilja u l‑purè tal‑frawli, u ħawwad sew flimkien.
4.Poġġi t‑taħlita f’kontenitur li jingħalaq sew u poġġih fil‑friża għal mill‑inqas sitt sigħat.
5.Dejjem żomm il‑ġelat fil‑friża u kkunsmah fi żmien sitt ġimgħat.
6.Ipprova dan il‑ġelat b’tipi ta’ frott differenti tal‑gosti tiegħek.
Сайхан хооллоорой (L‑ikla t‑tajba)
Kont taf li l‑Mongolja hija pajjiż fil‑Lvant tal‑Asja bejn ir‑Russja u ċ‑Ċina? Il‑popolazzjoni hija ta’ 3.3 mijun ruħ li ftit aktar minn nofshom huma Buddisti. Il‑maġġoranza kbira tan‑nofs l‑ieħor ma jħaddnu l‑ebda reliġjon. Ulaanbaatar hija l‑kapitali u l‑ikbar belt fejn tgħix nofs il‑popolazzjoni. Huwa pajjiż xott fejn f’sena tagħmel biss erba’ pulzieri xita. Gobi huwa l‑aktar deżert kiesaħ fid‑dinja. Hawn kienet instabet l‑ewwel bajda tad‑dinosawri. Naadam huwa festival kbir li jsir fis‑sajf. Fih ikun hemm ħafna sport, logħob u ikel. Il‑ġemel ‘Bactrian’, li huwa nattiv għall‑pajjiż, għandu żewġ ħotbiet u huwa iżgħar mill‑ġemel Għarbi.
Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.
FRAR ‑ MARZU 2024
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. PINĠI SKONT IN‑NUMRI
Pinġi l‑istampa li tidher hawn taħt billi tuża l‑kuluri skont in‑numri indikati taħt din l‑istampa ta’ qoffa bil‑bajd.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U
TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑ Vaganzi tal‑Karnival u/jew tal‑Għid. X’kostum ilbistu? Mortu l‑purċissjoni tal‑Ġimgħa l‑Kbira u/jew tal‑Irxoxt? Attendejtu għall‑parata tal‑Karnival? Sifirtu xi mkien? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
FRAR ‑ MARZU 2024
ISEM U KUNJOM: ETÀ:
INDIRIZZ:
KODIĊI POSTALI:
SKOLA:
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ottubru‑Novembru 2023: Ħarġa Nru.99.
1. PINĠI SKONT
IN‑NUMRI
2. KITBA U TPINĠIJA
Tpinġija ta’ Jamie Francalanza.
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jamie Francalanza mill‑Fgura, Kate Mifsud mill‑Imġarr, Malta, Kaya Curmi minn Marsaskala u Francesca Azzopardi mill‑Baħrija.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.