Malta Missjunarja Ottubru 2023

Page 1


Jum Dinji Missjunarju – 22 ta’ Ottubru 2023

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272

Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

BORD EDITORJALI

Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)

Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia

Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Abbonament għal sena €10.00

Uffiċjali tal Ġurnata Missjunarja

Will, Tifel Fqir b’Vokazzjoni Sinjura

Will huwa t‑tifel il‑kbir fost erba’ aħwa f’familja fqira ħafna li tgħix f’Arusha t‑Tanżanija. Missieru jaħdem bħala ġardinar, imma żmien ilu kellu inċident fejn tilef idu. Minkejja dan, ir‑raġel xorta baqa’ jaħdem u jistinka kemm jiflaħ, anke jekk il‑flus li jieħu d‑dar rari jkunu biżżejjed.

Will, li għandu 17‑il sena, jattendi l‑iskola tas‑seminarju tal‑lokal, mingħajr ħlas, għax li kieku żgur ma kienx ikun jista’ jattendi. Miegħu hemm ħafna studenti oħrajn li ġejjin minn ambjenti diffiċli wkoll. L‑iskola tagħti prijorità lill‑edukazzjoni tat‑tfal, għalhekk ma jkollhiex biżżejjed finanzi biex tagħmel xi manutenzjonijiet u xogħol strutturali li jkun hemm bżonn u kif meħtieġ, bir‑riżultat li din iddeterjorat sew tul is‑snin. Meta tagħmel ix‑xita, il‑klassijiet jegħrqu, il‑bibien therrew bl‑ilma, is‑soqfa jqattru u ilma sħun ma jeżistix. Minflok jirranġaw l‑iskola, il‑flus jintużaw biex tingħata tama lill‑istudenti

billi tagħtihom edukazzjoni xierqa, x’jieklu u saqaf b’xejn sakemm ilestu l‑istudji tagħhom. Ix‑xewqa, sew tal‑għalliema kif ukoll tal‑istudenti, hija li jkollhom biżżejjed fondi sabiex jibnu klassijiet ġodda ħalli jkunu jistgħu jitgħallmu fihom f’aktar kumdità u mingħajr problemi.

Il‑ħolma ta’ Will hija li la jikber isir saċerdot, għax iħoss il‑vokazzjoni. Dan irid jagħmlu għax jixtieq jagħmel il‑ġid ma’ ħaddiehor kif ra lir‑reliġjużi jagħmlu miegħu meta kellu bżonn. Din il‑ħolma mhix xi waħda impossibbli, għaliex fil‑fatt l‑Isqof ta’ Arusha kien student f’din l‑istess skola!

Grazzi għad‑donazzjoni tiegħek u ta’ ħafna benefatturi oħra ta’ qalb tajba, ix‑xewqa tal‑għalliema u tal‑istudenti, fosthom Will, li jattendu

l‑iskola tas‑seminarju f’Arusha, tista’ ssir realtà!

Matul ix‑Xahar Dinji Missjunarju kif ukoll fil‑Jum Dinji Missjunarju, li din is‑sena se jaħbat nhar il‑Ħadd 22 t’Ottubru, bit‑tema: ‘Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin’ (Lq.24:13‑35), nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi

Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Aktar tagħrif jinsab f’din ir‑rivista jew żur www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962. 

Ix‑xahar Missjunarju – Xahar Mimli Ferħ

Ottubru huwa xahar sabiħ u mimli ferħ. Fih niftakru l‑aktar f’Marija u ngħidu r‑Rużarju bħala turija tal‑imħabba tagħna lejn ommna Marija. F’dan ix‑xahar ukoll u aktar mis‑soltu, nuru l‑imħabba tagħna lejn il‑missjoni; lejn l‑evanġelizzazzjoni tal‑ġnus għall‑bxara t‑tajba. Din is‑sena, Papa Franġisku semma’ l‑messaġġ tiegħu għal din l‑okkażjoni: Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin.

Qlub Imkebbsa SAQAJN MEXJIN

(Lq. 24:13-35)

L‑isfond ta’ dan il‑messaġġ huwa r‑rakkont tal‑episodju tad‑dixxipli ta’ Għemmaws, fejn il‑Papa jsemmi tliet punti interessanti ħafna li huma programm għalina li rridu nevanġelizzaw lid‑dinja tal‑lum:

a) qalbhom kienet imkebbsa, b) għajnejhom infetħu, ċ) reġgħu lura jiġru.

Meta f’xi maratona fuq it‑televixin naraw xi persuni

li qed ibatu, jiġri li ħafna nies iħossu għalihom u jagħtu d‑donazzjoni tagħhom. Però aħna fuq kollox għandna nevanġelizzaw mhux għax is‑sentimenti tagħna jimbuttawna biex nagħtu xi ħaġa, imma għax il‑Kelma t’Alla ddawlilna u tmissilna ’l qalbna. Meta ngħixu l‑Kelma nkunu qed ngħixu l‑kultura ta’ Ġesù; t’Alla. Fl‑aħħar mill‑aħħar il‑missjoni hija Tiegħu; aħna qaddejja inutli u dak li ngħaddu lill‑oħrajn

m’għandux ikun il‑kliem u l‑proġetti tagħna, imma lil Ġesù preżenti fil‑Kelma tiegħu.

Papa Franġisku jgħidilna:

“Kristu Rxoxt huwa kemm dak li jaqsam il‑ħobż, kif ukoll il‑ħobż maqsum; maqsum għalina. Allura, kull dixxiplu missjunarju huwa msejjaħ li jkun bħal Ġesù u Fih, bil‑ħidma tal‑Ispirtu s‑Santu, ikun dak li jqassam il‑ħobż u dak li jsir ħobż imqassam lill‑umanità; Knisja awtentikament Ewkaristika, hija Knisja missjunarja. Jalla qlubna jkunu dejjem għatxana għall‑ħbiberija ma’ Ġesù b’tali manjiera li bħad‑dixxipli ta’ Għemmaws, fis‑sigħat ta’ tard billejl, ħerqanin nitolbu lil Ġesù: “Ibqa’ magħna, Mulej!”

Għaliex il‑mandat tal‑missjoni jimlieni bil‑ferħ?

Għaliex fi kliem il‑Papa kull bniedem għandu d‑dritt li

jirċievi l‑Vanġelu. L‑Insara għandhom l‑obbligu li jħabbruh mingħajr ma jħallu lil ħadd barra, mhux bħal xi ħadd li jimponih bħala obbligu ġdid, imma bħal wieħed li qed jaqsam il‑ferħ tiegħu, li qed juri orizzonti sbieħ, li qed joffri ikla tajba tant mixtieqa lill‑oħrajn.

Fuq nota personali ngħid: “Kemm fost il‑ħafna nies li qed jgħixu f’Malta u dawk ’il bogħod minn pajjiżhom minħabba sitwazzjonijiet ekonomiċi, qed isibu fil‑Knisja lokali kemm il‑ferħ kif ukoll il‑familja tagħhom ‘a home away from home’?

Aħna f’Missio nirringrazzjawkom li intom, bħala benefatturi tagħna, bil‑għajnuna tagħkom fit‑talb u bl‑għajnuna finanzjarja tagħkom, qegħdin flimkien magħna tagħmlu din il‑festa lil tant nies li qed jistennew ħajja mimlija bil‑ferħ tal‑Evanġelju.” 

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il-voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

Ottubru 2023

Għas‑Sinodu.

Nitolbu għall‑Knisja

sabiex taddotta s‑smigħ u d‑djalogu bħala stil ta’ ħajja f’kull livell u li tħalli lilha nnifisha tiġi ggwidata mill‑Ispirtu s‑Santu għall‑periferiji tad‑dinja.

Il‑Knisja t’Alla qed tiġi msejħa għal sinodu speċjali u differenti minn dak li saru qablu għaliex huwa sinodu li jrid jinvolvi lil kulħadd sabiex kulħadd ikun tassew parti mill‑Knisja.

U proprju għalhekk din il‑mixja sinodali għandha bħala titlu: ‘Lejn Knisja Sinodali: Komunjoni, Parteċipazzjoni u Missjoni’, li beda solennement fid‑9 u l‑10 t’Ottubru 2021 f’Ruma, u jagħlaq f’dan ix‑xahar, f’tappa fundamentali tas‑XVI‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet.

B’din is‑sejħa, Papa Franġisku qed jistieden lill‑Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall‑ħajja u għall‑missjoni tagħha: “Il‑mixja tas‑sinodalità hija sewwa sew il‑mixja li Alla jistenna mill‑Knisja tat‑tielet millennju”. Din il‑mixja, fuq il‑linja tal‑‘aġġornament’ tal‑Knisja proposta

mill‑Konċilju Vatikan II, hija don u missjoni fl‑istess ħin. Meta timxi flimkien, u flimkien tirrifletti fuq il‑mixja li tkun għamlet,

il‑Knisja tista’ titgħallem minn dak stess li tkun qed tesperimenta, liema proċessi jistgħu jgħinuha tgħix il‑komunjoni, twettaq il‑parteċipazzjoni u tinfetaħ għall‑missjoni. Fil‑fatt, il‑‘mixja flimkien’ tagħna hija dik li twettaq u turi x’inhi n‑natura tal‑Knisja bħala Poplu t’Alla pellegrin u missjunarju.

Nitolbu biex il‑Knisja permezz ta’ dan il‑mument partikolari tas‑sinodu mmexxija minn Papa Franġisku bl‑għajnuna tal‑Kardinal Mons. Mario Grech, tkun miftuħa għall‑Ispirtu s‑Santu, li bħar‑riħ: “fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu

sejjer” (Ġw. 3:8), u nibqgħu miftuħa għas‑sorpriżi li żgur mhux forsi se jaħsbilna għalihom tul il‑mixja. Huwa mument fl‑istorja tal‑Knisja fejn għandna nagħrfu u napprezzaw iktar l‑għana u l‑firxa wiesgħa tad‑doni u tal‑kariżmi li l‑Ispirtu jsawwab fuqna, għall‑ġid tal‑komunità u tal‑familja kollha tal‑bnedmin. Permezz ta’ dan is‑sinodu l‑Knisja se tagħti ħajja ġdida lir‑relazzjonijiet bejn il‑membri tal‑komunitajiet Insara kif ukoll bejn il‑komunitajiet u l‑gruppi soċjali l‑oħra; komunitajiet ta’ twemmin minn konfessjonijiet u reliġjonijiet oħra, organizzazzjonijiet tas‑soċjetà ċivili u movimenti popolari. 

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday-Friday 8.30am-12.30pm

Saturday 8.30am-3.00pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies:

Jackets, trousers, t-shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high-chairs, etc.

Accessories: Jewellery

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

*S’ISSA NĠABRET IS‑SOMMA TA’ €140 LI

Fl‑għodwa ta’ Ħadd il‑Għid, id‑dixxipli ltaqgħu ma’ Marija Maddalena li qaltilhom li l‑Mulej kien qam mill‑imwiet. Pietru u Ġwanni jħaffu lejn il‑qabar u jiskopru qabar vojt. Filgħaxija tal‑istess jum, żewġ dixxipli jitilqu minn Ġerusalemm, b’qalbhom maqsuma, lejn ir‑raħal tagħhom, Għemmaws. Magħhom jissieħeb il‑Mulej li jaqsam magħhom

MESSAĠĠ

MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF

GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2023

Qlub Imkebbsa SAQAJN MEXJIN

(Lq. 24:13-35)

l‑għerf tal‑Kelma ta’ Alla u bil‑kelma tiegħu jħeġġiġhom. Huma jistednuh jibqa’ magħhom u jagħrfuh fil‑qsim tal‑ħobż. L‑esperjenza missjunarja hija wkoll esperjenza li tgħaddina minn diversi proċessi.

Illum niftakru fil‑missjunarji tagħna li telqu kollox, lejn art mhux magħrufa, bil‑ħeġġa tal‑Evanġelu fil‑qalb tagħhom, humu jfittxu li jiltaqgħu mal‑Mulej u jaqsmu l‑ħobża

tal‑kelma u tal‑imħabba ma’ popli ġodda. Jalla l‑esperjenza ta’ Għemmaws tkun ukoll esperjenza li ġġegħelna nkunu missjunarji fl‑ambjenti tagħna.

Jalla il‑ħeġġa li għexu d‑dixxipli ta’ Għemmaws fil‑laqgħa tagħhom ma’ Ġesù tkun ukoll il‑ħeġġa li timla l‑qalb tagħna.

 Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta

GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2023

Fil‑messaġġ għall‑Jum il‑Missjoni, Papa Franġisku jirrifletti fuq il‑ġrajja ta’ Għemmaws u jislet messaġġ importanti għalina. Id‑dixxipli ta’ Għemmaws, meta ltaqgħu ma’ Ġesù, qalbhom imtliet bil‑ħeġġa

u bil‑ferħ, għajnejhom infetħulhom waqt il‑qsim tal‑ħobż u malajr telqu lura lejn Ġerusalemm biex jirrakkontaw dak li kien ġara lil sħabhom l‑oħra.

Din hija l‑esperjenza missjunarja li kull wieħed u

waħda minna msejħin ngħixu.

Bħad‑dixxipli ta’ Għemmaws, kultant ngħaddu minn żmien ta’ tbatija u ta’ diffikultà. Id‑delużjoni tagħhom, id‑dwejjaq tagħhom u l‑falliment li kienu jħossu,

spiss ikunu tagħna. Meta dawn iltaqgħu ma’ Ġesù, bdew jaqsmu miegħu dak li kellhom f’qalbhom, u mbagħad baqgħu jisimgħuh huma u mexjin fit‑triq. Bil‑kelma tiegħu, Ġesù beda jagħti

tifsira lil dak li ma kellux, u għinhom iħarsu mod ieħor lejn dak li sa dak il‑ħin għalihom kien biss falliment, frustrazzjoni u ma jinftiehemx.

“Ma kinitx imħeġġa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit‑triq u jfissrilna l‑Iskrittura?” (Lq. 24:32).

jinsab f’nofsna. Il‑kelma ta’ Ġesù tgħinna niltaqgħu miegħu fil‑qsim tal‑ħobż, jiġifieri fl‑Ewkaristija. Il‑quddiesa tal‑Ħadd mhix għajr din il‑laqgħa vera tagħna ma’ Ġesù li jaqsam magħna lilu nnifsu bħala ikel għalina – il‑ħobż li jagħti l‑ħajja tassew. Hija esperjenza tassew sabiħa, meta nhar ta’ Ħadd, il‑familja tingħaqad flimkien madwar il‑mejda biex tiekol il‑ħobż tal‑ħajja ta’ dejjem. Hija l‑enerġija li jkollna bżonn għall‑ġimgħa kollha ta’ ħidma u taħbit li nkunu se nibdew.

ta’ nazzjonalità oħra, ma’ nies li jemmnu jew li ma jemmnux. Matul din il‑mixja tagħna, bħad‑dixxipli ta’ Għemmaws aħna wkoll inwasslu l‑kelma li smajna u l‑laqgħa tagħna mal‑persuna ta’ Ġesù fil‑ħobż maqsum; fl‑Ewkaristija.

Din hija l‑esperjenza missjunarja tagħna lkoll. Mhemmx bżonn immorru f’pajjiżi mbiegħda jew foqra biex inkunu missjunarji. Biżżejjed ngħixu s‑sejħa Nisranija tagħna b’mod sħiħ. Mhux biżżejjed għan‑Nisrani li jisma’ l‑Kelma u li jieħu sehem fl‑Ewkaristija. Jeħtieġ li din l‑esperjenza ma jżommhiex għalih, iżda jaqsamha u jxerridha ma’ oħrajn.

Il‑kelma ta’ Ġesù tiftħilna għajnejna, u tgħinna nindunaw li huwa ħaj u li

Imdawlin mill‑Kelma ta’ Ġesù u msaħħin bil‑Ħobż tal‑Ewkaristija naqbdu l‑mixja tagħna tal‑ħajja. Din il‑mixja teħodna fuq il‑postijiet tax‑xogħol tagħna, tlaqqana ma’ ħbieb, ma’ nies

F’dan il‑Jum

Missjunarju, minbarra l‑għotjiet u t‑talb li noffru lill‑missjoni, nitolbu lil Sid il‑Ħsad biex lilna lkoll, jagħmilna missjunarji fl‑ambjenti li fihom ngħixu.

 Mons. Anton Teuma Isqof ta’ Għawdex

Qlub Imkebbsa SAQAJN MEXJIN

(Lq. 24:13-35)

IL‑VILLAĠĠ MISSIO:

Inwasslu l‑Missjoni lill‑Komunità.

Post: Fil‑Pjazza tal‑Knisja Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl, ir‑Rabat

Meta: Is‑Sibt 21 t’Ottubru mill‑4:30pm sat‑8:00pm u Il‑Ħadd 22 t’ Ottubru mit‑8:00am sas‑7:00pm  Esperjenza Virtwali

Mużika ‘unplugged ‘ miż-żgħażagħ

Rokna għat-tfal

Kulħadd Jgħid Tiegħu

Ħanut tar-Rigali

Kultura u Arti

Rakkonti mill-Missjunarji

U Ħafna Aktar

Erba’ Mitt Sena mit‑Twelid ta’ Blaise Pascal (1623‑2023)

Erba’ mitt sena ilu, nhar id‑19 ta’ Ġunju 2023, twieled fi Clermont‑Ferrand, Blaise Pascal (1623‑1662). Il‑kittieb G. Perier fil‑ktieb tiegħu tal‑1684 jikteb: “Pascal dejjem kellu ċarezza ammirabbli tal‑ħsieb li jiddixxerni t‑tajjeb mill‑ħażin.” Jibqa’ magħruf bħala matematiku, inventur, teologu u esploratur tar‑ruħ umana. Pascal għamel isem għaliex ma mexiex

mal‑kurrent. Huwa attakka l‑vizzji tar‑razzjonaliżmu, u għamel valutazzjoni mill‑ġdid tar‑relazzjoni bejn il‑fidi u r‑raġuni. Għex biss 39 sena u fittex dejjem il‑verità. Segwa b’interess lil Galileo Galilei u lil Descartes, ivvinta magna kalkulatriċi li xi wħud isejħulha ‘il‑prekursur tal‑kompjuter’ u żviluppa l‑ipoteżi ta’ Evangelista Torricelli fuq l‑ispazju vojt u l‑kult tax‑xjenzi. L‑akbar

xogħol tiegħu jibqa’ ‘Les Pensées’: ġabra ta’ ħsibijiet mibnija fuq ir‑raġuni. Id‑diżordni ta’ madwaru ma kinitx tħallih bi kwietu, imma fuq kollox tefa’ ħarstu fuq id‑divin, li minnu ġibed l‑ispirazzjoni tiegħu. Il‑kriżi prinċipali ta’ ħajtu laħqet il‑qofol tagħha nhar it‑23 ta’ Novembru 1654 meta kellu esperjenza li fiha rrikonoxxa li Alla huwa distint mill‑bniedem u min‑natura. It‑teologu Romano Guardini kiteb ktieb dwar dan is‑suġġett fis‑sena 1956.

Il‑laqgħa ma’ Kristu Meta jitkellem dwar Sidna Ġesù Kristu, Pascal jistqarr: “Mhux biss aħna nagħrfu lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu, imma aħna nagħrfu lilna nfusna permezz ta’ Ġesù Kristu. Aħna ma nafux x’inhuma l‑mewt u l‑ħajja mingħajr Ġesù Kristu. ’Il barra minnu, ma nagħrfux x’inhi l‑ħajja tagħna u l‑mewt tagħna, u lil Alla u lilna nfusna. Għalhekk, mingħajr l‑Iskrittura li għandha bħala oġġett lil Ġesù Kristu, ma nistgħu nagħrfu xejn u ma naraw xejn għajr dalma u konfużjoni fin‑natura t’Alla u fin‑natura tagħna.”

Żewġ siltiet tiegħu dwar id‑divertiment ġibdu l‑attenzjoni tal‑Papa San Pawlu VI li meta jeżorta s‑semmiegħa tiegħu sabiex jagħmlu użu tajjeb mill‑vaganzi tas‑sajf, jiftħilhom għajnejhom quddiem ir‑realtà ta’ dik li Pascal isejħilha ‘divertissement’, jiġifieri mid‑diverżjoni jew dispersjoni (distrazzjoni) tal‑valuri tal‑ħajja.

Pascal anke llum, jibqa’ jiġbed l‑attenzjoni. L‑awtur Franċiż Francois Mauriac fil‑ktieb tiegħu ‘Blaisa Pascal u oħtu Jacqueline’ (1949), jippreżentah bħala ‘ħu l‑midinbin, il‑konvertiti u dawk miġruħa bi ġrieħi li minn ħin għall‑ieħor jistgħu jerġgħu jinfetħu: dawk li fittxew fil‑bogħod l‑imħabba u li jintelqu biss meta jsibuha’. 

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43

Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

Rovina Iobo

Rovina fl‑età ta’ 10 snin.

Din it‑tfajla grazzjuża twieldet fis‑sena 2006 fl‑Indja. Missierha Robert, huwa kważi għami għal kollox, għalhekk hija ommha Clara li toħroġ taħdem sabiex tmantni lill‑familja

2016

li tikkonsisti f’ħamsa min‑nies; il‑ġenituri u tliet ulied bniet: Rovina, Roshini u Renisha. L‑omm sabet xogħol f’ħanut meta l‑missier ma setax jaħdem aktar. Il‑ħajja għat‑tliet aħwa mhux dejjem kienet faċli,

għaliex kien hemm żmien meta l‑omm riedet tinfired minn ma’ żewġha minħabba li beda jonqoslu d‑dawl t’għajnejh. Iżda b’xorti tajba l‑familja baqgħet magħquda.

Bis‑saħħa ta’ benefattur ta’ Missio Malta li għoġbu jisponsorja lil Rovina, fl‑2017, fl‑età ta’ 11‑il sena, it‑tifla bdiet tattendi l‑iskola AKMMAUP. L‑aktar suġġett favorit tagħha huwa l‑Matematika, iżda titgħallem ukoll ix‑Xjenza, u l‑lingwa Ingliża u l‑lingwa tal‑lokal, il‑Kannada. Hija ġġib l‑ogħla marki f’kull suġġett. Wara l‑iskola, Rovina tattendi diversi attivitajiet fosthom l‑isport, id‑drama, il‑kant u t‑tpinġija. Hija tifforma wkoll parti minn kor u rebħet erba’ premjijiet f’uħud mill‑attivitajiet li tattendi. Rovina tħobb ħafna l‑pjanti u hija nkarigata biex tieħu ħsieb il‑ġnejna tal‑fjuri fl‑iskola. Il‑ġenituri tat‑tfajla huma grati ħafna lejn il‑benefattur tal‑għajnuna kbira tiegħu b’risq l‑edukazzjoni ta’ binthom. Bid‑donazzjoni li jibgħat il‑benefattur, l‑omm tħallas l‑edukazzjoni ta’ Rovina, xtratilha l‑uniformi u l‑kotba, kif ukoll umbrella.

B’li kien fadal xtrat xi ħwejjeġ għat‑tlett ibniet, u uniformi u kotba għaż‑żewġt ibniet l‑oħra.

Illum il‑ġurnata, Rovina għandha 17‑il sena, tattendi l‑Iskola Sekondarja Ernest u baqgħet iġġib marki għoljin fis‑suġġetti li tistudja. It‑tfajla hija ferħana ħafna u tirringrazzja mill‑qalb lill‑benefattur tagħha li qed jgħin lil ħutha wkoll fl‑istudji tagħhom. Dawn it‑tnejn li huma jattendu l‑kulleġġ, fejn waħda qed tistudja għal infermiera u l‑oħra qed tistudja x‑xjenza. 

Rovina llum hija tfalja ta’ 17 il sena. 2023
Rovina fl‑età ta’ 11‑il sena.
Rovina fl‑età ta’ 14‑il sena. 2020

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis-saħħa tal-programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil-ħajja ta’ dawn it-tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id- donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il- Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Grazzi mill‑Qalb

Kif tista’

tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 160 Ħobż kuljum għal xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni

€ 30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal

€ 300 Għajnuna biex jinħażen razzett tal‑mogħoż bl‑għalf u b’medikazzjoni veterinarja

€ 100 Xirja mediċina għal tfal morda

€ 500 Tħaffir u bini ta’ bir fejn m’hemmx ilma nadif għal raħal sħiħ

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962  Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Grace u Abigail spiċċaw iltiema minħabba li ommhom u missierhom mietu bl‑AIDS. Bdiet tieħu

Grace u Abigail

nnutat li Grace kienet qed tkun dejjem ma tiflaħx. Meta ħadet lil Grace għall‑vista għand it‑tabib, dan sab li fl‑età tenera ta’ tliet snin,

kienet tant gravi li t‑tifla kienet qed tmut bil‑mod il‑mod.

Minħabba li nannithom

Arusha t‑Tanżanija; orfanatrofju li jilqa’ tfal orfni kawża tal‑AIDS u tfal oħra vulnerabbli. Iċ‑ċentru li fetaħ fl‑2013 mill‑Arċidjoċesi Kattolika ta’ Arusha, jitmexxa bl‑għajnuna tal‑kleru, impjegati u voluntiera lokali entużjasti. Minkejja li Abigail ma kinitx infettata, lill‑aħwa ma firduhomx biex almenu, saħħa tilfu lill‑ġenituri tagħhom, ma jitilfux lil xulxin. Meta daħlet fl‑orfanatrofju, Grace kienet għadha se tagħlaq it‑tliet snin. Sfortunatament, il‑vajrus kien tant laħaq infirex li kien ikollha diversi sintomi, fosthom li filli tkun miexja u f’daqqa waħda tinstabat mal‑art b’ħass ħażin. Minnufih Grace bdiet tingħata l‑kura, u

llum tliet snin wara Grace għandha l‑vajrus tal‑HIV taħt kontroll u qed tmur l‑iskola mat‑tfal l‑oħra. Imma b’xorti ħażina l‑vajrus laħaq affettwalha l‑iżvilupp ta’ moħħha u għalkemm tagħmel ħilitha fl‑iskola mhux dejjem jirnexxilha tlaħħaq ma’ sħabha. Ix‑xewqa ta’ Grace hija li la tikber issir għalliema.

Fiċ‑ċentru t‑tfal jirċievu

ikel nutrittiv, kenn sigur, kura medika, ħwejjeġ,

edukazzjoni tajba, ħafna mħabba u t‑tama għal futur sabiħ. Bħalissa hemm jgħixu fiċ‑ċentru disgħa u tletin tifel u tifla, iżda hemm ħafna aktar tfal f’sitwazzjonijiet intollerabbli li għandhom bżonn l‑għajnuna. Fil‑preżent, it‑tmexxija taċ‑ċentru għandha pjani li tkabbar il‑faċilitajiet sabiex tkun tista’ tilqa’ u tieħu ħsieb 200 tifel u tifla. Dan jista’ biss ikun possibbli bl‑għajnuna ta’ donaturi ta’ kompassjoni bħalek. 

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

RELAZZJONIJIET

Programm bi produzzjoni ta' Missio Malta u preżentazzjoni ta' Dun Victor Agius u Claudia Cini.

● Kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis fis‑2:30pm.

● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Jien. Int. A

na. Flimkien.

“Iż‑żewġ dixxipli fi triqithom lejn Għemmaws kienu mħawdin u diżappuntati, imma l‑laqgħa ma’ Kristu fil‑Kelma u fil‑ħobż maqsum, xegħlet fihom l‑entużjażmu biex jerġgħu jitilqu lejn Ġerusalemm u jxandru li l‑Mulej qam tassew.”

Papa Franġisku fil‑messaġġ tiegħu għall‑Jum Dinji Missjunarju li jaħbat nhar il‑Ħadd 22 t’Ottubru 2023.

Beatu Alberto Marvelli (1918

‑1946)

Alberto Marvelli

twieled fil‑21 ta’ Marzu 1918 f’Ferrara, l‑Italja. Kien it‑tieni wild minn sitt itfal. Missieru kien bankier. Fit‑tfulija tiegħu kien magħruf għall‑ħeġġa kbira li kellu biex jgħin lill‑oħrajn. Ommu, li hija stess kienet taħdem m’organizzazzjonijiet tal‑karità, kienet għenitu fil‑formazzjoni reliġjuża tiegħu. Huma kienu ta’ sikwit jistiednu lill‑fqar fid‑dar tagħhom. F’Ġunju tal‑1930, il‑familja marret toqgħod Rimini.

Hawn Alberto mar skola fl‑Oratorju tas‑Sależjani u kien involut ħafna fl‑Azzjoni Kattolika sa minn meta kellu tnax‑il sena. Kien iħobb ħafna l‑isports, l‑iktar isuq ir‑rota. Wieħed mill‑ħbieb tiegħu kien Federiko Fellini, direttur tal‑films, kittieb u karikatur famuż.

Missier Alberto miet għal għarrieda fis‑7 ta’ Marzu 1933. Kien wara dan iż‑żmien li Alberto beda jżomm djarju spiritwali. Meta għalaq it‑tmintax‑il sena kien elett president tal‑fergħa Taljana tal‑Azzjoni Kattolika. Huwa kompla

jistudja fl‑Università ta’

Bologna fejn iggradwa bħala inġinier u beda jaħdem mal‑kumpanija tal‑FIAT f’Turin. Kellu jitlaq ftit wara peress li nkiteb fil‑lieva fi Trieste. Imma ftit wara kien eżentat għax kellu żewġ ħutu diġà fis‑servizz. Kien f’dan il‑perijodu li beda jgħallem fi skola post‑sekondarja. Waqt it‑Tieni Gwerra Dinija kompla jaqdi lill‑fqar b’riskju għalih u għal

ħajtu. Il‑familja kienet sfurzata tmur toqgħod f’Vergiano, 7 kilometri bogħod minn Rimini, minħabba r rejds bl‑ajru. B’riskju għal ħajtu, wara kull attakk, kien imur lura Rimini biex jgħin lill‑feruti u dawk bla dar minħabba l‑attakk. Huwa magħruf li saħansitra offra r‑rota u ż‑żarbun lil dawk fil‑bżonn. Alberto kien jeħdilhom l‑ikel, u saqqijiet u kutri

għall‑kumdità tagħhom. Kien ħeles ħafna nies milli jiġu deportati fil‑kampijiet tal‑konċentrament. Meta spiċċat il‑gwerra, kien fdat bl‑irwol li jamministra d‑djar għal dawk li waqgħetilhom darhom f’xi attakk; xogħol li kien jagħmlu b’tant dedikazzjoni. Xi xhur wara kien ukoll fil‑kunsill u fetaħ ‘soup kitchen’.

Marvelli miet fil‑5 t’Ottubru 1946, wara li vann tal‑forzi armati laqtu waqt li kien għaddej bir‑rota fi triq

mudlama għal‑laqgħa tal‑kunsill li kellu. Illum

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

il‑qabar tiegħu jinsab fil‑Knisja ta’ Sant’Agostino f’Rimini. Miraklu marbut mal‑beatifikazzjoni tiegħu kien investigat mill‑Kardinal Giacomo Biffi. Fit‑23 ta’ Jannar 1998, il‑Kongregazzjoni f’Ruma kkonfermat li l‑miraklu seħħ bl‑interċessjoni ta’ Alberto Marvelli. Huwa ġie bbeatifikat minn Papa Ġwanni Pawlu II f’Loretu fil‑5 ta’ Settembru 2004. Il‑festa tiegħu tiġi ċċelebrata nhar il‑5 t’Ottubru, jum il‑mewt tiegħu. 

Isem u kunjom:

Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali: Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Żar Bosta Pajjiżi Biex Jaħdem Għall‑ Paċi

Massimiljanu Mizzi

twieled il‑Birgu

fit‑28 t’Ottubru

1930 u kien l‑ikbar wieħed

f’familja ta’ sebat itfal.

Huwa kien dejjem miżmum

b’ċerta għożża minkejja

ċ‑ċirkostanzi diffiċli

tal‑pajjiż qabel ma bdiet il‑gwerra. Matul it‑Tieni

Gwerra Dinjija ċ‑ċirkostanzi

qalbu għall‑agħar, għax

billi Malta kienet kolonja

Ingliża ġarrbet bosta attakki

lejl u nhar mill‑ajruplani

tal‑Forzi tal‑Ajru Taljani u Ġermaniżi. Minħabba

f’hekk il‑familja tiegħu

kellha taħrab biex issib kenn u tfittex l‑ikel għax il‑qagħda

tal‑Maltin

kienet

imwiegħra

f’dawk

il‑ħames snin

ta’ gwerra. Din ħalliet impatt

fuq iċ‑ċkejken

Massimiljanu

u ħeġġitu

biex fl‑1946

jissieħeb

mal‑Franġiskani

Konventwali.

Beda l‑istudji tiegħu

fis‑Seminarji

Franġiskani

tar‑Rabat u tal‑Belt. Huwa

sar postulant u novizz, u għamel it‑tliet wegħdiet tal‑faqar, tal‑ubbidjenza u tas‑safa’. Beda jistudja biex

isir patri u kompla bl‑istudji tiegħu tat‑teoloġija f’Padova l‑Italja.

Ġie ordnat saċerdot fl‑1955 u wettaq xogħol pastorali fil‑knisja ta’ San Franġisk tal‑Belt sal‑1959, u fil‑knejjes ta’ San Pawl il‑Baħar u tar‑Rabat Għawdex. F’dik l‑istess sena, il‑Ġeneral

tal‑Ordni f’Ruma bagħat għalih biex imur Assisi biex isir Surmast tan‑Novizzi u jgħinhom fi triqithom biex isiru patrijiet, fejn baqa’

f’din il‑ħidma sal‑1971. Patri Mizzi wettaq xi attivitajiet oħra li saru s‑sejħa reali u ewlenija f’ħajtu. Fl‑1960 kien iltaqa’ ma’ Franġiskani oħrajn fit‑toroq ta’ Assisi, iżda b’għaġeb kbir dawn kienu jappartjenu lill‑Knisja Anglikana mhux bħall‑ordnijiet reliġjużi u Franġiskani l‑oħra. Massimiljanu nissel sens kbir ta’ ħbiberija fihom permezz tad‑djalogu: irridu nqisu li dak il‑kunċett kien mhux tant popolari f’dawk iż‑ żminijiet. Skont l‑istorja tal‑Knisja nafu li wara x‑xiżma tal‑Knisja Kattolika Rumana u dik Ortodossa, madwar is‑sena 1000 u wara r‑riforma tas‑Seklu 15 meta l‑knejjes Riformisti nfirdu minn Ruma, ftit li xejn kienu jsiru djalogi bejn il‑knejjes Insara differenti. F’dawk iż‑żminijiet, il‑knejjes kienu mifruda u din il‑qasma kienet ikkaratterizzata bil‑gwerer, konflitti, preġudizzji u b’nuqqas ta’ tagħrif dwar xulxin.

Kien bis‑saħħa tal‑Konċilju Vatikan II (1962‑1965) li din il‑qasma bdiet titfejjaq bil‑mod il‑mod minħabba li nibet il‑kunċett tal‑ekumeniżmu li ta bidu għall‑għaqda bejn

il‑Knejjes Insara. Patri Massimiljan kien pijunier f’dan il‑proġett għaqli bil‑laqgħat li kien ikun preżenti għalihom f’Assisi u bis‑safar li għamel f’diversi pajjiżi tar‑riforma, l‑aktar fl‑Ingilterra, fid‑Danimarka, fl‑Iżvezja u fin‑Norveġja. Huwa kompla dan l‑impenn bid‑djalogu li kellu ma’ mexxejja ta’ reliġjonijiet oħra tal‑Buddiżmu, l‑Induiżmu, x‑Xintoiżmu, il‑Ġudaiżmu u l‑Iżlam. Id‑djalogu bejn il‑knejjes Insara kien imsejjes fuq il‑Bibbja u fuq it‑Tagħlim ta’ Kristu fil‑Vanġelu. Patri Massimiljan kellu sehem kbir fil‑laqgħa storika li saret fis‑27 t’Ottubru 1986 minn

Papa San Ġwann Pawlu II

fejn stieden lill‑mexxejja kollha reliġjużi biex jitolbu għall‑paċi. Din il‑laqgħa mibnija fuq is‑sliem fetħet it‑triq biex ifeġġ id‑djalogu interreliġjuż imsejjes fuq il‑Kunċett tal‑Ispirtu t’Assisi. Papa San Ġwann Pawlu II kien l‑ewwel wieħed li sawwar dan il‑kliem biex imexxi l‑għaqda fil‑familja umana. Saru bosta laqgħat u konferenzi wara l‑laqgħa li tnediet f’Ottubru tal‑1986 u Patri Massimiljanu Mizzi siefer diversi drabi biex jieħu sehem attiv f’bosta pajjiżi u fil‑kontinenti kollha, inkluż l‑Indja, il‑Ġappun, in‑Nepal, Singapore u l‑Filippini, u fil‑Lvant tal‑Awstralja, fil‑Lvant Nofsani, fl‑Afrika

u fl‑Amerika ta’ Fuq u t’Isfel, fir‑Russja, u fil‑Punent u fil‑Lvant tal‑Ewropa.

Bħala għarfien tal‑ħidma tiegħu għall‑paċi kiseb bosta unuri, fosthom il‑midalja tal‑Ġublew minn Papa San Pawlu VI fl‑1976 għax‑xogħol ekumeniku tiegħu qalb iż‑ żgħażagħ. Sentejn wara, fl‑1978 ingħata s‑Salib ta’ Santu Wistin mill‑Arċisqof ta’ Canterbury għad‑djalogu li kellu mal‑Knisja Anglikana. Fl‑1999 ħa wkoll l‑unur bħala Kumpann tal‑Ordni Nazzjonali tal‑Ġieħ mingħand il‑President tar‑Repubblika Maltija. Fl‑2001 kiseb id‑Dottorat

Il‑Bażilika ta' San Franġisk f'Assisi fejn saret iċ‑ċelebrazzjoni tal‑funeral ta' Patri Massimiljanu Mizzi.

Onorarju fl‑Università

Nisranija ta’ Texas u mill‑1999 ’il quddiem kiseb in‑Nominazzjoni għall‑Premju Nobel. Kien ħa sehem ukoll fil‑Forum

Globali tal‑mexxejja spiritwali u parlamentari

tal‑ħajja umana f’bosta pajjiżi. Mar ukoll għall‑Konferenzi Dinjin fuq il‑Paċi Reliġjuża fl‑Awstralja fl‑1989 u fl‑Italja fl‑1994 rispettivament. Fl‑1993 attenda wkoll bħala membru fil‑laqgħa tal‑Assemblea Parlamentari dwar ir‑Reliġjonijiet tad‑Dinja fl‑Amerika, u żewġ seminars imtellgħin mill‑Unesco, wieħed fi Spanja (1993/4) u l‑ieħor fuq il‑Konferenza

Dinjija Għall‑Għaqda

Bejn il‑Bnedmin, li saret fl‑Indja fl‑1996. Fl‑2004

Patri Massimiljanu kompla jieħu sehem fl‑attivitajiet ekumeniċi u interreliġjużi li kienu jsiru fis‑Sacro Convento t’Assisi li kien il‑Casa Madre tal‑Ordni Franġiskan Konventwali u madwar il‑qabar tal‑Fundatur San Franġisk li kien id‑Delegat tal‑Kustodju tal‑Bażilika Franġiskana u tal‑ħidma fis‑Sacro Convento għall‑ekumeniżmu u għad‑djalogu interreliġjuż.

Tajjeb ngħidu wkoll li

Patri Massimiljanu Mizzi kien iltaqa’ ma’ Papa

Patri Massimiljanu Mizzi jieħu ftit mistrieħ fuq il quċċata tal Muntanja Subasio, kmieni f'Mejju 2007.

San Ġwanni Pawlu II, mad‑Duka ta’ Edinburgh u xi membri oħra Rjali, mal‑Presidenti Amerikani

George Bush Senior u Bill Clinton, mal‑mexxej tal‑Palestinjani Yasser Arafat, ma’ Santa Tereża ta’ Kalkutta, mad‑Dalai Lama, ma’ Mikhail Gorbachev tal‑Unjoni Sovjetika, mal‑familja Rjali Svediża u ma’ bosta personalitajiet prominenti oħra.

Fl‑2002 saħħtu bdiet sejra lura, u minkejja li għamel erba’ operazzjonijiet kbar u kompla bit‑ trattament mediku għal perijodu ta’ aktar minn sitt snin, baqa’ għaddej bil‑ħidma tiegħu dedikata u bla waqfien għall‑għan tiegħu biex ikun hawn il‑paċi. Huwa għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fit‑3

ta’ Marzu 2008 fl‑età ta’ 77 sena. Huwa ħalla impatt kbir fuq eluf kbar ta’ nies minħabba li kellu sens kbir ta’ umiltà, sempliċità u don kbir ta’ mħabba mżejna bil‑mogħdrija u bit‑tħaddin. Bosta nies ħassew it‑telfa tiegħu wara mewtu. M’hemmx dubju li huwa qiegħed igawdi fis‑Saltna Spiritwali tal‑Imħabba Infinita, u tal‑għerf miftuħ u meħlus minn kull tbatija li ġarrab fl‑aħħar ta’ ħajtu, għax issa l‑imħabba qed tfur bil‑qawwa fil‑fond biex jitwettaq il‑pjan tal‑għaqda umana. Il‑barka u l‑appoġġ ta’ Patri Massimiljanu Mizzi għadhom ifuru fuq il‑Missjoni t’Assisi, l‑aktar fuq dawk in‑nies kollha li ddedikaw ħajjithom biex imexxu l‑paċi u l‑imħabba fuq din l‑art. 

MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.

Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.

Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178

Il‑Ward Tal‑ Ġnien

Fil‑ġnien għandi qasrija

Tal ward veru sabiħa, Nitgħaxxaq malli noħroġ Inxomm riħa ta’ fwieħa.

U naqta’ ftit mill fjuri

Sabiex nagħmel bukkett, Ta’ ward veru mill‑isbaħ

U nagħmlu ġo vażett.

U mmur u nidħol ġewwa

Bil‑ward sabiħ tal‑ġonna, Sabiex immur inqiegħdu Quddiem Ommna l Madonna.

U nitlob veru minn qalbi

‘L għażiża Ommna Marija, Biex tbegħedna u teħlisna Minn din it‑tbatija.

Idħol għalina Ommna Marija

Quddiem Alla l ħanin, Noffrilek Madonna minn qalbi, Il ward kollu tal ġnien.

Itfa’ ħarstek Ommna Marija

Fuq id‑dinja, fuqna l‑bnedmin

Biegħed minna l mard tal biża’ Għax veru ninsabu mwerwrin!

Paul Caruana

Fil‑ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inqassmu l‑biljetti tal‑lotterija Missio lil kull dar. Inħeġġukom tieħdu sehem biex bid‑donazzjoni tagħkom inkomplu ngħinu aktar nies fil‑missjonijiet. Tista’ ċċempel fuq 2123 6962 biex titlob aktar biljetti. Grazzi.

Briffa International Funeral Service

Offices

Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819

25, Market Place Tarxien Tel: 21896728

Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509

Fax: 21232785

Mr. Lino Briffa Mob: 99492918

A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm

Factory/Shop:

Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta

Tel: (00356) 2137 1626

E‑mail: gb864@go.net.mt

Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg

Tel: +356 27570916

E‑mail: vrt@melivrt.com Web‑site: www.melivrt.com

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija

Santissima

B ħala Missjunarja

ID-DISGĦA U GĦOXRIN PARTI

Il‑Ġrajja u d‑Devozzjoni

Lejn il‑Madonna Ta’ Pinu, Għawdex – L‑Ewwel Parti

Il‑qagħda ġeografika tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pinu

Fil‑kampanja Għawdxija, magħrufa bħala d‑Deżert, fil‑Punent taċ‑Ċittadella, fuq xifer l‑irdum ta’ ġewwa, kienet inbniet kappella biswit għolja magħrufa bħala Ta’ Għammar, bejn l‑Għarb u l‑għolja Ta’ Ġordan, fejn hemm ukoll l‑uniku fanal tal‑port t’Għawdex, bl‑Għasri fil‑qrib. Il‑kappella tinsab madwar 700 metru mill‑Għarb, fil‑Majjistral tal‑gżira.

Il‑ġrajja tas‑Santwarju f’kuntest storiku

L‑oriġini tas‑Santwarju

tal‑Madonna ta’ Pinu jmur lura għall‑bidu tas‑Seklu 15, ftit wara li n‑nobbli

Giovanni Calimera u l‑familja tiegħu stabbilixxew irwieħhom Għawdex. Dan il‑kunjom juri li l‑familja oriġinat minn Calimera, belt żgħira fil‑Kalabrija,

l‑Italja. Ftit wara, madwar is‑sena 1400 il‑familja bniet kappella żgħira fuq mintba fuq l‑artijiet tagħha fil‑Wied ta’ Għammar, l‑istess post fejn għadha wieqfa llum. Il‑familja

ħalliet b’wirt l‑art b’tali mod li l‑ġenerazzjonijiet ta’ wara setgħu jkollhom manteniment xieraq fil‑ġejjieni. Eventwalment, il‑kappella, li sa żmien qabel kienet magħrufa bħala ‘Ta’

Calimera’, saret magħrufa bħala ‘Ta’ Gentile’ għal

Gentile Calimera, wieħed mit‑tliet ulied ta’ Giovanni, li l‑ħafna dixxendenti tagħhom kellhom għal għexieren ta’ snin wara jieħdu ħsieb sew il‑kappella. Ta’ min jgħid li ħu Gentile kien Dun Pinus li fl‑1440 kien membru tal‑Kapitlu

Kolleġġjali tal‑Matriċi u kien wieħed minn dawk li baqgħu ħajjin wara l‑Assedju u l‑invażjoni t’Għawdex mill‑Imperu Ottoman wara l‑attentat bla suċċess tal‑Imperu biex jirbaħ lil

Malta fit‑18 ta’ Lulju 1551. Matul l‑Assedju madwar 6000 Għawdxi; irġiel, nisa u tfal, ittieħdu fit‑30 ta’ Lulju 1551 bħala lsiera biex jaqdfu

bla heda lejn Tripli fuq l‑iġfien tal‑flotta Ottomana mmexxija mill‑Kmandant Musulman Sinan Pasha akkumpanjat minn Salah Rais u Dragut Reis. L‑Ottomani ħelsu biss patri u erbgħin Għawdxi anzjan.

Din il‑kappella ġiet irreġistrata għall‑ewwel darba fl‑arkivji tal‑Kurja f’Għawdex meta l‑Isqof Domenico Cubelles (1497‑1566), li kien innominat isqof tad‑djoċesi ta’ Malta minn Papa Pawlu III fl‑1540, żar il‑kappella, u nnota li kienet għadha kif inbniet mill‑ġdid u li

kienet tal‑familja nobbli

Ta’ Gentile. Xi snin wara, fl‑1575 il‑Viżitatur

Appostoliku Pietru Dusina ġie delegat minn Papa Girgor XIII biex iżur il‑Gżejjer Maltin. Fiż‑żjara pastorali tiegħu rrapporta li l‑kappella kienet fi stat ħażin ħafna, m’għandniex xi ngħidu wara l‑ħerba li ħallew il‑Musulmani. Għaldaqstant, Dusina ordna biex il‑kappella tingħalaq u titwaqqa’, u d‑dmirijiet tagħha jgħaddu f’idejn il‑knisja parrokkjali, illum il‑Katidral tal‑Assunta ta’ Marija Bambina. Jingħad li meta beda t‑twaqqigħ, ħaddiem kiser driegħu meta ta l‑ewwel daqqa bil‑baqqun. Dan ittieħed bħala sinjal li l‑kappella ma kellhiex titwaqqa’ u x‑xogħol waqaf. Jidher li din kienet l‑unika kappella Għawdxija li baqgħet wieqfa għad‑digriet ta’ Dusina li ordna t‑twaqqigħ ta’ kappelli oħra bħalha. Aktar tard, fl‑1585, il‑proprjetà tal‑art fejn tinsab il‑kappella għaddiet għand familja oħra, u ċertu Filippu (Pinu) Gauci sar il‑prokuratur u fl‑1586 beda jieħu ħsiebha b’impenn kbir u jamministra l‑proprjetà tal‑knisja li kienet maġenb l‑artijiet tiegħu. Fil‑fatt, fl‑1611 offra flus għar‑restawr tal‑kappella. Sar artal ġdid tal‑ġebel

u Gauci pprovda l‑ilbies kollu liturġiku għas‑servizzi reliġjużi li kienu jsiru. Saħansitra, fl‑1619 Gauci kkummissjona wkoll il‑pittura taż‑żejt tal‑Assunta tal‑Madonna għall‑artal maġġur. Din saret mill‑artist Bartolomeo Amadeo Perugino. Hekk, bis‑saħħa tal‑intervent ta’ Filippu, il‑kappella ma baqgħetx fi stat ta’ abbandun, u ta’ dan in‑nies devoti li kienu jiffrekwentawha kienu dejjem grati lejh u lejn il‑ħidma tiegħu b’risq il‑kappella. Malajr bdew isejħu l‑kappella bħala Santa Marija Ta’ Pinu. Għaldaqstant, l‑isem tal‑kappella nbidel u komunament, minflok Ta’ Gentile bdiet tissejjaħ Ta’ Pinu, li jfisser Ta’ Filippu, kif għadha magħrufa u tissejjaħ sal‑ġurnata tal‑lum. Il‑pittura oriġinali tal‑altar maġġur għadha tista’ titgawda sal‑lum. Din il‑pittura turi lill‑Verġni Mbierka bil‑figuri kbar ta’ erba’ anġli madwarha u l‑Erba’ Evanġelisti flimkien mal‑Appostlu San Ġakbu, qrib qabar miftuħ. Jidher li fil‑pittura hemm referenza wkoll, kif tabilħaqq hu xieraq, għal Pinu Gauci. Il‑pittura tagħmel referenza wkoll għall‑messaġġ li kellha Karmni Grima biex tgħid tliet Ave Marijiet “b’tifkira tat‑tlett ijiem li matulhom

ġismi dam fil‑qabar.” Bla dubju l‑messaġġ kien qiegħed jirreferi għall‑Madonna nnifisha. Fl‑2019, biex jitfakkar l‑400 Anniversarju minn meta Perugino pitter il‑pittura, din ittieħdet għall‑pellegrinaġġ djoċesan fl‑ibliet u fl‑irħula kollha t’Għawdex.

Riċerki Storiċi L‑ewwel riċerka storika dwar dan is‑Santwarju Marjan inkitbet minn Mons. Giuseppe Farrugia, Rettur tas‑Seminarju t’Għawdex u Segretarju privat tal‑Isqof Mons. Pietru Pace fl‑1891. Ir‑riċerka nkitbet bit‑Taljan u kienet ippubblikata bħala ‘La Beata Vergine Ta’ Pinu a Gozo’. Fiha nsibu miktub hekk: “Nhar it‑22 ta’ Ġunju 1883, Karmni Grima ta’ 45 sena mill‑Għarb, waqt li kienet għaddejja minn ħdejn il‑kappella fi triqitha

lejn id‑dar, semgħet min isejħilha. Għall‑ħabta tal‑10:30 ta’ filgħodu, leħen misterjuż sejħilha

tliet darbiet: “Ejja! Ejja! Ejja!” Karmni baqgħet mistagħġba għax f’dak il‑ħin l‑għelieqi kienu abbandunati u ħadd ma

seta’ jsejħilha biex ikellimha. Meta kompliet triqtha l‑istess leħen misterjuż reġa’ qalilha: “Ejja, ejja, illum, għax tkun għaddiet sena qabel ma terġa’ tkun tista’ żżur dan il‑post”. Għalhekk marret lejn il‑kappella bi stagħġib kbir qisha kienet

se tara lill‑Verġni Mbierka. Malli resqet lejn il‑kappella, ittawlet mill‑apertura ċkejkna fil‑ħġieġa tal‑bieb, iżda ma rat lil ħadd. Hekk kif ikkalmat, daħlet fil‑kappella u waqt li talbet, ħakmitha sensazzjoni ta’ hena liema bħalha. L‑istess leħen reġa’

indirizzaha: “Għid tliet Ave Marijiet b’tifkira tat‑tlett ijiem li matulhom ġismi dam fil‑qabar”, u hekk għamlet. Ta’ min jgħid ukoll li fil‑ktieb tiegħu: ‘Ta’ Pinu Shrine.

The Pilgrims’ Haven’, l‑Isqof Mons. Nikol J. Cauchi kiteb: “Għal sentejn sħaħ Karmni ma qalitx kelma dwar dak li kien ġara. Imbagħad żvelat is‑sigriet tagħha lil Franġisk Portelli; raġel onest li kien magħruf għad‑devozzjoni

tiegħu lejn il‑Madonna

Ta’ Pinu. Madwar l‑istess ħin, kien sema’ huwa wkoll leħen misterjuż jitolbu biex jgħid talb f’ġieħ il‑ġerħa moħbija ta’ Kristu fuq l‑ispalla kkawżata mit‑toqol tas‑salib tqil tul il‑mogħdija doloruża tal‑Kalvarju. Ftit tal‑ħin wara, omm Franġisk fieqet b’mod mirakoluż bl‑interċessjoni tal‑Verġni Mqaddsa Ta’ Pinu. Kien ovvju li l‑kwistjoni ma

setgħetx tibqa’ sigrieta u xnigħat li l‑Madonna Ta’ Pinu kienet tat messaġġi lil żewġ persuni mir‑raħal tal‑Għarb bdew jixterdu bħan‑nar iħeġġeġ u jinfirex.” Dokumenti eżistenti miktuba mid‑Direttur Spiritwali ta’ Karmni Grima (1838‑1982) jixhdu wkoll li l‑Verġni Mbierka dehritilha anke fid‑dar tagħha fl‑Għarb. Id‑dar ta’ Karmni Grima, magħrufa bħala Ta’ Pari, hija miftuħa għall‑pellegrini u għall‑viżitaturi kollha, huma x’inhuma t‑twemmin u n‑nazzjonalità tagħhom. Il‑Verġni Marija tqis lill‑bnedmin kollha individwalment u personalment bħala wliedha u dejjem lesta li tgħinhom!

Aktar dwar il‑ġrajja tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pinu, f’Għawdex, fil‑ħarġa li jmiss. 

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena

Aġġorna ruħek fuq id-Dinja Missjunarja. Abbona fir-Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall-prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

FREJJEĠ TAL‑ĦAXIX (PLACKI) – Mill‑

X’għandek bżonn:

• 100 gramma patata

• 100 gramma karrotti

• 100 gramma qarabagħli

• Bajda mħabbta

• 2 mgħaref ‘cornflour’

• Bżar u melħ kemm tiggosta

• Żejt

Metodu:

• 1. Ħokk il‑patata, il‑karrotti u l‑qarabagħli, u agħsarhom sew ġo sarvetta sabiex jissaffew mill‑ilma li jkollhom.

• 2. Poġġi l‑ħxejjex ġo skutella u żid magħhom il‑bajda, il‑‘cornflour’, u l‑bżar u l‑melħ.

• 3. Saħħan iż‑żejt ġo taġen, ifforma frejjeġ żgħar mit‑taħlita u aqlihom.

Kurżità:

Fost l‑ikel li kien iħobb jiekol San Papa Ġwanni Pawlu II,

Jiena:

Indirizz:

Polonja

kienu proprju dawn il‑frejjeġ tal‑ħaxix minn art twelidu, il‑Polonja. Huwa kien l‑ewwel Papa mhux Taljan wara 400 sena. Huwa twieled nhar it‑18 ta’ Mejju 1920 f’Wadowice u ismu tal‑magħmudija kien Karol Josef Wojtyla. Ġie ordnat saċerdot fl‑1946 u fl‑1978 kien magħżul bħala Papa.

Dan il‑Papa żar Malta

Kodiċi Postali:

Tel/Mob: E‑mail:

Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

darbtejn, fl‑1990 u fl‑2001 rispettivament. Huwa Papa maħbub ħafna minn kulħadd, anke mill‑Maltin li għad għandhom f’qalbhom u f’moħħhom iż‑żjarat tiegħu fil‑Gżejjer Maltin. Il‑Knisja Kattolika tfakkar lil dan il‑qaddis nhar it‑22 t’Ottubru.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Isem:

Indirizz:

Kodiċi Postali:

Tel/Mob: E‑mail:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Sibna wkoll fuq

Facebook: Faith

Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

AF I THHOPE &CHAR I YT

GIFT SHOP

Il-ħanut qed ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00am u s-6:00pm. Is-Sibt bejn id-9:00am u s-1:00pm.

Nru.7, Triq il- Merkanti, il- Belt Valletta

Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.

Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.

Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.

FITTEX IL‑KLIEM: Tipi Ta’ Ħut

F’din it‑tabella hawn moħbija 26 tip ta’ ħuta. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

U C V Q W V A K P C P X R K P

K Z S N X F E D M A P O A T A

R Z Q X O T N X R U I D S A G

O A A Z Z A R U K A L E P N R

P L J F J R Z J K V N E A N U

I I A J I W P A B I A I T U C

X N N T A A P W W R Q O L T N

X G I K O L B A R B U N C A C

I W D B A T J E Z P L A M T U

P A R T U L S Z M A Z Z O L A

W T A G A R I N I K K E B E R

A A S K N L Q T O N N N T M Q

H Z K L L A G A K K A P T Q Y

D A K U P M A L X A J L I R T

B S I R R A N A I A O A U U M

● AWRAT

● BAKKALJAW

● BARBUN

● BURQAX

● NGWANTA

● KAPLAT

● KURAZZA

● LAMPUKA

● LINARDA

● LIPP

● LIZZ

● MAZZOLA

Isem u Kunjom: ________________________________

Indirizz:______________________________________

Kodiċi Postali:

● MULETT

● PAGRU

● PAKKAGALL

● PIXXIPORKU

● PLAMTU

● RAJJA

● RASPA

● REBEKKIN

● SARDINA

● SERRA

● SIRRANA

● TANNUTA ● TONN ● TRILJA

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni t’Awwissu 2023:

Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Nicolai Vella mis‑Siġġiewi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Pietru daħal sparat id‑dar u b’ħanġra daqsiex beda jsejjaħ lil martu: “Rita! Rita! Fejn int?”

Rita: “Hawn jien, x’ġara Piet, dan l‑għajjat kollu?”

Pietru: “Ejja ’l hawn ħa nerfgħek!”

Bi stagħġib kbir fuqha, Rita ħalliet lil żewġha jerfagħha, filwaqt li beda jdur biha mad‑dar kollha u baqa’ sejjer hekk għal ftit tal‑ħin mhux ħażin.

Rita: “Dan x’kien, Piet? Mela ħbatt rasek jew? Daqskemm ilek ma tfissidni ftit!”

Pietru: “Għax għadni kif smajt qassis fuq ir‑radju jgħid li biex nirbħu l‑ġenna rridu nerfgħu s‑salib tagħna!”

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 31 ta’ Marzu 2023 Miriam Briffa minn Fleur‑De‑Lys

• 19 ta’ Lulju 2023 Josette Pisani minn Santa Luċija

• 28 ta’ Lulju 2023 Mary Darmanin minn Ħaż‑Żabbar

• 17 t’Awwissu 2023 Emanuel Sammut miż‑Żejtun

• 18 t’Awwissu 2023 Margaret Mallia minn Ħ’Attard

• Francesca Magrin mill‑Qala

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż Żurrieq

• Raymond Falzon mill Gudja

• Carmen Taylor mill Imsida

• Frances Micallef mill‑Mosta

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Websajt Missio

• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)

www.missio.org.mt

Nota: It-tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil-paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.